Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tas-7 ta' Ottubru 2009 - Pappas vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-101/08)1

(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Pensjonijiet - Trasferiment għall-iskema Komunitarja ta' drittijiet għal pensjoni miksuba qabel id-dħul fis-servizz tal-Komunitajiet - Rtirar - Ammissibbiltà - Rtirar mix-xogħol fl-interess tas-servizz - Ammont tal-pensjoni)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Spyridon Pappas (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: L. Barattini u G. Mavros, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: D. Martin u K. Herrmann, aġenti)

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni tal-Uffiċċju tal-Amministrazzjoni u l-Likwidazzjoni tad-drittijiet individwali li tiffissa d-drittijiet għall-pensjoni tal-irtirar tar-rikorrent u l-kalkolu tan-numri ta' snin li għandhom jitqiesu għall-iffissar ta' dawn id-drittijiet.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

S. Pappas huwa kkundannat għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 44, 21.02.2009, p. 77.