Rikors ippreżentat fid-9 ta' Ġunju 2008 - De Britto Patricio-Dias vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-56/08)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Jorge De Britto Patricio-Dias (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: L. Massaux, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
L-annullament tad-deċiżjoni ta' l-Awtorità tal-Ħatra li tiċħad it-talba tar-rikorrent li jkun jista' jibbenefika mill-assigurazzjoni primarja għal uliedu.
Talbiet tar-rikorrent
tannulla d-deċiżjoni ta' l-Awtorità tal-Ħatra Nru R/559/07 ta' l-10 ta' Marzu 2008;
tiddeċiedi li uliedu jibbenefikaw mill-assigurazzjoni primarja;
tikkundanna lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għall-ispejjeż.
____________