Language of document : ECLI:EU:T:2011:425

DIGRIET TAL-QORTI ĠENERALI (Ir-Raba’ Awla)

6 ta’ Settembru 2011

Kawża T-282/11

Ciprian-Calin Alionescu

vs

L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO)

“Servizz pubbliku — Reklutaġġ — Kompetizzjoni ġenerali — Deċiżjoni tal-EPSO li ttawwal b’sitt sigħat it-terminu sabiex jiġu ppreżentati l-kandidaturi — Rinviju quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku”

Suġġett:      Rikors li għandu bħala suġġett talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) li ttawwal b’sitt sigħat it-terminu sabiex jiġu ppreżentati l-kandidaturi fil-kuntest tal-kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/206-207/11 u għall-adozzjoni ta’ miżuri li jirriżultaw minn dak l-annullament

Deċiżjoni:      Il-Kawża T-282/11 ġiet irrinvijata quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea. L-ispejjeż huma rriżervati.

Sommarju

Uffiċjali — Rikors — Rikors intiż kontra deċiżjoni tal-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) meħuda fil-kuntest ta’ kompetizzjoni ġenerali intiża għar-reklutaġġ ta’ uffiċjali — Ġurisdizzjoni tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

(Artikolu 270 TFUE; Regolamenti tal-Persunal, Artikoli 29 sa 31 u Anness III)

Rikors, ippreżentat minn kandidat f’kompetizzjoni ġenerali intiża għar-reklutaġġ ta’ uffiċjali tal-Unjoni bil-għan li tiġi kkontestata l-legalità ta’ deċiżjoni tal-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO), meħuda fil-kuntest ta’ dik il-kompetizzjoni ġenerali, jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 270 TFUE u, għaldaqstant, jaqa’ taħt il-ġurisdizzjoni tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku. Fil-fatt, ir-reklutaġġ tal-uffiċjali tal-Unjoni huwa rregolat, b’mod partikolari, mill-Artikoli 29 sa 31 tar-Regolamenti tal-Persunal u mill-Anness III tagħhom. Konsegwentement, kandidat f’kompetizzjoni ġenerali huwa persuna li għaliha japplikaw ir-Regolamenti tal-Persunal.

(ara l-punti 7 sa 10)