Language of document : ECLI:EU:T:2013:299

Kawża T‑279/11

T & L Sugars Ltd
u

Sidul Açúcares, Unipessoal Lda

vs

Il‑Kummissjoni Ewropea

“Agrikoltura — Miżuri eċċezzjonali li jikkonċernaw it-tqegħid fis-suq tal-Unjoni ta’ zokkor ’il fuq mill-kwota u li jiftħu kwota tariffarja — Rikors għal annullament — Att regolatorju li jinkludi miżuri ta’ implementazzjoni — Nuqqas ta’ interess individwali — Inammissibbiltà — Rikors għad-danni”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tas-6 ta’ Ġunju 2013

1.      Rikors għal annullament — Persuni fiżiċi jew ġuridiċi — Kunċett ta’ att regolatorju fis-sens tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE — Kull att ta’ portata ġenerali bl-eċċezzjoni tal-atti leġiżlattivi — Regolamenti tal-Kummissjoni li jinkludu miżuri eċċezzjonali li jikkonċernaw it-tqegħid fis-suq tal-Unjoni ta’ zokkor ’il fuq mill-kwota u li jiftħu kwota tariffarja — Inklużjoni

(ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE; Regolamenti tal-Kummissjoni Nru 222/2011, Nru 293/2011 u Nru 302/2011)

2.      Rikors għal annullament — Persuni fiżiċi jew ġuridiċi — Att regolatorju li ma jinkludix miżuri ta’ implementazzjoni fis-sens tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE — Kunċett — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tipprojbixxi sistema ta’ għajnuna settorjali u li ssemmi miżuri nazzjonali ta’ implementazzjoni — Esklużjoni

(ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE; Regolamenti tal-Kummissjoni Nru 222/2011, Nru 293/2011 u Nru 302/2011)

3.      Rikors għal annullament — Persuni fiżiċi jew ġuridiċi — Att regolatorju li ma jinkludix miżuri ta’ implementazzjoni fis-sens tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE — Implementazzjoni tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva

(ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 47)

4.      Rikors għal annullament — Persuni fiżiċi jew ġuridiċi — Att regolatorju li ma jinkludix miżuri ta’ implementazzjoni fis-sens tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE — Prinċipju ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva — Obbligu għall-qorti tal-Unjoni li tissuġġetta l-applikazzjoni tal-kundizzjoni dwar l-assenza ta’ miżuri ta’ implementazzjoni għall-eżistenza ta’ rimedju ġudizzjarju effettiv fi ħdan is-sistemi legali tal-Istat Membri — Assenza

(it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE u r-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE)

5.      Rikors għal annullament — Persuni fiżiċi jew ġuridiċi — Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment — Possibbiltà li persuna tkun ikkonċernata individwalment minn att ta’ portata ġenerali — Kundizzjonijiet

(Artikolu 263 TFUE)

6.      Eċċezzjoni ta’ illegalità — Natura inċidentali — Rikors prinċipali inammissibbli — Inammissibbiltà tal-eċċezzjoni

(Artikolu 277 TFUE)

7.      Rikors għad-danni — Awtonomija fil-konfront tar-rikors għal annullament — Limiti — Użu ħażin ta’ proċedura

(Artikoli 263 TFUE, 268 TFUE u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE)

8.      Rikors għad-danni — Awtonomija fil-konfront tar-rikors għal annullament — Inammissibbiltà tar-rikors għal annullament ippreżentat kontra regolament — Assenza ta’ effett fuq l-ammissibbiltà ta’ rikors ibbażat fuq illegalità oħra u intiż għall-kumpens għad-dannu kkawżat mill-adozzjoni tal-istess regolament

(Artikoli 263 TFUE, 268 TFUE u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE)

1.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 36)

2.      Meta, sabiex jingħataw id-dritt li jikkummerċjalizzaw jew jimportaw zokkor filwaqt li jibbenefikaw minn skemi eċċezzjonali previsti minn ċerti regolamenti, l-operaturi ekonomiċi kkonċernati għandhom jippreżentaw applikazzjoni għand l-awtoritajiet nazzjonali minn qabel, li dawn ir-regolamenti ma jistgħux jużaw l-effetti legali tagħhom fir-rigward tal-operaturi kkonċernati mingħajr l-intermedjarju ta’ miżuri preċedenti meħudin mill-awtoritajiet nazzjonali u li dawn il-miżuri huma ta’ natura deċiżjonali, dawn ir-regolamenti jibbażaw fuq deċiżjonijiet individwali meħudin fil-livell nazzjonali, li fl-assenza tagħhom huma ma jistgħux jaffettwaw il-pożizzjoni legali tal-persuni fiżiċi u ġuridiċi kkonċernati. Għaldaqstant, tali regolamenti ma jistgħux jiġu kklassifikati bħal atti li ma jinkludux miżuri ta’ implementazzjoni fis-sens tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE. Barra minn hekk, il-kwistjoni dwar jekk l-att regolatorju kkontestat iħallix jew le setgħa diskrezzjonali lill-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-miżuri ta’ implementazzjoni ma hijiex rilevanti sabiex jiġi ddeterminat jekk jinkludix miżuri ta’ implementazzjoni fis-sens tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE.

(ara l-punti 46, 48, 50, 51, 53)

3.      L-għan segwit mir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE, huwa intiż b’mod partikolari li jippermetti lil persuna fiżika jew ġuridika tippreżenta rikors kontra l-atti regolatorji li jikkonċernawha direttament u li ma jinkludux miżuri ta’ implementazzjoni, biex b’hekk jiġu evitati każijiet fejn tali persuna għandha tikser il-liġi sabiex ikollha aċċess għal qorti. Din id-dispożizzjoni għaldaqstant timplementa d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva ggarantit mill-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

(ara l-punti 58, 59)

4.      Minkejja li t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE jipprovdi li l-Istati Membri għandhom jipprovdu r-rimedji ġudizzjarju meħtieġa sabiex jiżguraw protezzjoni ġudizzjarja effettiva fl-oqsma koperti mid-dritt tal-Unjoni, l-applikazzjoni mill-Qorti Ġenerali tal-kundizzjoni dwar l-assenza ta’ miżuri ta’ implementazzjoni, bħal dik li tidher fir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE ma tistax tkun suġġetta għall-eżistenza ta’ rimedju ġudizzjarju effettiv inkwistjoni fi ħdan is-sistemi legali tal-Istati Membri, li tippermetti li tiġi kkontestata l-validità tal-att tal-Unjoni kkontestat. Fil-fatt, tali sistema kieku titlob li f’kull każ konkret, il-qorti tal-Unjoni teżamina u tinterpreta d-dritt proċedurali nazzjonali, iżda dan joħroġ barra mill-kompetenzi tagħha fir-rigward tal-istħarriġ tal-legalità tal-atti tal-Unjoni. Din il-konklużjoni ma tistax titqiegħed inkwistjoni mill-fatt li rimedju ġudizzjarju fil-livell nazzjonali ma jkunx manifestament effettiv, billi l-qrati tal-Istati Membri ma humiex kompetenti li jiddeċiedu l-illegalità tal-att tal-Unjoni. Fil-fatt, il-qorti tal-Unjoni ma tistax, mingħajr ma teċċedi l-kompetenzi tagħha, tinterpreta l-kundizzjonijiet li jipprovdu li individwu jista’ jippreżenta rikors kontra regolament, b’mod li jwassal għall-devjazzjoni mill-kundizzjonijiet inkwistjoni li huma espressament previsti mit-trattat, u dan fid-dawl tal-prinċipju ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva.

(ara l-punti 68-72)

5.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 76, 82-84)

6.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 96, 97)

7.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 103, 104)

8.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 112)