Language of document : ECLI:EU:T:2016:491





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tal-15 ta’ Settembru 2016 –
Trinity Haircare vs EUIPO – Advance Magazine Publishers (VOGUE)

(Kawża T‑453/15)

“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea VOGUE – Raġuni assoluta għal rifjut – Assenza ta’ karattru deskrittiv – Karattru distintiv – Artikolu 52(1)(a), moqri flimkien mal-Artikolu 7(1)(b) u (c), tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Mala fides – Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009”

1.                     Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew f’indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott jew ta’ servizz – Kunċett (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(c)) (ara l-punt 17)

2.                     Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew f’indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott jew ta’ servizz – Evalwazzjoni tal-karattru deskrittiv ta’ sinjal – Kriterji (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(c)) (ara l-punti 18, 19)

3.                     Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Ċessjoni, revoka u invalidità – Raġunijiet assoluti ta’ invalidità – Reġistrazzjoni li tmur kontra l-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009 – Trade mark figurattiva VOGUE (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b) u (c)) (ara l-punti 21, 24, 35)

4.                     Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Evalwazzjoni tal-karattru reġistrabbli ta’ sinjal – Teħid inkunsiderazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni biss – Deċiżjonijiet mogħtija mill-awtoritajiet nazzjonali li ma jorbtux lill-istanzi tal-Unjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009) (ara l-punt 26)

5.                     Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv – Kunċett – Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punti 29-31)

6.                     Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Ċessjoni, revoka u invalidità – Raġunijiet assoluti ta’ invalidità – Applikant in mala fide waqt il-preżentata tal-applikazzjoni għal trade mark – Kriterji ta’ evalwazzjoni – Teħid inkunsiderazzjoni tal-fatturi rilevanti kollha eżistenti fil-mument tal-preżentata tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni – Għarfien min-naħa tal-applikant dwar l-użu, minn terz, ta’ sinjal identiku jew li jixxiebah – Intenzjoni tal-applikant – Grad ta’ protezzjoni ġuridika tas-sinjali inwistjoni – Loġika kummerċjali li hija l-bażi tar-reġistrazzjoni tas-sinjal ikkontestat bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 52(1)(b)) (ara l-punti 39, 45)

7.                     Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Ċessjoni, revoka u invalidità – Raġunijiet assoluti ta’ invalidità – Applikant in mala fide waqt il-preżentata tal-applikazzjoni għal trade mark – Trade mark figurattiva VOGUE (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 52(1)(b)) (ara l-punt 44)

8.                     Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Dispożizzjonijiet proċedurali – Eżami ex officio tal-fatti – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità fir-rigward tal-motivi assoluti ta’ rifjut – Eżami limitat għall-motivi invokati (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikoli 7(1), 52, 55 u 76(1)) (ara l-punt 48)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO, tas‑27 ta’ Mejju 2015 (Każ R 2426/2014‑4), dwar proċedura għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Advance Magazine Publishers u Trinity Haircare.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Trinity Haircare AG hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), u minn Advance Magazine Publishers, Inc.