Language of document :

Appell ippreżentat fid-29 ta’ Diċembru 2023 minn Piamark, Lda (Zona Franca da Madeira) mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fis-27 ta’ Ottubru 2023 fil-Kawżi T714/22 u T715/22, Nutmark u Piamark vs Il-Kummissjoni (Zona Franca da Madeira)

(Kawża C805/23 P)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrent: Piamark, Lda (Zona Franca da Madeira) (rappreżentanti: P. Vidal Matos, F. Lança Martins u C. Marques Aparício, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

(i) tilqa’ b’mod sħiħ dan l-appell, billi tannulla d-digriet ikkontestat b’mod sħiħ, u konsegwentement tilqa’ t-talba mressqa fir-rikors fil-Kawżi magħquda T714/22 u T715/22 intiż għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1414 , tal-4 ta’ Diċembru 2020, dwar l-iskema ta’ għajnuna SA.21259 (2018/C) (ex 2018/NN) implimentata mill-Portugall għal Zona Franca da Madeira (ZFM); u 1

(ii) tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż kollha.

Aggravji u argumenti prinċipali

(i) L-ewwel aggravju – Żball ta’ liġi minħabba l-ksur tal-Artikolu 4(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u tal-Artikoli 107(1) u 263 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, sa fejn id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1414, tal-4 ta’ Diċembru 2020 dwar l-iskema ta’ għajnuna SA.21259 (2018/C) (ex 2018/NN) implimentata mill-Portugall għal Zona Franca da Madeira (ZFM), tidentifika b’mod żbaljat is-sistema tat-taxxa ta’ referenza;

(ii) It-tieni aggravju – Żball ta’ liġi minħabba ksur tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, sa fejn id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1414, tal-4 ta’ Diċembru 2020, dwar l-iskema ta’ għajnuna SA.21259 (2018/C) (ex 2018/NN) implimentata mill-Portugall għal Zona Franca da Madeira (ZFM), ma tipprovdix jekk u sa fejn l-Iskema III taż-Żona Ħielsa ta’ Madeira tikkostitwixxi deroga mis-sistema tat-taxxa ta’ referenza li tintroduċi differenzi bejn operaturi ekonomiċi li jinsabu f’sitwazzjoni fattwali u legali paragunabbli;

(iii) It-tielet aggravju – Żball ta’ liġi minħabba l-ksur tal-Artikoli 107(1), 263 u 296(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, minħabba l-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1414, tal-4 ta’ Diċembru 2020 dwar l-iskema ta’ għajnuna SA.21259 (2018/C) (ex 2018/NN) implimentata mill-Portugall għal Zona Franca da Madeira (ZFM), sa fejn din ma tipprovax li l-Iskema III taż-Żona Ħielsa ta’ Madeira kienet x’aktarx ser taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri u toħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni;

iv) Ir-raba’ aggravju – Żball ta’ liġi minħabba ksur tal-Artikolu 16(1) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589  tat-13 ta’ Lulju 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, minħabba ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali;1

v) Il-ħames aggravju – Żball ta’ liġi minħabba ksur tal-Artikolu 1 tal-Protokoll Addizzjonali għall-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, minħabba ksur tad-dritt għall-proprjetà.

____________

1 ĠU 2022, L 217, p. 49.

1 ĠU 2015, L 248, p. 9.