Language of document : ECLI:EU:T:2014:924





Digriet tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tat-23 ta’ Ottubru 2014 —
ENAC vs Il-Kummissjoni u INEA

(Kawża T‑695/13)

“Rikors għal annullament — Netwerk Transewropew — Azzjoni li tikkonċerna t-twettiq ta’ studju għall-iżvilupp intermodali tal-ajruport ta’ Bergamo‑Orio al Serio (l-Italja) — Deċiżjoni li tiddikjara mhux eliġibbli ċerti spejjeż imressqa u li tirrikjedi l-ħlas lura tal-ammonti korrispondenti — Identifikazzjoni żbaljata tal-konvenut — Inammissibbiltà parzjali”

Rikors għal annullament — Kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà — Rikors ippreżentat kontra l-awtur tal-att ikkontestat — Eċċezzjonijiet — Atti adottati skont setgħat iddelegati imputabbli lill-istituzzjoni li tiddelega — Kundizzjonijiet (Artikolu 230 KE) (ara l-punt 19)

Suġġett

Talba għall-annullament tal-ittra tat-18 ta’ Marzu 2013 tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Innovazzjoni u n-Netwerks (INEA) dwar ċerti spejjeż sostnuti fit-twettiq ta’ studju ta’ fattibbiltà dwar in-natura intermodali tal-ajruport ta’ Bergamo-Orio al Serio (l‑Italja) wara l-għajnuna finanzjarja mogħtija mill-Kummissjoni lill-Ente nazionale per l’aviazione civile (ENAC) kif ukoll tad-deċiżjoni tat-23 ta’ Ottubru 2013 li tiċħad l-osservazzjonijiet ifformulati mill-ENAC wara l-ittra tat-18 ta’ Marzu msemmija iktar ’il fuq u li tikkonferma l-konklużjonijiet ifformulati fiha, fosthom dik intiża għall-ħlas lura tas-somma ta’ EUR 158 517.54.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud sa fejn huwa ppreżentat kontra l-Kummissjoni Ewropea.

2)

L-Ente nazionale per l’aviazione civile (ENAC) hija kkundannata għall-ispejjeż.