Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Jannar 2015 – Bolívar Cerezo vs UASI – Renovalia Energy (RENOVALIA)

(Kawża T-166/12) 1

[“Appell – Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni– Applikazzjoni għat-trade mark verbali RENOVALIA – Trade marks nazzjonali verbali preċedenti RENOVA ENERGY u RENOVAENERGY – Rifjut parzjali ta’ reġistrazzjoni – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Xebh tas-sinjali – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt”]

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Juan Bolívar Cerezo (Grenade, Spanja) (rappreżentant: I. Barroso Sánchez-Lafuente, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: O. Mondéjar Ortuño, aġent)Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Renovalia Energy, SA (Villarobledo, Spanja) (rappreżentant: A. Velázquez Ibáñez, avukat)SuġġettRikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tas-26 ta’ Jannar 2012 (Każ R 663/2011-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Renovalia Energy, SA u M. Juan Bolívar Cerezo.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Juan Bolívar Cerezo huwa kkundannat ibati l-ispejjeż.