Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nederlandse Raad van State fis-17 ta' Ottubru 2007 - M. u N. Elgafaji vs Staatssecretaris van Justitie

(Kawża C-465/07)

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Nederlandse Raad van State.

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: M. u N. Elgafaji.

Konvenut: Staatssecretaris van Justitie.

Domandi preliminari

L-Artikolu 15, initio, u s-subartikolu (ċ) tad-Direttiva 2004/83/KE1 dwar livelli stabbiliti minimi għall-kwalifika u l-istat ta' ċittadini nazzjonali ta' pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala refuġjati jew bħala persuni li nkella jeħtieġu protezzjoni internazzjonali u l-kontenut tal-protezzjoni mogħtija, għandu jiġi interpretat fis-sens li din id-dispożizzjoni toffri biss protezzjoni f'sitwazzjoni li tirrigwarda l-Artikolu 3 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali skond l-interpretazzjoni tal-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem jew fis-sens li din l-ewwel dispożizzjoni toffri protezzjoni kumplementari jew ulterjuri fir-rigward ta' l-Artikolu 3 tal-Konvenzjoni?

Jekk l-Artikolu 15, initio, u s-subartikolu (ċ) tad-direttiva joffru protezzjoni kumplementari jew ulterjuri fir-rigward ta' l-Artikolu 3 tal-Konvenzjoni, liema huma, f'dan il-każ, il-kriterji li għandhom jintużaw għall-evalwazzjoni ta' jekk persuna, li ssostni li tista' titlob stat ta' protezzjoni sussidjarju, hijiex f'riskju reali ta' theddid serju u individwali minħabba vjolenza indiskriminata, skond l-Artikolu 15, initio, subartikolu (ċ), fid-dawl ta' l-Artikolu 2 initio u s-subartikolu (e) tad-direttiva?

____________

1 - ĠU L 304, p. 12