Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-17 ta' Frar 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Raad van State - l-Olanda) - M. Elgafaji, N. Elgafaji vs Staatssecretaris van Justitie

(Kawża C-465/07)1

(Direttiva 2004/83/KE - Livelli minimi dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti tal-istatus ta' refuġjat jew tal-istatus mogħti permezz tal-protezzjoni sussidjarja - Persuna li tista' tibbenefika mill-protezzjoni sussidjarja - Artikolu 2(e) - Riskju reali li jsofri periklu serju - Artikolu 15(ċ) - Theddida serja u individwali għall-ħajja jew għall-persuna ta' pajżan minħabba fi vjolenza indiskriminata f'sitwazzjonijiet ta' konflitt armat - Prova)

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Raad van State

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: M. Elgafaji, N. Elgafaji

Konvenuta: Staatssecretaris van Justitie

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari - Nederlandse Raad van State - Interpretazzjoni tal-Artikoli 2(e) u 15(ċ) tad-Direttiva tal-Kunsill 2004/83/KE tad-29 ta' April 2004, dwar livelli stabbiliti minimi għall-kwalifika u l-istat ta' ċittadini nazzjonali ta' pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala refuġjati jew bħala persuni li nkella jeħtieġu protezzjoni internazzjonali u l-kontenut tal-protezzjoni mogħtija - Livelli minimi marbuta mal-kundizzjonijiet għall-għoti tal-istatus ta' refuġjat - Livell ta' protezzjoni ugwali għal dak ta' l-Artikolu 3 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem jew, fil-każ ta' risposta negattiva, kriterji applikabbli għall-konstatazzjoni ta' theddid serju u individwali minħabba fi vjolenza indiskriminata

Dispożittiv

L-Artikolu 15(ċ) tad-Direttiva tal-Kunsill 2004/83/KE, tad-29 ta' April 2004, dwar livelli stabbiliti minimi għall-kwalifika u l-istat ta' ċittadini nazzjonali ta' pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala refuġjati jew bħala persuni li nkella jeħtieġu protezzjoni internazzjonali u l-kontenut tal-protezzjoni mogħtija, moqri flimkien mal-Artikolu 2(e) ta' din l-istess direttiva, għandu jiġi interpretat fis-sens li:

-    l-eżistenza ta' theddida serja u individwali għall-ħajja jew għall-persuna ta' applikant għal protezzjoni sussidjarja mhuwiex suġġett għall-kundizzjoni li dan tal-aħħar iressaq il-prova li huwa speċifikament effettwat minħabba f'elementi speċifiċi għas-sitwazzjoni personali tiegħu;

-    l-eżistenza ta' dan it-theddid jista' jiġi eċċezzjonalment ikkunsidrat bħala stabbilit meta l-grad ta' vjolenza indiskriminata li tikkaratterizza l-kunflitt armat li għaddej, li kkonstataw l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti li quddiemhom tressqet applikazzjoni għal protezzjoni sussidjarja jew il-qrati ta' Stat Membru li quddiemhom ġiet irrinvijata ċaħda ta' din l-applikazzjoni, jilħaq livell hekk għoli li għalhekk jeżistu motivi serji u sostanzjali sabiex pajżan mibgħut lura fil-pajjiż ikkonċernat, jew, skont il-każ, fir-reġjun ikkonċernat, mis-sempliċi fatt tal-preżenza tiegħu fuq it-territorju ta' dan, jgħaddi minn riskju reali ta' theddid serju.

____________

1 - ĠU C 8, 12.01.2008.