Language of document :

Rikors ippreżentat fit-8 ta' Ottubru 2010 - The Pukka Luggage Company vs UASI - Jesus Miguel Azpiroz Arruti (PUKKA)

(Kawża T-483/10)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: The Pukka Luggage Company Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: K. E. Gilbert u M. H. Blair, Solicitors)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Jesús Miguel Azpiroz Arruti (San Sebastián, Spanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks u Disinni), tad-29 ta' Lulju 2010, fil-Każ R 1175/2008-4;

sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn tilqa' l-oppożizzjoni għall-"bagalji".

jew sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn tilqa' l-oppożizzjoni għall-"bagalji iebsin u bagalji iebsin bir-roti";

tikkundanna lill-konvenut kif ukoll il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż tal-kawża inklużi l-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali "PUKKA" għal prodotti fil-klassi 18 - Applikazzjoni Nru 4061545

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-reġistrazzjoni Spanjola Nru 1570450 tat-trade mark figurattiva "PUKAS", għal prodotti fil-klassi 18; it-trade mark figurattiva "PUKAS", irreġistrata taħt in-Nru 19802 għal prodotti fil-klassijiet 25, 28 u 39.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni parzjalment milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ir-rikorrenti tqis li d-deċiżjoni kkontestata tikser l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, inkwantu l-Bord tal-Appell wettaq żball fl-evalwazzjoni tiegħu dwar ix-xebh tal-prodotti u fl-evalwazzjoni tax-xebh tat-trade mark ikkontestata mat-trade mark preċedenti.

____________