Language of document : ECLI:EU:C:2024:411

Edizzjoni Provviżorja

KONKLUŻJONIJIET TAL‑AVUKATA ĠENERALI

ĆAPETA

ippreżentati fis‑16 ta’ Mejju 2024 (1)

Kawżi magħquda C269/23 P u C272/23 P

Hengshi Egypt Fiberglass Fabrics SAE

Jushi Egypt for Fiberglass Industry SAE (C269/23 P)

Jushi Egypt for Fiberglass Industry SAE (C272/23 P)

vs

IlKummissjoni Ewropea

“Appell — Sussidji — Regolament (UE) 2016/1037 — Ftehim dwar is-Sussidji u l-Miżuri ta’ Kumpens tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) — Kumpens għal kontribuzzjoni finanzjarja minn Stat terz fit-territorju ta’ Stat terz ieħor — Validità”






I.      Introduzzjoni

1.        Ir-regolazzjoni tas-sussidji huwa eżerċizzju delikat. L-għotja tagħhom hija marbuta mill-qrib mas-sovranità tal-Istati, peress li dawn tal-aħħar huma ġeneralment liberi li jagħtu benefiċċju lill-industriji tagħhom mingħajr ma jkollhom għalfejn jiġġustifikaw l-azzjonijiet tagħhom (2).

2.        Madankollu, xi sħab kummerċjali tal-Unjoni Ewropea qegħdin jużaw dejjem iktar is-sussidji bħala mezz mhux daqstant moħbi ta’ tmexxija ekonomika tal-istat (3). B’mod partikolari, l-azzjonijiet tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina (iktar ’il quddiem iċ-“Ċina”) saru l-mira ta’ sforz internazzjonali għall-ġlieda kontra “sussidji distorsivi għas-suq u għall-kummerċ” (4), b’mod partikolari l-politika “Go Global” ta’ dan il-pajjiż (5), li tħeġġeġ lill-impriżi Ċiniżi jinvestu barra mill-pajjiż (6).

3.        Dawn l-appelli jirrigwardaw l-effetti potenzjalment distortivi ta’ dik il-politika fuq is-suq intern. Il-kwistjoni hija dwar jekk il-Kummissjoni Ewropea setgħetx leġittimament tirrikorri għall-użu ta’ miżuri ta’ kumpens, kif irregolat mir-Regolament Antisussidji Bażiku (7) u l-Ftehim dwar is-Sussidji u l-Miżuri ta’ Kumpens (iktar ’il quddiem is-“SCM”) (8), biex tikkumpensa għas-sussidji mogħtija minn membru tal-WTO (iċ-Ċina) fit-territorju ta’ membru ieħor tal-WTO (ir-Repubblika Għarbija tal-Eġittu, iktar ’il quddiem l-“Eġittu”) (9).

4.        Fis-sentenzi tagħha Hengshi Egypt Fiberglass Fabrics u Jushi Egypt for Fiberglass Industry vs Il‑Kummissjoni (10) u Jushi Egypt for Fiberglass Industry vs Il‑Kummissjoni (11) (iktar ’il quddiem, flimkien, is-“sentenzi appellati”), il-Qorti Ġenerali kkonfermat il-validità tal-użu tad-dazji kumpensatorji f’dak it-tip partikolari ta’ kostellazzjoni fattwali. Ir-rikorrenti f’dawk il-każijiet issa jikkontestaw din il-konklużjoni.

5.        Peress li l-investigazzjonijiet sottostanti jikkostitwixxu l-ewwel darba li membru tal-WTO pprovda kumpens għall-effetti dannużi ta’ “sussidji transnazzjonali” (12), din il-problema hija mingħajr preċedent u hija kkontestata (13), u mhux biss mill-perspettiva tad-dritt tal-Unjoni (14).

II.    Ilfatti li wasslu għallkawża

6.        Il-fatti li wasslu għar-rikorsi huma esposti fil-punti 2 sa 26 tas-sentenzi appellati. Għall-finijiet ta’ din l-analiżi, għandu jitfakkar dan li ġej.

7.        Iż-“Żona ta’ Kooperazzjoni Ekonomika u Kummerċjali ta’ Suez Ċina-Eġittu TEDA” (iktar ’il quddiem iż-“ŻKS”) hija parti minn żona ekonomika ħielsa usa’ fit-Tramuntana tal-Golf ta’ Suez u parti mit-territorju tal-Eġittu (15).

8.        Skont il-Liġi Eġizzjana Nru 83/2002 dwar iż-Żoni Ekonomiċi ta’ Natura Speċjali, din iż-żona hija kklassifikata bħala żona ekonomika speċjali mill-Gvern Eġizzjan (16).

9.        Identifikata miċ-Ċina bħala waħda mill-ewwel 18‑il “żon[a] ta’ kummerċ u kooperazzjoni barra l-pajjiż” (17) approvata uffiċjalment mill‑2013, il-kumpanniji Ċiniżi “li jsiefru”, inkluż biex joperaw fiż-Żona SETC, jistgħu jibbenefikaw minn politiki ta’ appoġġ fiskali u ta’ taxxa, minn self preferenzjali, minn appoġġ finanzjarju permezz ta’ self sindakat, minn krediti għall-esportazzjoni, minn finanzjament ta’ proġetti, minn investimenti f’ekwità u minn assigurazzjoni ta’ kreditu għall-esportazzjoni (18).

10.      Fl‑2016, il-Presidenti taċ-Ċina u tal-Eġittu ffirmaw Ftehim bejn il-Ministeru għall-Kummerċ tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina u l-Awtorità Ġenerali għaż-Żona Ekonomika tal-Kanal ta’ Suez tar-Repubblika Għarbija tal-Eġittu dwar iż-Żona SETC (19).

11.      Skont dan il-ftehim ta’ kooperazzjoni, il-Gvern Ċiniż u dak Eġizzjan għandhom jiżviluppaw b’mod konġunt iż-Żona SETC, f’konformità mal-istrateġiji nazzjonali rispettivi tagħhom (20). Skont dak l-arranġament, il-Gvern Eġizzjan jipprovdi l-art, il-ħaddiema u ċerti eżenzjonijiet mit-taxxa, filwaqt li l-kumpanniji Ċiniżi li joperaw fiż-żona jmexxu l-faċilità ta’ produzzjoni bl-assi u d-diretturi tagħhom. Finanzjament addizzjonali jiġi rċevut direttament miċ-Ċina (21).

12.      Ir-rikorrenti fl-ewwel istanza huma Jushi Egypt for Fiberglass Industry SAE (iktar ’il quddiem “Jushi Egypt”) u Hengshi Egypt Fiberglass Fabrics SAE (iktar ’il quddiem “Hengshi Egypt”). Dawn huma kumpanniji kkostitwiti taħt id-dritt Eġizzjan u stabbiliti hemm minn Jushi China u Hengshi China, il-kumpanniji omm Ċiniżi tagħhom. Dawn il-kumpanniji huma relatati u fl-aħħar mill-aħħar jappartjenu lil China National Building Material Group, kumpannija tal-Istat (22).

13.      Min-naħa tiegħu, dak il-grupp fl-aħħar mill-aħħar jappartjeni lill-Kummissjoni Ċiniża ta’ Sorveljanza u ta’ Amministrazzjoni tal-Assi Pubbliċi (iktar ’il quddiem is-“SASAC”) tal-Kunsill tal-Istat Ċiniż (23). Direttament taħt il-kontroll tal-Kunsill tal-Istat Ċiniż, l-ogħla korp amministrattiv ta’ dan il-pajjiż, ir-Regolamenti kkontestati jidentifikaw lis-“SASAC [bħala] l-istrument ewlieni li permezz tiegħu l-gvern Ċiniż jikkontrolla f’diversi modi l-intrapriżi tal-Istat bħala mezz biex jimplimenta l-politiki u l-pjanijiet tal-gvern minflok ma jsegwi l-loġika tas-suq fl-operazzjonijiet ta’ negozju tiegħu” (24).

14.      Il-prodotti inkwistjoni f’dawn l-appelli huma prodotti tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament kontinwu (iktar ’il quddiem il-“GFR”) u materjali tal-fibra tal-ħġieġ (iktar ’il quddiem il-“GFF”). Il-GFR huma l-materjal ta’ input dirett upstream tal-GFF.

15.      Il-GFR huma essenzjalment ramel ittrasformat f’filament tal-fibra tal-ħġieġ li jitgħawweġ, li jistgħu mbagħad jintużaw jew bħala tali, jew jiġu minsuġa u/jew meħjuta f’GFF. Flimkien ma’ raża biex jinħolqu materjali komposti b’piż baxx, dawn jistgħu jintużaw biex itejbu s-saħħa, il-ħeffa u d-durabbiltà tal-komponenti. Konsegwentement, dawn jintużaw inter alia fl-industriji tal-karozzi, tal-baħar, tal-ajruspazjali, tal-enerġija mir-riħ, tal-infrastruttura, tal-pajpijiet u tal-bini u kostruzzjoni.

16.      Il-politika ambizzjuża tal-Unjoni dwar il-klima żiedet b’mod sinjifikattiv id-domanda fl-Unjoni għall-GFR u għall-GFF (25).

17.      Jushi Egypt u Hengshi Egypt jipproduċu t-tnejn li huma l-GFF fiż-Żona SETC, u Jushi Egypt tipproduċi wkoll il-GFR hemm (26). Iż-żewġ kumpanniji jesportaw dawn il-prodotti lejn l-Unjoni minn dik iż-żona (27).

18.      Fir-Regolamenti kkontestati, abbażi tal-evidenza li kellha għad-dispożizzjoni tagħha (28), il-Kummissjoni kkonkludiet, fost oħrajn, li kien hemm rabta (29) bejn l-azzjonijiet imwettqa mill-Gvern Ċiniż u dak Eġizzjan, pereżempju fir-rigward tas-self preferenzjali (30) u l-appoġġ għall-investimenti kapitali (31) lil Jushi Egypt u lil Hengshi Egypt, b’tali mod li l-kontribuzzjonijiet finanzjarji pprovduti mill-Gvern Ċiniż lil dawn il-kumpanniji setgħu jiġu attribwiti lill-Gvern Eġizzjan (32).

19.      Fir-Regolamenti kkontestati, il-Kummissjoni adottat id-dazji kumpensatorji fuq l-importazzjonijiet ta’ GFF u ta’ GFR fl-Unjoni. Fir-rigward tar-rikorrenti, dan id-dazju ġie ffissat għal 13.1 %.

III. Issentenzi appellati

20.      Permezz ta’ atti ppreżentati fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fit‑28 ta’ Lulju 2020 u fis‑27 ta’ Awwissu 2020, l-appellanti ppreżentaw ir-rikorsi tagħhom għall-annullament tar-Regolamenti kkontestati.

21.      Fl‑1 ta’ Marzu 2023, il-Qorti Ġenerali tat is-sentenzi appellati, ċaħdet ir-rikorsi tal-appellanti u kkundannathom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess kif ukoll dawk tal-Kummissjoni.

IV.    Ilproċeduri quddiem ilQorti talĠustizzja

22.      Permezz tal-appelli tagħhom ippreżentati rispettivament fil‑25 ta’ April 2023 u fis‑27 ta’ April 2023, l-appellanti jitolbu lill-Qorti tal-Ġustizzja tannulla s-sentenzi appellati, tilqa’ parzjalment l-eċċezzjonijiet imqajma fl-ewwel istanza u tikkundanna lill-Kummissjoni u lill-intervenjenti għall-ispejjeż.

23.      Il-Kummissjoni titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja tiċħad l-appelli fl-intier tagħhom u tikkundanna lill-appellanti għall-ispejjeż.

24.      F’din l-azzjoni l-Kummissjoni hija sostnuta minn Tech-Fab Europe eV (fil-Kawża C‑269/23 P) u mill-European Glass Fibre Producers Association (fil-Kawża C‑272/23 P).

V.      Analiżi

25.      Dawn il-konklużjonijiet huma strutturati kif ġej. Peress li l-kwistjoni legali prinċipali li dawn l-appelli jridu jindirizzaw tirrigwarda l-validità tal-metodu użat mill-Kummissjoni biex jikkumpensa għas-“sussidji transnazzjonali” taċ-Ċina fl-Eġittu, ser nittratta l-ewwel din il-kwistjoni. Ser nipproponi li jiġi kkonstatat li l-Qorti Ġenerali ma wettqitx żball meta kkonfermat il-metodoloġija inkwistjoni abbażi tar-Regolament Antisussidji Bażiku u tal-Ftehim SCM (Taqsima A) (33).

26.      Huwa biss wara dan li ser nindirizza l-aggravji konġunti iktar tekniċi tal-appell: id-determinazzjoni tal-istrument ta’ paragun għall-finijiet tal-kumpens tal-iskema Eġizzjana tat-tnaqqis tariffarju fuq l-importazzjoni (Taqsima B) u tal-kumpensabbiltà tat-trattament fiskali tat-telf fil-kambju (Taqsima C). Fl-aħħar nett, ser nittratta l-uniku aggravju li jvarja bejn iż-żewġ appelli pendenti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja: il-livell ta’ sussidji kumpensabbli għall-entitajiet tal-grupp (Taqsima D).

A.      Fuq lapplikazzjoni talistrument kontra ssussidji għas“sussidji transnazzjonali”

27.      It-tieni u t-tielet aggravju tal-appell fil-Kawża C‑269/23 P u l-ewwel u t-tieni aggravju tal-appell fil-Kawża C‑272/23 P, essenzjalment, jirrigwardaw il-kwistjoni dwar jekk il-Kummissjoni setgħetx leġittimament tirrikorri għall-użu tal-istrument antisussidji, kif irregolat mir-Regolament Antisussidji Bażiku, biex tikkumpensa l-appoġġ finanzjarju dirett u indirett irċevut mill-appellanti mill-Gvern Ċiniż għall-manifattura tal-prodott inkwistjoni fl-Eġittu (34).

28.      Fis-sentenzi appellati, il-Qorti Ġenerali kkonfermat din il-possibbiltà. Fuq il-bażi ta’ interpretazzjoni testwali, kuntestwali u teleoloġika, dik il-qorti kkonkludiet li “ir-Regolament Antisussidji bażiku ma jeskludix li, anki jekk il-kontribuzzjoni finanzjarja ma tkunx ġejja direttament mill-awtoritajiet pubbliċi tal-pajjiż ta’ oriġini jew ta’ esportazzjoni, din il-kontribuzzjoni tista’ tiġi imputata lilhom” (35). Din waslet għal din il-konstatazzjoni abbażi ta’ interpretazzjoni tal-Artikolu 3(1)(a) tar-Regolament Antisussidji Bażiku, li jiddefinixxi l-kunċett ta’ “sussidju”, moqri flimkien mal-premessa 5 ta’ dan ir-regolament (36).

29.      Jiena naqbel mal-konklużjoni tal-Qorti Ġenerali. Iktar ’il quddiem, ser nippreżenta xi raġunamenti addizzjonali.

30.      Fil-qalba tagħha, il-kwistjoni ġuridika li wasslet għal dawn l-appelli tikkonċerna l-portata tal-kunċett ta’ “sussidju”, iddefinit fl-Artikolu 3 tar-Regolament Antisussidji Bażiku.

31.      Fil-verżjoni Ingliża tagħha, din id-dispożizzjoni tipprevedi li sussidju għandu jinftiehem bħala li jfisser “kontribuzzjoni finanzjarja minn gvern fil-pajjiż tal-oriġini jew tal-esportazzjoni” (37), li permezz tagħha jingħata vantaġġ (38).

32.      L-argument tal-Kummissjoni huwa marbut direttament mal-partijiet enfasizzati mill-kliem ta’ din id-dispożizzjoni fil-verżjoni Ingliża. Essenzjalment, l-argument tiegħu jiffoka fuq id-differenzi bejn l-użu tal-indeterminattiv “a” [fil-verżjoni Ingliża] u d-determinattiv “the” [fil-verżjoni Ingliża] fl-Artikolu 3(1)(a) tar-Regolament Antisussidji Bażiku u t-trasparenza ta’ dan l-istrument li tirriżulta, sabiex tikkumpensa għas-sussidji Ċiniżi mogħtija lil kumpanniji stabbiliti fl-Eġittu.

33.      Madankollu, kif ġustament jenfasizzaw l-appellanti, eżami lingwistiku tal-verżjonijiet lingwistiċi differenti tal-Artikolu 3(1)(a) tar-Regolament Antisussidji Bażiku juri differenzi.

34.      Ċerti verżjonijiet lingwistiċi ta’ din id-dispożizzjoni jistgħu effettivament jinqraw, bħall-verżjoni bl-Ingliż, b’mod li jħallu xi ftit miftuħa s-sors tal-kontribuzzjoni finanzjarja li tibbenefika lill-prodott inkwistjoni fil-pajjiż ta’ oriġini jew ta’ esportazzjoni (39). Madankollu, verżjonijiet lingwistiċi oħra huma fformulati b’mod li jissuġġerixxu li l-kunċett ta’ sussidju huwa limitat għall-kontribuzzjonijiet finanzjarji mogħtija mill-gvern tal-pajjiż ta’ oriġini jew ta’ esportazzjoni tal-prodott inkwistjoni (40).

35.      Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni u interpretazzjoni uniformi tar-Regolament Antisussidji Bażiku, hemm lok għalhekk li l-Artikolu 3 tiegħu jiġi interpretat skont l-għan u l-istruttura ġenerali tal-leġiżlazzjoni li dan jifforma parti minnha (41).

36.      Il-prinċipji li jikkonċernaw il-portata u l-applikazzjoni tal-istrument antisussidji huma stabbiliti fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament Antisussidji Bażiku. Skont din id-dispożizzjoni, dazju kumpensatorju jista’ jiġi impost biex jikkumpensa għal “kwalunkwe sussidju mogħti, direttament jew indirettament, għall-manifattura, il-produzzjoni, l-esportazzjoni jew it-trasport ta’ kwalunkwe prodott li r-rilaxx tiegħu għaċ-ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni tikkawża dannu” (42).

37.      Minn din id-definizzjoni jirriżulta b’mod ċar li r-Regolament Antisussidji Bażiku għandu l-għan li japplika fi kwalunkwe xenarju fejn jista’ jkun meħtieġ dazju kumpensatorju biex jikkumpensa s-sussidju ta’ prodott barrani permezz ta’ firxa wiesgħa ta’ trasferimenti ta’ valur li jikkawżaw dannu lill-industrija tal-Unjoni ta’ prodott simili.

38.      L-Artikolu 1(1) tar-Regolament Antisussidji Bażiku ma jipprovdix li s-sussidju dannuż għandu jirriżulta direttament mill-pajjiż li minnu joriġina jew ġie esportat il-prodott inkwistjoni. Għall-kuntrarju, ir-riferiment għall-għotja “indiretta” ta’ tali sussidju jimplika li ma għandux neċessarjament ikun hemm rabta territorjali mal-pajjiż ta’ oriġini jew ta’ esportazzjoni, sa fejn dan is-sussidju jista’ jkun marbut mal-manifattura, mal-produzzjoni, mal-esportazzjoni jew mat-trasport ta’ kull prodott li t-tqegħid tiegħu fis-suq intern jikkawża dannu.

39.      Dan il-qari huwa kkorroborat ukoll mill-Artikolu 2(a) tar-Regolament Antisussidji Bażiku, li jipprovdi, fil-parti rilevanti tiegħu, li sussidju kumpensabbli “jista’ jingħata mill-gvern tal-pajjiż tal-oriġini tal-prodott importat, jew mill-gvern ta’ pajjiż intermedju li minnu tkun saret l-esportazzjoni lejn l-Unjoni” (43). Bl-użu tal-verb modali “jista’”, din id-dispożizzjoni għalhekk tħalli miftuħ ukoll il-grupp ta’ dawk li jagħtu s-sussidju kumpensabbli, mingħajr ma tillimitah għall-pajjiż ta’ oriġini jew ta’ esportazzjoni tal-prodott inkwistjoni.

40.      Barra minn hekk, u kuntrarjament għal dak li jsostnu l-appellanti, din il-kunsiderazzjoni ma hijiex invalidata mill-formulazzjoni tal-Artikolu 4(2) u (3) tar-Regolament Antisussidji Bażiku, li jittratta l-kwistjoni tal-ispeċifiċità ta’ sussidju kumpensabbli u jipprevedi li din l-ispeċifiċità għandha tiġi evalwata b’referenza għall-“ġurisdizzjoni tal-awtorità li tagħtihom”.

41.      Fil-fatt, din id-dispożizzjoni ma tgħid xejn dwar jekk l-awtorità li tagħti s-sussidju għandhiex tinsab fil-pajjiż ta’ esportazzjoni jew ta’ oriġini tal-prodott inkwistjoni.

42.      Għalhekk, kif ġustament stabbilixxiet il-Qorti Ġenerali (44), meta, bħal fl-investigazzjonijiet inkwistjoni, il-Kummissjoni tkun f’pożizzjoni, abbażi tal-provi li jkollha għad-dispożizzjoni tagħha, li tattribwixxi kontribuzzjoni finanzjarja lill-gvern tal-pajjiż ta’ oriġini jew ta’ esportazzjoni tal-prodott inkwistjoni, minkejja li din il-kontribuzzjoni toriġina mill-gvern jew minn korp pubbliku ta’ pajjiż terz, l-Artikolu 4(2) u (3) tar-Regolament Antisussidji Bażiku jippermetti lill-Kummissjoni tittratta lill-gvern tal-ewwel pajjiż bħala l-“awtorità li tat il-kontribuzzjoni finanzjarja” ta’ din il-kontribuzzjoni finanzjarja partikolari (45).

43.      Fl-aħħar nett, kif tirrileva ġustament il-Kummissjoni, tali interpretazzjoni hija kkorroborata wkoll mill-premessa 5 tar-Regolament Antisussidji Bażiku, li, milli jidher, b’mod koerenti fil-verżjonijiet lingwistiċi kollha (46), tispjega li sussidju huwa preżenti meta jintwera li hemm “kontribuzzjoni finanzjarja minn gvern jew korp pubbliku fit-territorju ta’ pajjiż” (47).

44.      Moqri f’dan il-kuntest, prodott jista’ jitqies li huwa ssussidjat mhux biss meta sussidju jista’ jiġi attribwit lill-pajjiż ta’ oriġini jew ta’ esportazzjoni tal-prodott inkwistjoni, iżda wkoll meta gvern jew entità pubblika oħra tkun tista’ tiġi identifikata, abbażi tal-provi disponibbli, bħala l-oriġini tas-sussidju dannuż.

45.      Din l-interpretazzjoni hija kkorroborata wkoll mill-għan tar-Regolament Antisussidji Bażiku li, mill-forma oriġinali tiegħu fl‑1968 (48), huwa prinċipalment intiż biex jgħin lill-industrija tal-Unjoni tibbilanċja mill-ġdid il-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni fis-suq intern affettwati mis-sussidji pprojbiti mogħtija barra mill-pajjiż (49).

46.      Bħala konklużjoni, ir-Regolament Antisussidju Bażiku ma huwiex limitat għas-sussidji mogħtija mill-gvern ta’ Stat fit-territorju tiegħu “stess”.

47.      Madankollu, l-appellanti jsostnu li l-kamp ta’ applikazzjoni tad-dixxiplina antisussidju hekk mifhum ma huwiex kompatibbli mal-obbligi tal-Unjoni skont il-GATT u l-Ftehim SCM (50).

48.      Jiena naqbel li dawn il-ftehimiet internazzjonali għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni peress li l-Unjoni hija parti fil-ftehimiet WTO, fosthom il-GATT u l-Ftehim SCM, u li għalhekk jagħmlu parti mill-ordinament ġuridiku tal-Unjoni u jorbtu lill-istituzzjonijiet tagħha (51).

49.      Għalkemm huwa stabbilit sew li dawn il-ftehimiet ġeneralment ma għandhomx effett dirett (52), l-obbligu kostituzzjonali tal-Unjoni li tosserva l-impenji li jirriżultaw mill-impenji internazzjonali tagħha (53), li jirrifletti l-prinċipju tad-dritt internazzjonali ġenerali tal-osservanza tal-impenji fit-trattati (pacta sunt servanda) (54), jobbligaha tinterpreta d-dritt tal-Unjoni, jekk ikun il-każ, konformement mad-dritt tal-WTO (55).

50.      Skont il-premessa 3 tiegħu, ir-Regolament Antisussidji Bażiku huwa intiż biex jimplimenta fid-dritt tal-Unjoni “sa fejn hu possibbli” l-impenji meħuda fil-livell tal-Ftehim SCM.

51.      Il-Qorti tal-Ġustizzja diġà spjegat li l-istess formulazzjoni, għalkemm fil-kuntest tar-regolament antidumping bażiku (56), ma għandhiex, fiha nnifisha, tinftiehem bħala rieda tal-leġiżlatur tal-Unjoni li jittrasponi fid-dritt tal-Unjoni r-regoli kollha li jinsabu fil-Ftehim SCM (57).

52.      Għaldaqstant, huwa żbaljat li jiġi konkluż, kif għamlet il-Qorti Ġenerali (58), li l-użu ta’ din il-formulazzjoni jikkostitwixxi prova suffiċjenti sabiex jiġi preżunt li l-leġiżlatur tal-Unjoni kellu l-intenzjoni li jeżegwixxi l-obbligi partikolari assunti taħt l-Artikolu 1.1(a)(1) tal-ftehim SCM.

53.      Madankollu, il-formulazzjoni tal-Artikolu 3(1)(a) tar-Regolament Antisussidji Bażiku ma tirriflettix b’mod sostanzjali dik tal-Artikolu 1,1(a)(1) tal-Ftehim SCM. Għaldaqstant, l-ewwel waħda teħtieġ interpretazzjoni konformi mat-tieni waħda (59).

54.      L-Artikolu 1.1(a)(1) ta’ dan il-ftehim jipprevedi li “sussidju jitqies li jeżisti jekk [...] [g]vern jew korp pubbliku ieħor qed jagħti kontribuzzjoni finanzjarja fit-territorju ta’ Membru” (60).

55.      Fl-interpretazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni in bona fide u skont is-sens ordinarju mogħti lit-termini tagħha fil-kuntest tagħhom, kif jeżiġi l-Artikolu 31(1) tal-Konvenzjoni ta’ Vjenna dwar il-Liġi tat-Trattati (United Nations Treaty Series, Vol. 1155, p. 331) jidher li b’mod partikolari, l-użu tal-artikolu indefinit “a” (fil-verżjoni Ingliża) fil-frażi “[g]vern [...] qiegħed jagħti kontribuzzjoni finanzjarja” fil-kuntest tal-Artikolu 1.1(a)(1) tal-Ftehim SCM iħalli miftuħa l-oriġini ġeografika tas-sors tal-kontribuzzjoni finanzjarja inkwistjoni, sakemm is-sussidju inkwistjoni jkun ġej minn kwalunkwe membru tal-WTO.

56.      Ma nqisx li dan il-qari huwa affettwat mill-kwalifikatur “fit-territorju ta’ Membru”, li jinsab fl-Artikolu 1.1(a)(1) tal-Ftehim SCM, peress li din il-frażi tirreferi għall-kunċett ta’ “[g]vern jew korp pubbliku”, u mhux għal dak ta’ “kontribuzzjoni finanzjarja”.

57.      Din il-konklużjoni hija wkoll kompatibbli mal-Ftehim SCM, li jinterpreta u japplika l-Artikolu VI tal-GATT 1994, u li “għandu l-iskop u l-għan prinċipali li jżid u jtejjeb id-dixxiplina tal-GATT fir-rigward tal-użu kemm tas-sussidji kif ukoll tal-miżuri ta’ kumpens” (61).

58.      F’dan ir-rigward, nirreferi b’mod partikolari għall-Artikolu VI(3) tal-GATT 1994, li jiddefinixxi dazju kumpensatorju bħala dazju speċjali applikat biex jikkumpensa għal “kwalunkwe għotja jew sussidju għall-manifattura, produzzjoni jew esportazzjoni ta’ dak il-prodott” [traduzzjoni mhux uffiċjali], mingħajr ma jispeċifika min jipprovdi tali għotja jew sussidju u mingħajr ma jillimita territorjalment l-entità li tipprovdiha.

59.      Għaldaqstant, l-Artikolu VI tal-GATT 1994 jirrigwarda prinċipalment (62) is-sussidji kollha, irrispettivament mill-oriġini tagħhom (63).

60.      Ikkunsidrata wkoll minn din il-perspettiva, interpretazzjoni differenti mhux biss tmur kontra s-sens ordinarju tat-termini użati fil-Ftehim SCM u fl-Artikolu VI tal-GATT 1994, iżda tmur ukoll kontra l-iskop u l-għan ta’ dawn id-dispożizzjonijiet jekk l-Unjoni ma tkunx f’pożizzjoni li tikkumpensa kontribuzzjonijiet finanzjarji, bħal dawk inkwistjoni f’dan il-każ, purament minħabba s-sors territorjali tagħhom.

61.      Peress li ma jista’ jkun hemm l-ebda qari differenti mill-istorja tan-negozjati tal-Artikolu 1.1(a)(1) tal-Ftehim SCM (64), li l-użu tiegħu jista’ jservi bħala mezz ta’ interpretazzjoni addizzjonali ta’ dan il-ftehim, fis-sens tal-Artikolu 32 tal-Konvenzjoni ta’ Vjenna dwar il-Liġi tat-Trattati, jidhirli li huwa ċar li l-Artikolu 1.1(a)(1) tal-Ftehim SCM ma jillimitax territorjalment il-kamp ta’ applikazzjoni ġeografiku tas-sors tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji għall-membru tal-WTO li fit-territorju tiegħu ssir il-produzzjoni tal-prodott inkwistjoni (65).

62.      Għalhekk, inqis li l-Artikolu 1.1(1)(a) tal-Ftehim SCM ma jipprekludix li jitqies bħala sussidju arranġament li permezz tiegħu membru tal-WTO jagħmel kontribuzzjoni finanzjarja lil prodott immanifatturat fit-territorju ta’ membru ieħor tal-WTO.

63.      Isegwi għalhekk li, għar-raġunijiet preċedenti kollha, inqis li l-Qorti Ġenerali ma wettqitx żball meta kkonkludiet li l-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Antisussidji Bażiku, kif espress b’mod partikolari fl-Artikolu 1(1) u fl-Artikolu 3(1)(a) tiegħu, jestendi wkoll għas-sitwazzjoni fejn il-Kummissjoni tista’, abbażi ta’ evidenza suffiċjenti, tagħti l-appoġġ finanzjarju irċevut minn gvern ta’ pajjiż terz lill-awtoritajiet pubbliċi ta’ pajjiż terz ieħor.

64.      Għalhekk nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja tiċħad it-tieni u t-tielet aggravju fil-Kawża C‑269/23 P kif ukoll l-ewwel u t-tieni aggravju fil-Kawża C‑272/23 P.

B.      Determinazzjoni talkomparatur għallfinijiet talkumpens tassistema tattnaqqis tariffarju Eġizzjana fuq limportazzjoni talmaterjali

65.      Fir-raba’ aggravju tagħhom fil-Kawża C‑269/23 P u fit-tielet aggravju tagħhom fil-Kawża C‑272/23 P, l-appellanti, essenzjalment jargumentaw li l-Qorti Ġenerali wettqet żball meta laqgħet l-approċċ tal-Kummissjoni li jikkonsisti fit-tqabbil tas-sitwazzjoni tagħhom ma’ dik ta’ impriża li tinsab fiż-Żona SETC iżda li tbigħ fis-suq Eġizzjan għall-finijiet tal-kumpens għall-benefiċċju tal-appellanti derivanti mis-sistema tat-tnaqqis tariffarju (66). Barra minn hekk, l-appellanti jsostnu li s-sitwazzjoni tagħhom kellha titqabbel ma’ xenarju teoretiku li fih huma jiġu stabbiliti barra miż-Żona SETC, iżda dejjem kienu jesportaw il-prodotti inkwistjoni lejn l-Unjoni. L-appellanti jargumentaw li, f’dan it-tip ta’ sitwazzjoni, il-Gvern Eġizzjan ma jkunx maħfur id-dħul permezz tas-sistema ta’ tnaqqis tariffarju fuq l-importazzjoni, peress li huwa qatt ma pprova jiġbor dazji fuq l-importazzjoni għall-materjali tal-input importati għall-manifattura tal-prodotti inkwistjoni.

66.      Fil-qofol tal-argument tal-appellanti tinsab għalhekk, essenzjalment, il-kwistjoni dwar liema għandha tkun is-sitwazzjoni paragunabbli f’din il-kawża (67).

67.      Madankollu, l-unika dispożizzjoni legali li l-appellanti jiċċitaw fit-test tal-appelli tagħhom insostenn tal-argument tagħhom huwa l-Artikolu 5 tar-Regolament Antisussidju Bażiku. Din id-dispożizzjoni, li tikkonċerna l-kwantifikazzjoni tal-ammont tas-sussidju kumpensabbli, ma tirregolax il-komparatur sabiex jiġi stabbilit jekk il-Gvern Eġizzjan għażilx li jirrinunzja għal ċertu dħul normalment dovut kif definit fl-Artikolu 3(1)(a)(ii) tar-Regolament Antisussidji Bażiku (peress li l-kwantifikazzjoni tad-dħul maħfur loġikament jasal wara l-punt li tiġi stabbilita l-eżistenza tiegħu) (68).

68.      L-appellanti lanqas ma jispjegaw kif il-Qorti Ġenerali wettqet żball fl-interpretazzjoni jew fl-applikazzjoni tal-kuntest ġuridiku applikabbli.

69.      Madankollu, din l-ispjegazzjoni hija essenzjali għall-ammissibbiltà tal-argument tal-appellanti, peress li l-Artikolu 3(1)(a)(ii) tar-Regolament Antisussidji Bażiku, anki jekk din kienet id-dispożizzjoni li r-rikorrenti kienu fittxew li jinvokaw (quod non), ma jipprevedix metodu ta’ ffissar ta’ komparatur xieraq sabiex jiġi ddeterminat jekk dħul tal-gvern normalment dovut huwiex maħfur jew ma jinġabarx.

70.      Għalhekk, il-Kummissjoni għandha ċertu marġni ta’ diskrezzjoni biex tiddeċiedi bejn il-parametri u x-xenarji differenti li fuqhom hija bbażata l-missjoni tagħha li tiddetermina jekk il-Gvern Eġizzjan għażilx li jaħfer id-dħul li nkella kien dovut (69).

71.      Fl-assenza ta’ kwalunkwe argument ieħor fis-sens kuntrarju, il-Qorti Ġenerali ma tistax tiġi kkritikata li laqgħet l-għażla mill-Kummissjoni tal-komparatur xieraq fl-investigazzjonijiet antisussidju li fuqhom huma bbażati dawn l-appelli (70).

72.      Konsegwentement, nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja tiddikjara r-raba’ aggravju fil-Kawża C‑269/23 P u t-tielet aggravju fil-Kawża C‑272/23 P inammissibbli.

C.      Kumpens għattrattament fiskali tattelf fil-kambju li jirriżulta milliżvalutazzjoni tallira Eġizzjana fl2016

73.      Fil-kuntest tal-ħames aggravju fil-Kawża C‑269/23 P u tar-raba’ aggravju fil-Kawża C‑272/23 P, l-appellanti jargumentaw, essenzjalment, li l-Qorti Ġenerali naqset milli tevalwa jekk il-Kummissjoni kinitx identifikat l-iskema ta’ sussidju korretta fir-Regolamenti kkontestati. Skonthom, il-Kummissjoni qieset b’mod żbaljat li kien it-trattament fiskali tat-telf fil-kambju, introdott wara l-iżvalutazzjoni tal‑2016 tal-lira Eġizzjana (71), li kkostitwiet l-iskema ta’ sussidju li tat benefiċċju li huwa de facto speċifiku, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(2) u tal-Artikolu 4(2)(c) tar-Regolament Antisussidji Bażiku. Skont l-appellanti, dan it-trattament kien miftuħ għall-kumpanniji Eġizzjani kollha, b’tali mod li, fit-teorija, kull kumpannija Eġizzjana setgħet tnaqqas it-telf ikkawżat mill-effetti tal-iżvalutazzjoni tal‑2016 tal-lira Eġizzjana mid-dħul taxxabbli tagħha. Għal din ir-raġuni, il-Kummissjoni attribwixxiet b’mod żbaljat il-benefiċċju li jirriżulta mill-iżvalutazzjoni tal‑2016 għat-trattament fiskali tat-telf fil-kambju.

74.      Għalkemm l-appelli ma humiex xempji ta’ ċarezza, kuntrarjament għal dak li ssostni l-Kummissjoni, nifhem li dawn l-aggravji ma humiex intiżi biex jikkontestaw il-fatti mill-ġdid. Għall-kuntrarju, qari ġeneruż tal-argumenti jidher li jissuġġerixxi li l-appellanti jfittxu li jitolbu lill-Qorti tal-Ġustizzja tistħarreġ il-konklużjoni tal-Qorti Ġenerali li eżami konġunt tat-trattament fiskali u tar-regoli ta’ kontabbiltà speċjali seta’ jagħti de facto benefiċċju speċifiku.

75.      Dan it-tip ta’ argument jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja (72).

76.      F’dan ir-rigward, ninnota li l-Artikolu 4(2)(c) tar-Regolament Antisussidji Bażiku huwa intiż preċiżament biex ikopri dawn it-tipi ta’ sitwazzjonijiet li fihom, mal-ewwel daqqa t’għajn, miżura tista’ tidher mhux speċifika, iżda, fil-prattika, u abbażi ta’ kriterji jew ta’ kundizzjonijiet oġġettivi, din il-miżura għandha l-effett li tistabbilixxi mekkaniżmu speċifiku intiż li jagħti sussidju lil ċerti impriżi.

77.      Għall-finijiet ta’ din l-evalwazzjoni, sabiex jiġi ddeterminat jekk sussidju huwiex de facto speċifiku, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tiffoka mhux fuq ir-regoli nazzjonali bħala tali, iżda fuq il-livell ta’ impatt ta’ dawn ir-regoli għal ċerti impriżi (73), ikkunsidrat fil-kuntest li fih ġew introdotti (74).

78.      Fis-sentenzi appellati, dan huwa preċiżament dak li għamlet il-Qorti Ġenerali.

79.      L-ewwel nett, hija qieset li l-argument tal-appellanti kien ibbażat fuq premessa żbaljata, jiġifieri li “l-Kummissjoni ma qisitx li t-trattament fiskali kien minnu nnifsu jikkostitwixxi sussidju li jista’ jkun is-suġġett ta’ miżura kumpensatorja” (75).

80.      It-tieni nett, din il-qorti spjegat li l-Kummissjoni, billi ttrattat flimkien it-trattament fiskali u r-regoli ta’ kontabbiltà speċjali, kienet ikkonkludiet li, filwaqt li setgħu jibbenefikaw lill-kumpanniji Eġizzjani kollha, fil-prattika, dawk ir-regoli kienu intiżi biex jikkumpensaw l-effetti negattivi tal-iżvalutazzjoni tal-lira Eġizzjana tal‑2016, b’tali mod li kategorija partikolari ta’ kumpanniji (76), bħall-appellanti (77), ingħatat vantaġġ sostanzjali (78).

81.      Fl-aħħar nett, il-Qorti Ġenerali spjegat li l-appellanti ma kienu pproduċew ebda prova sabiex jikkontestaw dawn l-evalwazzjonijiet fattwali (79).

82.      Għaldaqstant nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja tiċħad ukoll il-ħames aggravju fil-Kawża C‑269/23 P u r-raba’ aggravju fil-Kawża C‑272/23 P bħala infondati.

D.      Determinazzjoni tallivell ta’ sussidju kumpensabbli għallentitajiet talgrupp

83.      Fil-kuntest tal-ewwel aggravju tagħhom fil-Kawża C‑269/23 P, l-appellanti jikkontestaw, essenzjalment, id-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali li tikkonferma l-metodu tal-Kummissjoni ta’ kalkolu tal-ammont tas-sussidju kumpensabbli li bbenefikaw minnu l-appellanti abbażi tal-fatturat konġunt tagħhom (80).

84.      Dan l-aggravju għalhekk jeħtieġ interpretazzjoni tal-Artikoli 5 u 6 tar-Regolament Antisussidji Bażiku.

85.      L-Artikolu 5 ta’ dan ir-regolament, intitolat “Kalkolu tal-ammont ta’ sussidju kumpensabbli”, jipprovdi li huwa l-benefiċċju mogħti “lill-benefiċjarju”, li huwa kkonstatat għall-perijodu ta’ investigazzjoni għas-sussidju, li għandu jservi bħala l-bażi għall-kalkolu tal-ammont ta’ sussidju kumpensabbli. Bl-istess mod, l-Artikolu 6 ta’ dak ir-regolament, intitolat “Kalkolu tal-benefiċċju lir-reċipjent”, jistabbilixxi sussegwentement ċerti linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-benefiċċju, u għalhekk tas-sussidju, “lir-reċipjent”.

86.      Skont l-appellanti, l-użu tas-singular “benefiċjarju” f’dawn id-dispożizzjonijiet ifisser, kif ikkonkludiet il-Qorti Ġenerali fis-sentenza tagħha Jindal Saw u Jindal Saw Italia vs Il‑Kummissjoni (81), li “l-vantaġġ għandu jiġi stabbilit u kkalkolat għal kull benefiċjarju skont is-sitwazzjoni tiegħu” (82). Huwa biss meta sussidju jingħata flimkien lil dawn iż-żewġ entitajiet li l-ammont tas-sussidju kumpensabbli jista’ wkoll jiġi stabbilit għal dawn l-entitajiet kollettivament. Minn dan jirriżulta li l-Kummissjoni kellha tikkalkula b’mod separat il-benefiċċju bħala perċentwal għal Jushi Egypt u għal Hengshi Egypt, tapplika dan il-benefiċċju bħala perċentwal tal-fatturat rispettiv tagħhom tal-prodott inkwistjoni, u tikkalkula marġni medju ta’ sussidju globali uniku għall-appellanti kollettivament (83).

87.      Fl-istess ħin, l-appellanti ma jikkontestawx – fil-fatt, huma espressament jaqblu fl-osservazzjonijiet bil-miktub tagħhom – li, minkejja l-użu tas-singular “benefiċjarju” fl-Artikoli 5 u 6 tar-Regolament Antisussidji Bażiku, il-kunċett ta’ “benefiċjarju” jista’ jiġi interpretat fis-sens li jinkludi lil wkoll grupp ta’ kumpanniji (84).

88.      Ma naħsibx li huwa loġiku li tiġi segwita d-distinzjoni proposta mill-appellanti.

89.      L-ewwel nett, l-argument tagħhom ma huwa sostnut minn ebda riferiment jew ġurisprudenza (85). L-Artikoli 5 u 6 tar-Regolament Antisussidji Bażiku lanqas ma fihom kwalifikaturi li jippermettu interpretazzjoni restrittiva tal-kunċett ta’ “benefiċjarju”.

90.      It-tieni nett, interpretazzjoni wiesgħa ta’ dan il-kunċett ma hijiex biss konformi mal-interpretazzjoni li l-Qorti tal-Ġustizzja tat lil kunċetti simili ta’ għajnuna mill-Istat u tad-dritt tal-kompetizzjoni, jiġifieri l-kunċetti ta’ “unità ekonomika” jew ta’ “impriża” (86), iżda hija wkoll dik li l-Korp tal-Appell tal-WTO ta lill-kunċett ta’ “benefiċjarju”, kif użat fil-Ftehim SCM (87).

91.      It-tielet nett, l-approċċ li jikkonsisti fit-trattament ta’ entitajiet li jifformaw parti minn entità sħiħa indiviżibbli, minn perspettiva industrijali u ekonomika, kif imsemmi huwa allinjat mar-realtà ekonomika minħabba li t-trasferimenti ta’ kapital fi ħdan il-grupp ma jistgħux jaħarbu mill-istrument antisussidji (88).

92.      L-interpretazzjoni wiesgħa li tirriżulta mill-kunċett ta’ “benefiċjarju” għalhekk tissodisfa l-għan tar-Regolament Antisussidji Bażiku, li jikkonsisti fit-“tpaċija ta’ kwalunkwe sussidju mogħti, direttament jew indirettament, għall-manifattura, il-produzzjoni, l-esportazzjoni jew it-trasport ta’ kwalunkwe prodott li r-rilaxx tiegħu għaċ-ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni tikkawża dannu” (89).

93.      Għaldaqstant, ma nqisx li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha tikkonstata li l-Qorti Ġenerali wettqet żball meta adottat il-linja ta’ interpretazzjoni msemmija iktar ’il fuq u kkonfermat il-kalkolu mill-Kummissjoni tas-sussidju kumpensabbli tal-appellanti.

94.      Minn dan isegwi li nipproponi lill-Qorti tal-Ġustizzja tiċħad l-ewwel aggravju fil-Kawża C‑269/23 P.

VI.    Fuq lispejjeż

95.      Skont l-Artikolu 137 u l-Artikolu 184(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tagħha, meta l-Qorti tal-Ġustizzja taqta’ l-kawża definittivament hija stess, hija għandha tiddeċiedi dwar l-ispejjeż.

96.      Skont l-Artikolu 138(1) tar-regoli, applikabbli għall-proċedura tal-appell skont l-Artikolu 184(1) tagħhom, kull parti li titlef kawża għandha tbati l-ispejjeż, jekk dawn ikunu ġew mitluba fit-talbiet tal-parti li tirbaħ.

97.      Peress li l-appellanti, fil-fehma tiegħi, tilfu dawn l-appelli għar-raġunijiet li tajt iktar ’il fuq, inqis li dawn għandhom jiġu kkundannati jbatu l-ispejjeż tagħhom stess u jħallsu għal dawk sostnuti mill-Kummissjoni, kemm fl-ewwel istanza kif ukoll fl-appell.

98.      Min-naħa l-oħra, skont l-Artikolu 140(3) tar-Regoli tal-Proċedura, li japplika wkoll għall-proċeduri tal-appell skont l-Artikolu 184(1) tar-Regoli tal-Proċedura, Tech-Fab Europe eV u European Glass Fibre Producers Association għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess.

VII. Konklużjoni

99.      Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja:

–        tiċħad l-appelli bħala infondati;

–        tikkonferma s-sentenzi tal‑1 ta’ Marzu 2023, Hengshi Egypt Fiberglass Fabrics u Jushi Egypt for Fiberglass Industry vs Il‑Kummissjoni (T‑480/20, EU:T:2023:90), u tal‑1 ta’ Marzu 2023, Jushi Egypt for Fiberglass Industry vs Il‑Kummissjoni (T‑540/20, EU:T:2023:91);

–        tikkundanna lil Hengshi Egypt Fiberglass Fabrics SAE u lil Jushi Egypt for Fiberglass Industry SAE jbatu l-ispejjeż tagħhom stess u jħallsu l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea, kemm fl-ewwel istanza kif ukoll fl-appell; u

–        tordna lil Tech-Fab Europe eV u lil European Glass Fibre Producers Association ibatu l-ispejjeż tagħhom stess.


1      Lingwa oriġinali: l-Ingliż.


2      Ara, f’dan is-sens, Luengo Hernández de Madrid, G. E., Regulation of Subsidies and State Aids in WTO and EC Law, Kluwer International Law, Alphen aan den Rijn, 2007, p. 4.


3      Ara, b’mod ġenerali, Bräutigam, D. u Xiaoyang, T., “Economic statecraft in China’s new overseas special economic zones: Soft power, business, or resource security?”, Dokument ta’ Diskussjoni tal-IFPRI 01168 (Marzu 2012), p. 9.


4      Ara d-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Laqgħa Trilaterali tal-Ministri għall-Kummerċ tal-Ġappun, l-Istati Uniti u l-Unjoni Ewropea, 14 ta’ Jannar 2020, disponibbli fuq: https://ustr.gov/about-us/policy-offices/press-office/press-releases/2020/january/joint-statement-trilateral-meeting-trade-ministers-japan-united-states-and-european-union


5      Ara, fid-dettall, id-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni dwar distorsjonijiet sinifikanti fl-ekonomija tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-finijiet tal-investigazzjonijiet għad-difiża tal-kummerċ, SWD(2024) 91 finali, p. 618 et seq.) (li jispjega li “l-politika ta’ ‘go out’ enfasizzat li l-kumpanniji Ċiniżi jistgħu jużaw b’mod sħiħ ir-riżorsi kemm domestiċi kif ukoll internazzjonali sabiex ipattu għan-nuqqasijiet fis-suq domestiku”).


6      Ara, b’mod ġenerali, l-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u għall-Iżvilupp Ekonomiku, “The Belt and Road Initiative in the global trade, investment and finance landscape”, OECD Business and Finance Outlook, 2018, p. 3 u 33.


7      Ir-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2016, L 176, p. 55) (iktar ’il quddiem ir-“Regolament Antisussidji Bażiku”).


8      Ftehim dwar is-Sussidji u l-Miżuri ta’ Kumpens tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (iktar ’il quddiem il-“Ftehim SCM”).


9      Ara r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/776 tat‑12 ta’ Ġunju 2020 li jimponi dazji kumpensatorji definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti materjali tal-fibra tal-ħġieġ minsuġa u/jew meħjuta li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Eġittu u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/492 li jimponi dazji anti-dumping definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti materjali tal-fibra tal-ħġieġ minsuġa u/jew meħjuta li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Eġittu (ĠU 2020, L 189, p. 1) (iktar ’il quddiem ir-“Regolament GFF”) u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/870 tal‑24 ta’ Ġunju 2020 li jimponi dazju kumpensatorju definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju kumpensatorju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ prodotti tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament kontinwu li joriġinaw mill-Eġittu, u li jimponi dazju kumpensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet irreġistrati ta’ prodotti tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament kontinwu li joriġinaw mill-Eġittu (ĠU 2020, L 201, p. 10) (iktar ’il quddiem ir-“Regolament GFR”) (flimkien, ir-“Regolamenti kkontestati”).


10      Sentenza tal‑1 ta’ Marzu 2023, Hengshi Egypt Fiberglass Fabrics u Jushi Egypt for Fiberglass Industry vs Il‑Kummissjoni (T‑480/20, EU:T:2023:90, iktar ’il quddiem is-“sentenza Hengshi Egypt Fiberglass Fabrics u Jushi Egypt for Fiberglass Industry vs Il‑Kummissjoni”).


11      Sentenza tal‑1 ta’ Marzu 2023, Jushi Egypt for Fiberglass Industry vs Il‑Kummissjoni (T‑540/20, EU:T:2023:91, iktar ’il quddiem is-“sentenza Jushi Egypt for Fiberglass Industry vs Il‑Kummissjoni”).


12      Sadanittant, fil‑25 ta’ Marzu 2024, l-Istati Uniti tal-Amerika emendaw ir-regolamenti tagħhom kontra s-sussidji sabiex jippermettu speċifikament l-impożizzjoni ta’ dazji kumpensatorji fuq is-sussidji transnazzjonali; ara United States Department of Commerce, “Regulations improving and strengthening the enforcement of trade remedies through the administration of the antidumping and countervailing duty laws”, Federal Register Vol. 89, p. 20766, 25 ta’ Marzu 2024, b’mod partikolari p. 20826 et seq.


13      Ara, f’dan ir-rigward, Benitah, M, The WTO Law of Subsidies – A Comprehensive Approach, Kluwer Law International, Leiden, 2019, p. 605 (fejn jispjega li “minkejja l-apparenzi, il-ġurisprudenza attwali qatt ma ġiet iffaċċjata b’” xenarju fejn sussidju jingħata lil riċevitur ta’ benefiċċju li jimmanifattura l-prodott inkwistjoni barra mill-pajjiż tal-gvern li qed jagħti s-sussidju).


14      Madankollu, fiż-żmien tal-abbozzar, l-Unjoni kienet ikkonkludiet investigazzjoni oħra kontra s-sussidji fejn użat l-istrument kontra s-sussidji biex tiġġieled tip simili ta’ xenarju ta’ “sussidji transnazzjonali” li jinvolvu lir-Repubblika tal-Indoneżja u ċ-Ċina; ara r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/433 tal‑15 ta’ Marzu 2022 li jimponi dazji kumpensatorji definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ prodotti tal-azzar inossidabbli llaminati ċatti fil-kiesaħ li joriġinaw mill-Indja u mill-Indoneżja u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2012 li jimponi dazju anti-dumping definittiv u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju anti-dumping provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ prodotti tal-azzar inossidabbli llaminati ċatti fil-kiesaħ li joriġinaw mill-Indja u mill-Indoneżja (ĠU 2022, L 88, p. 24). Dan ir-regolament ġie kkontestat quddiem il-Qorti Ġenerali fil-KawżaT‑348/22, PT Indonesia Ruipu Nickel u Chrome Alloy vs Il‑Kummissjoni, li għadha pendenti. L-istess regolament ta lok ukoll għal proċeduri quddiem il-Korp għas-Soluzzjoni tat-Tilwim tal-WTO, li għadhom pendenti, u li ġew irreġistrati bħala European Union – Countervailing and Anti-Dumping Duties on Stainless Steel Cold-Rolled Flat Products from Indonesia (DS616).


15      Sentenzi appellati, punt 3 tagħhom. Dwar l-espansjoni ġeografika ta’ din iż-żona, ara wkoll il-punti 4, 7 u 9 tagħhom.


16      Sentenzi appellati, punt 4 tagħhom. Ara wkoll il-premessa 650 tar-Regolament GFF, u l-premessa 38 tar-Regolament GFR.


17      Ara l-premessa 651 tar-Regolament GFF, u l-premessa 39 tar-Regolament GFR.


18      Sentenzi appellati, punt 7 tagħhom.


19      Sentenzi appellati, punt 9 tagħhom. Ara wkoll il-premessa 656 tar-Regolament GFF, u l-premessa 44 tar-Regolament GFR.


20      L-iżvilupp taż-Żona SETC huwa mmexxi minn kumpannija msejħa Egypt TEDA Investment Co., li hija kkostitwita bħala impriża konġunta bejn kumpannija bl-isem China-Africa TEDA Investment Co., Ltd. – li hija kumpannija stabbilita mill-Fond għall-Iżvilupp Ċina – Afrika u mill-kumpannija tal-Istat Tianjin TEDA Investment Holding Co. Ltd. – biex tiġi stabbilita, minn naħa, u Egypt China Joint Venture Company, min-naħa l-oħra. Kemm Egypt TEDA Investment Co. kif ukoll China-Africa Development Fund, huma stabbiliti bħala impriżi konġunti bejn kumpanniji tal-Istati Eġizzjani u Ċiniżi. Ara l-premessi 649 u 652 tar-Regolament GFF, u l-premessi 37 u 40 tar-Regolament GFR.


21      Sentenzi appellati, punt 10 tagħhom. Ara wkoll il-premessa 658 tar-Regolament GFF, u l-premessa 46 tar-Regolament GFR.


22      Sentenza Hengshi Egypt Fiberglass Fabrics u Jushi Egypt for Fiberglass Industry vs Il‑Kummissjoni, punt 2. Ara wkoll il-premessa 93 tar-Regolament GFF, u l-premessa 187 tar-Regolament GFR.


23      Premessa 93 tar-Regolament GFF u l-premessa 187 tar-Regolament GFR.


24      Premessa 774 tar-Regolament GFF u l-premessa 212 tar-Regolament GFR. Mill‑2017, ir-rwol tas-SASAC huwa inter alia, li “tippromwovi l-aħjar allokazzjoni tal-kapital tal-Istat billi tiċċentrah madwar missjonijiet li jservu oġġettivi nazzjonali strateġiċi”; ara d-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni dwar distorsjonijiet sinifikanti fl-ekonomija tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-finijiet tal-investigazzjonijiet għad-difiża tal-kummerċ (SWD(2024) 91 finali), p. 111.


25      Ara, pereżempju, l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew “Glass in Europe at a crossroads: delivering a greener, energy-efficient industry, while enhancing competitiveness and maintaining quality jobs” (2022/C 105/04), punti 3.1.1.1 3.1.2.1 u 3.4 (li jiddeskrivu d-derivattivi tal-fibri tal-ħġieġ bħala “importanti ħafna biex tinkiseb l-aħjar iżolazzjoni fil-bini” u jenfasizzaw l-użu tagħhom fit-turbini tar-riħ, fid-displays, fl-ismartphones, fit-tablets u (touch) skrins oħra).


26      Ara l-premessa 659 tar-Regolament GFF, u l-premessa 47 tar-Regolament GFR.


27      Ara s-sentenzi appellati, punt 14 tagħhom.


28      Skont l-Artikolu 28(1) tar-Regolament Antisussidji Bażiku, f’każijiet fejn kwalunkwe parti interessata tiċħad l-aċċess għal, jew b’mod ieħor ma tipprovdix, l-informazzjoni meħtieġa f’ċerti limiti ta’ żmien, il-Kummissjoni tista’ tagħmel konklużjonijiet affermattivi jew negattivi, abbażi tal-fatti disponibbli lilha. Fil-premessi 661 sa 664 tar-Regolament GFF u fil-premessi 49 sa 57 tar-Regolament GFR, il-Kummissjoni tispjega li kellha tirrikorri għal dik id-dispożizzjoni inter alia fir-rigward tal-qafas legali u istituzzjonali u l-amministrazzjoni taż-Żona SETC kif ukoll il-kollaborazzjoni preċiża bejn il-Gvern Ċiniż u dak Eġizzjan fir-rigward ta’ din iż-żona.


29      Ara, f’dan ir-rigward, il-premessi 676, 678 u 683 tar-Regolament GFF, u l-premessi 61, 66 u 71 tar-Regolament GFR: “[i]l-gvern Eġizzjan kien qiegħed jistenna u jilqa’ l-finanzjament Ċiniż għall-kooperazzjoni mill-qrib fiż-Żona SETC, sabiex jagħti spinta lill-iżvilupp ta’ wieħed mill-ifqar reġjuni tiegħu. Il-Gvern Ċiniż kien qed jittama li l-kumpanniji Ċiniżi jkunu jistgħu joperaw barra t-territorji Ċiniżi u jespandu l-esportazzjonijiet tagħhom taħt l-inizjattiva ‘One Belt, One Road’ (possibbilment biex jevitaw li jinqabdu minn miżuri ta’ difiża kummerċjali)”).


30      Ara l-premessi 726 sa 757 tar-Regolament GFF, u l-premessi 143 sa 147 tar-Regolament GFR.


31      Ara l-premessi 758 sa 804 tar-Regolament GFF, u l-premessi 230 sa 241 tar-Regolament GFR. Ara wkoll id-Dokument ta’ Divulgazzjoni Finali Ġenerali (AS657), 29 ta’ April 2020 (Anness A.24 tal-Kawża T‑540/20), punti 158 sa 206.


32      Ara l-premessi 670 sa 699 tar-Regolament GFF, u l-premessi 58 sa 87 tar-Regolament GFR. Ara wkoll, f’dan ir-rigward, il-premessa 659 tar-Regolament GFF u, f’dan is-sens, il-premessa 47 tar-Regolament GFR: “Jushi Egypt u Hengshi Egypt huma ffinanzjati b’fondi ġejjin miċ-Ċina, qegħdin jużaw materjali tal-input u tagħmir importat miċ-Ċina, huma mmexxija minn maniġers Ċiniżi u qegħdin jużaw għarfien espert Ċiniż”.


33      Peress li l-Qorti Ġenerali ma indirizzatx il-kwistjoni tal-imputabbiltà tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji taċ-Ċina lill-Eġittu, inkluż l-użu mill-Kummissjoni tal-Abbozzi ta’ Artikoli dwar ir-Responsabbiltà tal-Istati għal Fatti Internazzjonalment Illegali tal-Kummissjoni tad-Dritt Internazzjonali, u peress li din il-kwistjoni ma ġietx appellata quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja (ara s-sentenzi appellati, punt 103 (T‑480/20) u punt 70 (T‑540/20)). Jiena ma nieħu ebda pożizzjoni dwar din il-parti tad-diskussjoni globali. Ara wkoll il-premessi 686, 707, 708, 718 u 719 tar-Regolament GFF, u l-premessi 74, 95 u 102 u 103 tar-Regolament GFR.


34      Għall-finijiet ta’ kompletezza, għandi nirrileva li, fl-appelli tagħhom, l-appellanti jinnotaw li huma jikkritikaw is-sentenzi appellati fil-punti 81 sa 103 (T‑480/20) u fil-punti 48 sa 70 (T‑540/20). Madankollu, ħafna minn dawn il-punti jikkonċernaw konstatazzjonijiet fattwali magħmula mill-Qorti Ġenerali abbażi tar-Regolamenti kkontestati. Peress li l-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja hija, bħala prinċipju, skont l-Artikolu 256(1) TFUE u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, limitata għall-punti ta’ liġi, sa fejn it-tieni aggravju fil-Kawża C‑269/23 P u l-ewwel aggravju fil-Kawża C‑272/23 P għandhom jinftiehmu wkoll bħala li jikkontestaw l-evalwazzjonijiet fattwali tal-Qorti Ġenerali, mingħajr madankollu ma jispjegaw kif din il-qorti għawġet is-sens ċar tal-provi prodotti quddiemha, dawn huma inammissibbli; ara, ex multis, is-sentenza tat‑8 ta’ Ġunju 2023, Severstal u NLMK vs Il‑Kummissjoni (C‑747/21 P u C‑748/21 P, EU:C:2023:459, punti 44 sa 46 u l-ġurisprudenza ċċitata).


35      Sentenzi appellati, punt 84 (T‑480/20) u punt 51 (T‑540/20).


36      Sentenzi appellati, punti 79 sa 83 (T‑480/20) u punti 46 sa 50 (T‑540/20).


37      Artikolu 3(1)(a) u (b) tar-Regolament Antisussidji Bażiku (enfasi miżjuda minni). Wara din id-definizzjoni kunċettwali hemm lista ta’ atti minn korp tal-gvern jew pubbliku li jikkostitwixxu sussidju, bħat-trasferiment dirett ta’ fondi fil-forma ta’, pereżempju, għotjiet jew self, jew mezzi iktar indiretti ta’ appoġġ għall-prezzijiet, bħal fil-forma ta’ introjtu tal-gvern li inkella jintilef, ara l-Artikolu 3(1)(a)(i) sa (iv) ta’ dak ir-regolament. Kif spjegat ukoll il-Qorti Ġenerali fis-sentenza tal‑10 ta’ April 2019, Jindal Saw u Jindal Saw Italia vs Il‑Kummissjoni (T‑300/16, EU:T:2019:235, punt 107), din il-lista hija arrotondata permezz “[tat]-tieni inċiż tal-Artikolu 3(1)(a)(iv) tar-Regolament [Antisussidji] bażiku [li] huwa, essenzjalment, dispożizzjoni kontra l-evażjoni, li tfittex li tiżgura li l-awtoritajiet pubbliċi ta’ pajjiżi terzi ma jkunux jistgħu jevadu r-regoli dwar is-sussidji billi jadottaw miżuri li, fl-apparenza, ma jaqgħux stricto sensu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 3(1)(a)(i) sa (iii) ta’ dan ir-regolament, iżda, fil-prattika, għandhom effetti ekwivalenti”. Bl-istess mod, ara r-rapport tal-Korp tal-Appell tal-WTO intitolat United States — Final Countervailing Duty Determination with respect to certain Softwood Lumber from Canada (WT/DS257/AB/R), punt 52.


38      Artikolu 3(2) tar-Regolament Antisussidji Bażiku (enfasi miżjuda minni).


39      Ara, pereżempju, il-verżjonijiet bil-Ġermaniż (“eine Regierung im Ursprungs- oder Ausfuhrland”), bl-Ispanjol (“los poderes públicos en el territorio del país de origen o de exportación”), bid-Daniż (“staten i oprindels- eller eksportlandet”) u bl-Irlandiż (“go bhfuil ranníocaíocht airgeadais ó rialtas sa tír thionscnaimh nó sa tír is onnmaireoir”).


40      Ara, pereżempju, il-verżjonijiet bil-Franċiż (“des pouvoirs publics du pays d’origine ou d’exportation”), bit-Taljan (“una pubblica amministrazione del paese d’origine o di esportazione”), bil-Kroat (“postoji financijski doprinos vlade zemlje podrijetla ili izvoza”) u bis-Sloven (“gre za finančni prispevek vlade v državi porekla ali izvoza”).


41      Ara, ex multis, is-sentenzi tas‑27 ta’ Ottubru 1977, Bouchereau (30/77, EU:C:1977:172, punt 14), u tat‑12 ta’ Settembru 2019, Il‑Kummissjoni vs Kolachi Raj Industrial (C‑709/17 P, EU:C:2019:717, punt 88 u l-ġurisprudenza ċċitata).


42      Enfasi miżjuda minni.


43      Enfasi miżjuda minni.


44      Ara s-sentenzi appellati, punti 106 sa 108 (T-480/20) u l-punti 73 sa 75 (T‑540/20).


45      Inżid li l-kuntrarju jagħmel l-applikabbiltà tal-istrument antisussidju dipendenti fuq l-oriġini tal-flussi finanzjarji inkwistjoni, li jippermetti faċilment li jiġi evitat il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Antisussidji Bażiku, anki fl-ipoteżi fejn il-movimenti tal-kapital jistgħu jiġu segwiti bi preċiżjoni raġonevoli.


46      Ara, f’dan ir-rigward, pereżempju, il-verżjonijiet bil-Franċiż (“une contribution financière par les pouvoirs publics ou tout organisme public, sur le territoire d’un pays”), bil-Ġermaniż (“eine Regierung oder Eder eine öffentliche Körperschaft im Gebiet eines Landes eine finanzielle Beihilfe leistet”), bl-Ispanjol (“una contribución financiera por los poderes públicos o un organismo público en el territorio de un país”), bit-Taljan (“un contributo finanziario da parte di una pubblica amministrazione o di ente pubblico nel territoro di un paese”), bl-Irlandiż (“ranníocaíocht airgeadais ó rialtas nó ó chomhlacht poiblí éigin laistigh de chríoch tíre”), bil-Kroat (“financijski doprinos vlade ili javnog tijela na državnom području zemlje”) u bid-Daniż (“en statslig eller en offentlig myndighed har ydet et finansielt bidrag inden for et lands område”).


47      Enfasi miżjuda minni, Fl-intier tagħha, din il-premessa taqra kif ġej: “Biex tiġi determinata l-eżistenza ta’ sussidju, huwa meħtieġ li jintwera li kien hemm kontribuzzjoni finanzjarja minn gvern jew korp pubbliku fit-territorju ta’ pajjiż, jew li kien hemm xi forma ta’ appoġġ fir-rigward ta’ dħul jew prezzijiet fis-sens tal-Artikolu XVI tal-[Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (iktar ’il quddiem il-‘GATT’)] 1994, u li b’hekk ingħata benefiċċju lill-intrapriża li tkun irċevietu.”


48      Ara r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 459/68 tal‑5 ta’ April 1968 dwar il-protezzjoni kontra l-prattiċi tad-dumping, l-għajnuna mogħtija u s-sussidji minn pajjiżi li ma humiex membri tal-Komunità Ekonomika Ewropea (ĠU 1968, L 93, p. 1).


49      Ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑14 ta’ Lulju 1988, Fediol vs Il‑Kummissjoni (187/85, EU:C:1988:399, punt 14): sussidju jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Antisussidji Bażiku “jekk il-vantaġġ ekonomiku mogħti jkollu effetti dannużi fuq il-kompetizzjoni normali minħabba li jingħata favur impriża jew settoralment, grupp ta’ impriżi”. Ara wkoll, b’analoġija, is-sentenzi tat‑3 ta’ Ottubru 2000, Industrie des poudres sphériques vs Il‑Kunsill (C‑458/98 P, EU:C:2000:531, punt 91), u tat‑8 ta’ Ġunju 2023, Severstal u NLMK vs Il‑Kummissjoni (C‑747/21 P u C‑748/21 P, EU:C:2023:459, punt 73) li jikklassifikaw il-miżuri korrettivi kummerċjali bħala “miżuri ta’ difiża kontra l-kompetizzjoni żleali [...] li jiġi kkorreġut żbilanċ fis-suq domestiku”.


50      Dawn iż-żewġ ftehimiet ġew approvati mill-Unjoni fil-kuntest tal-approvazzjoni tagħha tal-Ftehim li jistabbilixxi l-WTO; ara d-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/800/KE tat‑22 ta’ Diċembru 1994 dwar il-konklużjoni f’isem il-Komunità Ewropea, fejn għandhom x’jaqsmu affarijiet fil-kompetenza tagħha, fuq il-ftehim milħuq fil-Laqgħa ta’ negozjati multilaterali fl-Urugwaj (1986‑1994) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 31, p. 80‑81).


51      Ara, ex multis, is-sentenzi tat‑30 ta’ April 1974, Haegeman (181/73, EU:C:1974:41, punti 5 u 6), u tas‑6 ta’ Ottubru 2020, Il‑Kummissjoni vs L‑Ungerija (Edukazzjoni ogħla) (C‑66/18, EU:C:2020:792, punt 69 u l-ġurisprudenza ċċitata).


52      Ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tal‑5 ta’ Ottubru 1994, Il‑Ġermanja vs Il‑Kunsill (C‑280/93, EU:C:1994:367, punti 106 sa 109), u tat‑23 ta’ Novembru 1999, Il‑Portugall vs Il‑Kunsill (C‑149/96, EU:C:1999:574, punt 47).


53      Dan l-impenn jinsab fl-Artikolu 216(2) TFUE.


54      Ara wkoll, f’dan is-sens, il-konklużjonijiet tiegħi fil-kawża Changmao Biochemical Engineering vs Il‑Kummissjoni (C‑123/21 P, EU:C:2022:890, punt 34).


55      Ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑20 ta’ Jannar 2022, Il‑Kummissjoni vs Hubei Xinyegang Special Tube (C‑891/19 P, EU:C:2022:38, punti 31 u 32).


56      Jiġifieri r-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2016, L 176, p. 21).


57      Ara s-sentenza tas‑16 ta’ Lulju 2015, Il‑Kummissjoni vs Rusal Armenal (C‑21/14 P, EU:C:2015:494, punt 52).


58      Ara s-sentenza appellata, punt 99 (T-480/20) u punt 66 (T-540/20).


59      Ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat‑12 ta’ Mejju 2022, Il‑Kummissjoni vs Hansol Paper (C‑260/20 P, EU:C:2022:370, punt 82), u tas‑27 ta’ Frar 2024, EUIPO vs The KaiKai Company Jaeger Wichmann (C‑382/21 P, EU:C:2024:172, punt 74). Għal applikazzjoni konkreta ta’ meta din it-tip ta’ interpretazzjoni kienet possibbli, ara s-sentenza tal‑20 ta’ Jannar 2022, Il‑Kummissjoni vs Hubei Xinyegang Special Tube (C‑891/19 P, EU:C:2022:38, punti 30 u 34).


60      Enfasi miżjuda minni.


61      Ara r-Rapport tal-Korp tal-Appell tal-WTO intitolat United States — Countervailing Duties on Certain Corrosion-Resistant Carbon Steel Flat Products from Germany (WT/DS213/AB/R, punt 73). Ara wkoll, f’dan is-sens, ir-Rapport tal-Korp tal-Appell tal-WTO intitolat United States — Final Countervailing Duty Determination with respect to certain Softwood Lumber from Canada (WT/DS257/AB/R) punt 95).


62      Nixtieq nenfasizza li s-sempliċi fatt li miżura tikkostitwixxi “sussidju” li jaqa’ taħt l-Artikolu VI tal-GATT 1994 ma jfissirx neċessarjament li kull tip ta’ intervent regolatorju fis-suq huwa neċessarjament kopert mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-Ftehim SCM; ara, f’dan ir-rigward, il-Korp tal-Appell tal-WTO intitolat United States – Countervailing Duty Investigation on Dynamic Random Access Memory Semiconductors (DRAMS) from Korea (WT/DS296/AB/R), punt 115.


63      Ara wkoll, f’dan ir-rigward, l-Indiċi Analitiku tal-WTO, “Article VI – Anti-Dumping and Countervailing Duties”, p. 239, li f’dak li jikkonċerna l-kunċett ta’ “għotja jew sussidju”, jirreferi għat-Tieni Rapport tal-Grupp ta’ Esperti fuq id-“Dazji Antidumping u Kumpensatorji” tad‑29 ta’ Jannar 1960 (L/1141) fejn huwa spjegat li “tliet esperti qiesu li l-kelma għandha tiġi interpretata f’sens iktar wiesa’ u ħassew li din tkopri s-sussidji kollha, tkun xi tkun in-natura tagħhom u irrispettivament mill-oriġini tagħhom, inklużi wkoll is-sussidji mogħtija minn korpi privati” [traduzzjoni mhux uffiċjali].


64      Fil-fatt, kif tispjega l-Kummissjoni, filwaqt li t-test tan-negozjati ta’ (dak iż-żmien) l-Artikolu 3.1(a) ġie estiż biex jinkludi wkoll, fid-definizzjoni ta’ “gvern”, kwalunkwe korp pubbliku fit-territorju ta’ membru tal-WTO, ma hemm l-ebda evidenza li din il-bidla fit-test, jew kwalunkwe bidla oħra, kienet maħsuba biex tillimita l-kamp ta’ applikazzjoni territorjali tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji li jistgħu jiġu attribwiti lil membru tal-WTO. Ara, f’dan ir-rigward, il-Grupp tan-Negozjar dwar is-Sussidji u l-Miżuri Kumpensatorji, l-Istat tax-Xogħol fil-Grupp tan-Negozjar, ir-Rapport tal-President lill-Grupp tan-Negozjar dwar il-merkanzija, Dokument MTN.GNG/NG10/W/38 (18 ta’ Lulju 1990), p. 2, u d-Dokument MTN.GNG/NG10/W/38/Rev.1 (4 ta’ Settembru 1990), p. 2.


65      Insostenn ta’ din il-konklużjoni, ara wkoll Crochet, V. u Hegde, V., “China’s ‘Going Global’ Policy: Transnational subsidies under the WTO SCM Agreement”, 23 Journal of International Economic Law (2020), p. 847 u Reinhold, P., Strategische Autonomie und Handelsschutz – Länderübergreifende Subventionen vor den EU-Gerichten”, Jean Monnet Working Paper No 1/24, p. 7 (li t-tnejn li huma jispjegaw li l-Artikolu 1.1(a)(1) tal-Ftehim SCM ma jindikax f’liema post għandu jkun jinsab il-benefiċjarju tal-kontribuzzjoni finanzjarja mogħtija minn “gvern jew kwalunkwe korp pubbliku”).


66      L-appelli jikkontestaw il-punti 167 sa 169 (T‑480/20) u 134 sa 136 (T‑540/20) tas-sentenzi appellati.


67      Fit-titolu tar-raba’ aggravju fil-Kawża C‑269/23 P u tat-tielet aggravju fil-Kawża C‑272/23 P, l-appellanti jallegaw ukoll ksur tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) u (2) tar-Regolament Antisussidji Bażiku. Madankollu, peress li dawn il-partijiet ma jiżviluppawx l-allegat ksur ta’ dawn id-dispożizzjonijiet fit-test tar-rikors tagħhom, inqis li l-appelli għandhom jiġu miċħuda bħala inammissibbli f’dan ir-rigward minħabba nuqqas ta’ sodisfazzjon tal-Artikolu 169(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja. Ara, f’dan ir-rigward, is-sentenza tat‑28 ta’ Settembru 2023, Changmao Biochemical Engineering vs Il‑Kummissjoni (C‑123/21 P, EU:C:2023:708, punt 87).


68      Kif spjegat il-Qorti Ġenerali, il-Korp tal-Appell tal-WTO jqis li r-rekwiżit li jiġi stabbilit komparatur xieraq jirriżulta mill-Artikolu 1.1(a)(1)(ii) tal-Ftehim SCM (ara s-sentenzi appellati, punt 164 (T‑480/20) u punt 131 (T‑540/20)). B’mod partikolari fir-rigward tal-formulazzjoni “mod ieħor jiġi maħfur”, kif tinsab f’dik id-dispożizzjoni, il-Korp tal-Appell tal-WTO osserva li l-fatt li jinħafer dħul normalment dovut jimplika li l-gvern jiġġenera inqas dħul minn dak li kienu jiġġenera f’sitwazzjoni differenti. Ir-rinunzja għad-dħul b’dan il-mod għandha tiġi stabbilita b’riferiment għal “referenza normattiva ddefinita li tippermetti li jiġi mqabbel id-dħul effettivament iġġenerat mad-dħul li kien ikun iġġenerat ‘mod ieħor’”. Ara l-Korp tal-Appell tal-WTO intitolat United States - Measures Affecting Trade in Large Civil Aircraft (Second Complaint) (WT/DS353/AB/R), punt 806. Ara wkoll ir-rapport tal-Korp tal-Appell tal-WTO intitolat United States – Tax Treatment for ‘Foreign Sales Corporations’ (WT/DS108/AB/R), punt 90.


69      Ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑7 ta’ Mejju 1987, NTN Toyo Bearing et vs Il‑Kunsill (240/84, EU:C:1987:202, punt 19) li tispjega li, meta l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni ma tipprevedix metodoloġija partikolari, l-għażla li tirriżulta minn dan bejn il-metodi differenti sabiex jintlaħaq l-għan stabbilit mid-dritt tal-Unjoni tippreżupponi l-evalwazzjoni ta’ sitwazzjonijiet ekonomiċi kumplessi li fir-rigward tagħhom il-Qorti Ġenerali sempliċement teżerċita stħarriġ tal-iżball manifest).


70      Ara s-sentenzi appellati, punt 168 (T‑480/20) u punt 135 (T‑540/20).


71      Kif tispjega l-Kummissjoni fir-Regolamenti kkontestati: “[f]l-2016, il-gvern Eġizzjan iddeċieda li jibdel ir-rata tal-kambju fissa tal-lira Eġizzjana (‘EGP’) ma’ rata tal-kambju varjabbli, ibbażata fuq rakkomandazzjoni mill-Fond Monetarju Internazzjonali. Bħala riżultat, il-lira Eġizzjana tilfet nofs il-valur tagħha kontra muniti oħra ewlenin bħall-USD u l-EUR fi żmien xahar. Sabiex tiġi indirizzata din il-varjazzjoni f’daqqa tal-munita, il-[Gvern tal-Eġittu] ħareġ standard speċjali ta’ kontabilità, kif ukoll regola speċjali dwar it-taxxa għat-trattament tad-differenzi fil-kambju. B’riżultat ta’ dan, il-kumpaniji setgħu jnaqqsu d-differenzi tal-kambju minħabba d-devalwazzjoni tal-EGP mid-dħul taxxabbli tagħhom b’mod aktar estensiv.” Ara l-premessa 860 tar-Regolament GFF u l-premessa 287 tar-Regolament GFR.


72      Ara, f’dan ir-rigward, is-sentenza tal‑1 ta’ Ġunju 1994, Il‑Kummissjoni vs Brazzelli Lualdi et (C‑136/92 P, EU:C:1994:211, punt 49) li tippreċiża li, għalkemm il-Qorti Ġenerali biss hija kompetenti sabiex tevalwa l-fatti, “meta l-Qorti Ġenerali tkun ikkonstatat jew evalwat il-fatti, il-Qorti tal-Ġustizzja hija kompetenti sabiex teżerċita l-istħarriġ impost fuqha mill-Artikolu 168a tat-Trattat KEE, sakemm il-Qorti Ġenerali kklassifikat in-natura legali tagħhom u ddeterminat il-konsegwenzi legali”.


73      Ara, f’dan is-sens, ir-rapport tal-Korp tal-Appell tal-WTO intitolat United States - Measures Affecting Trade in Large Civil Aircraft (Second Complaint) - Recourse to Article 21.5 of the DSU by the European Union (WT/DS353/AB/RW), punt 5.1813. Ara wkoll, f’dan is-sens, Rubini, L., The Definition of Subsidy and State Aid: WTO and EC Law in Comparative Perspective, Oxford University Press, Oxford, 2009, p. 373 et seq.


74      Ara, f’dan is-sens u b’analoġija, fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat, is-sentenza tal‑15 ta’ Novembru 2011, Il‑Kummissjoni u Spanja vs Il‑Gvern ta’ Ġibiltà (C‑106/09 P u C‑107/09 P, EU:C:2011:732, punt 106), fejn ġie spjegat li “l-fatt li l-kumpanniji ‘off-shore’ ma humiex intaxxati ma huwiex konsegwenza fortuwita tas-sistema inkwistjoni, iżda l-konsegwenza inevitabbli tal-fatt li l-valuri taxxabbli huma preċiżament maħsuba b’mod li l-kumpanniji ‘off-shore’ li, min-natura tagħhom, ma għandhomx impjegati u ma jokkupawx proprjetà tan-negozju, ma għandhomx il-bażi fiskali fis-sens tal-valuri taxxabbli adottati fir-riforma fiskali proposta”.


75      Sentenzi appellati, punti 176 u 177 (T‑480/20) u punti 143 u 144 (T‑540/20).


76      Ara, f’dan ir-rigward, il-paragrafu 861 tar-Regolament GFR u l-paragrafu 288 tar-Regolament GFF, li jispjegaw li, minħabba l-istandard speċjali tal-kontabbiltà, “il-kumpaniji li joperaw in-negozju tagħhom f’munita barranija jidhru li qed jagħmlu telf għal skopijiet ta’ taxxa għalkemm is-sitwazzjoni finanzjarja tagħhom tista’ turi profitti b’saħħithom. Għall-kuntrarju, il-kumpaniji Eġizzjani li joperaw in-negozju tagħhom fl-EGP sofrew telf reali li kellu impatt reali fuq in-negozju tagħhom, li kien indirizzat mir-regola speċjali tat-taxxa maħruġa mill-[Gvern tal-Eġittu].”


77      Ara, f’dan ir-rigward, il-paragrafu 862 tar-Regolament GFR u l-paragrafu 289 tar-Regolament GFF, li jispjegaw li l-appellanti “huma kważi esklussivament orjentati lejn l-esportazzjoni, jimportaw kważi t-tagħmir kollu tagħhom, u s-self tagħhom kif ukoll parti kbira tal-materjali tagħhom huma f’muniti barranin. Tabilħaqq, b’riżultat ta’ dan, it-telf irreġistrat [mill-appellanti] minħabba d-devalwazzjoni tal-EGP, b’mod partikolari minħabba s-self sinifikanti f’munita barranija, mhumiex reali u jintużaw biss għal skopijiet ta’ taxxa biex jitnaqqas l-introjtu taxxabbli.”


78      Sentenzi appellati, punt 176 (T‑480/20) u punt 143 (T‑540/20).


79      Sentenzi appellati, punti 177 (T‑480/20) u punt 144 (T‑540/20).


80      L-appellanti jirreferu għall-punti 32, 37, 42, 43, 46 sa 48, 51 sa 55 u 58 tas-sentenza fil-kawża Jushi Egypt for Fiberglass Industry vs Il‑Kummissjoni, bħala l-bażi tal-appell tagħhom.


81      Sentenza tal‑10 ta’ April 2019, Jindal Saw u Jindal Saw Italia vs Il‑Kummissjoni (T‑300/16, EU:T:2019:235).


82      Ara s-sentenza tal‑10 ta’ April 2019, Jindal Saw u Jindal Saw Italia vs Il‑Kummissjoni (T‑300/16, EU:T:2019:235, punti 207, 210 u 211).


83      Skont l-appellanti, dan kien iwassal għal rata ta’ dazju kumpensatorju globali ta’ 4.6 % minflok l‑10.9 % li kienet stabbilixxiet il-Kummissjoni.


84      Ara, f’dan is-sens, is-sentenza fil-kawżi Hengshi Egypt Fiberglass Fabrics u Jushi Egypt for Fiberglass Industry vs Il-Kummissjoni, punt 47 li tirreferi għall-Korp tal-Appell tal-WTO intitolat United States – Countervailing Measures Concerning Certain Products from the European Communities (WT/DS212/AB/R), punt 108, li kkonstatat li “t-terminu ‘benefiċjarju’ jista’ jirreferi kemm għal impriża […] u l-proprjetarju tagħha. […]. ‘[G]rupp ta’ persuni’, jista’ jinkludi fih lil grupp ta’ ‘persuni fiżiċi’ jew grupp ta’ ‘persuni fiżiċi u ġuridiċi’. jew minn grupp ifformat minn ‘persuni ġuridiċi’ esklużivament”.


85      Ir-riferimenti tal-appellanti għat-trattament tagħhom fl-investigazzjonijiet antidumping u antisussidji paralleli ma humiex f’pożizzjoni tajba. Anki jekk il-prattika tat-teħid tad-deċiżjonijiet fil-qasam tad-difiża kummerċjali tista’ torbot lill-Kummissjoni (quod non; ara s-sentenza tal‑24 ta’ Frar 2022, Eurofer vs Il‑Kummissjoni (C‑226/20 P, EU:C:2022:122, punt 60 u l-ġurisprudenza ċċitata), il-Kummissjoni tispjega li Jushi Egpyt biss aġixxiet bħala produttur-esportatur tal-GFR lejn l-Unjoni, b’tali mod li ma kienx neċessarju li tiġi eżaminata l-possibbiltà ta’ trasferiment tal-benefiċċju ta’ Jushi Egypt lil Hengshi Egypt. Fl-istess sens, ara s-sentenza fil-kawża Jushi Egypt for Fiberglass Industry vs Il‑Kummissjoni, punt 55.


86      Ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal‑14 ta’ Novembru 1984, Intermills vs Il‑Kummissjoni (323/82, EU:C:1984:345, punti 11 u 12) u tal‑10 ta’ Jannar 2006, Cassa di Risparmio di Firenze et (C‑222/04, EU:C:2006:8, punti 112 sa 114) (fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat, u s-sentenzi tat‑12 ta’ Lulju 1984, Hydrotherm Gerätebau (170/83, EU:C:1984:271, punt 11), u tas‑6 ta’ Ottubru 2021, Sumal (C‑882/19, EU:C:2021:800, punt 48 u l-ġurisprudenza ċċitata) (fil-qasam tad-dritt tal-kompetizzjoni).


87      Ara s-sentenza fil-kawża Hengshi Egypt Fiberglass Fabrics u Jushi Egypt for Fiberglass Industry vs Il‑Kummissjoni, punt 47.


88      Ara wkoll, f’dan ir-rigward, is-sentenza fil-kawża Hengshi Egypt Fiberglass Fabrics and Jushi Egypt for Fiberglass Industry vs Il‑Kummissjoni, punt 56, u r-riferiment għall-Korp tal-Appell tal-WTO intitolat United States – Final Countervailing Duty Determination with Respect to Certain Softwood Lumber from Canada (WT/DS257/AB/R, punt 146). Ara wkoll, fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat, is-sentenza tal‑10 ta’ Jannar 2006, Cassa di Risparmio di Firenze et (C‑222/04, EU:C:2006:8, punt 114).


89      Artikolu 1(1) tar-Regolament Antisussidji bażiku.