Language of document :

Digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-17 ta' Settembru 2008 - Melli Bank vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-332/08 R)

(Proċeduri għal miżuri provviżorji - Regolament (KE) Nru 423/2007 - Miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Iżlamika tal-Iran - Deċiżjoni tal-Kunsill - Miżura ta' ffriżar ta' fondi u ta' riżorsi ekonomiċi - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta' urġenza - Nuqqas ta' dannu gravi u irreperabbli)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Melli Bank plc (Londra, Ir-Renju Unit) (rappreżentanti: R. Gordon, QC, M. Hoskins, barrister, T. Din, S. Gadhia u D. Murray, solicitors)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: M. Bishop, u E. Finnegan, aġent)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tal-paragrafu 4 tat-taqsima B tal-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/475/KE tat-23 ta' Ġunju 2008 li timplementa l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 423/2007 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 163, p. 29), safejn Melli Bank plc huwa inkluż fil-lista tal-persuni ġuridiċi, entitajiet u korpi li l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi tagħhom huma ffriżati.

Dispożittiv

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

L-ispejjeż huma rriżervati.

____________