Language of document :

Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Ġunju 2023 – The Not Company vs EUIPO (NOT MILK)

(Kawża T-320/23)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: The Not Company SpA (Santiago, iċ-Ċilì) (rappreżentanti: I. Valdelomar Serrano, J. Rodríguez-Fuensalida y Carnicero, P. Ramells Higueras, A. Figuerola Moure, u P. Muñoz Moreno, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea “NOT MILK” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 508 169

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-28 ta’ Marzu 2023 fil-Każ R 2233/2022-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tikkonferma l-applikazzjoni żbaljata, fid-deċiżjoni kkontestata, tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) u tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament u tal-Kunsill;

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tkompli bl-ipproċessar tat-trade mark kontenzjuża fil-klassijiet 29 u 32 billi tipproċedi għar-reġistrazzjoni ulterjuri tagħha.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

Ksur tal-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ amministrazzjoni tajba.

____________