Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta' Jannar 2013 - Müller vs UASI - Loncar (Sunless)

(Kawża T-662/11) 

["Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva Sunless - Trade marks Komunitarji verbali preċedenti SUNLESS u LONCAR-SUNLESS - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009"]

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Thomas Müller (Gütersloh, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Schmidt, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Loncar, SL (Sabadell, Spanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tas-27 ta' Settembru 2011 (Każ R 2508/2010-2), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Loncar, SL u Thomas Müller.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud

Thomas Müller huwa kkundannat għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 49, 18.02.2012.