Language of document : ECLI:EU:T:2012:169





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tad-29 ta’ Marzu 2012 — Is-Slovakkja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-247/07)

“Agrikoltura — Organizzazzjoni komuni tas-swieq — Miżuri li għandhom jiġu adottati minħabba l-adeżjoni ta’ Stati Membri ġodda — Att ta’ Adeżjoni tal-2003 — Determinazzjoni ta’ stokkijiet żejda ta’ prodotti agrikoli barra z-zokkor u l-konsegwenzi finanzjarji tal-eliminazzjoni tagħhom — Għan imfittex minn dispożizzjoni ta’ dritt primarju — Deċiżjoni 2007/361/KE”

1.                     Adeżjoni ta’ Stati Membri ġodda mal-Komunitajiet — Att ta’ Adeżjoni tal-2003 — Agrikoltura — Organizzazzjoni komuni tas-swieq — Miżuri tranżitorji fir-rigward tal-kummerċ fi prodotti agrikoli — Tassazzjoni tal-istokkijiet żejda — Attenwazzjoni tal-piż tal-obbligu li jiġu eliminati l-istokkijiet żejda (Att ta’ Adeżjoni tal-2003, Anness IV, punt 4(2); Regolament tal-Kummissjoni Nru 1972/2003) (ara l-punt 30)

2.                     Adeżjoni ta’ Stati Membri ġodda mal-Komunitajiet — Att ta’ Adeżjoni tal-2003 — Agrikoltura — Organizzazzjoni komuni tas-swieq — Miżuri tranżitorji fir-rigward tal-kummerċ fi prodotti agrikoli — Eliminazzjoni, mill-Istati Membri l-ġodda, tal-istokkijiet żejda tagħhom — Kunċett — Marġni ta’ diskrezzjoni tal-Kummissjoni (Att ta’ Adeżjoni tal-2003, Anness IV, punt 4(2)) (ara l-punti 40-48)

3.                     Adeżjoni ta’ Stati Membri ġodda mal-Komunitajiet — Att ta’ Adeżjoni tal-2003 — Agrikoltura — Organizzazzjoni komuni tas-swieq — Miżuri tranżitorji fir-rigward tal-kummerċ fi prodotti agrikoli — Obbligu li l-Istati Membri l-ġodda jeliminaw l-istokkijiet żejda tagħhom — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li timponi obbligu ta’ ħlas li ma għandux l-għan li jkopri l-ispejjeż ta’ eliminazzjoni tal-istokkijiet żejda mis-suq intern — Inkompatibbiltà mal-punt 4(2) tal-Anness IV tal-Att ta’ Adeżjoni — Annullament (Att ta’ Adeżjoni tal-2003, Anness IV, punt 4(2)) (ara l-punti 49-52, 75-77, 79, 80)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/361/KE, tal-4 ta’ Mejju 2007, dwar id-determinazzjoni ta’ stokkijiet żejda ta’ prodotti agrikoli barra z-zokkor u l-konsegwenzi finanzjarji tal-eliminazzjoni tagħhom fir-rigward tal-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja (ĠU L 138, p. 14), sa fejn din tikkonċerna lir-Repubblika Slovakka.

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/361/KE, tal-4 ta’ Mejju 2007, dwar id-determinazzjoni ta’ stokkijiet żejda ta’ prodotti agrikoli barra z-zokkor u l-konsegwenzi finanzjarji tal-eliminazzjoni tagħhom fir-rigward tal-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja, hija annullata, sa fejn din tikkonċerna lir-Repubblika Slovakka.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, l-ispejjeż sostnuti mir-Repubblika Slovakka.

3)

Ir-Repubblika tal-Polonja u r-Repubblika tal-Litwanja għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.