Rikors imressaq fit-13 ta' Lulju 2007 - Campo de Cartagena vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni
(Kawża T-244/07)
Lingwa tal-kawża:L-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: S.A.T. "Campo de Cartagena" (Murcia, Spanja) (rappreżentant: L. Ortiz Blanco, avukat)
Konvenuti: Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea u Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Talbiet tar-rikorrenti
tilqa' dan ir-rikors għal kumpens tad-dannu, skond l-Artikolu 288 KE, billi tiddikjara d-dritt tar-rikorrenti għal kumpens, min-naħa tal-Kunsill u tal-Kummissjoni in solidum, ta' somma totali ta' EUR 288 238;
tordna lill-istituzzjonijiet konvenuti jbatu l-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma l-istess li tressqu fil-kawża T-217/07, Las Palmeras vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni.
____________