Language of document :

Rikors imressaq fit-13 ta' Lulju 2007 - Virsa vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni

(Kawża T-245/07)

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Virsa, S. Coop. L. (Murcia, Spanja) (Rappreżentant: L. Ortiz Blanco, avukat)

Konvenuti: Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea u Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tilqa' dan ir-rikors għal kumpens tad-dannu, skond l-Artikolu 288 KE, billi tiddikjara d-dritt tar-rikorrenti għal kumpens, min-naħa tal-Kunsill u tal-Kummissjoni in solidum, ta' somma totali ta' EUR 1 655 410;

tordna lill-istituzzjonijiet konvenuti jbatu l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u argumenti prinċipali huma l-istess li tressqu fil-kawża T-217/07, Las Palmeras vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni.

____________