Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-12 ta' Novembru 2008 - Weiler vs UASI IQNet Association - The International Certification Network (Q2WEB)

(Kawża T-242/07)1

("Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta' invalidità - Trade mark Komunitarja vebali Q2WEB - Trade marks Komunitarji verbali preċedenti QWEB u figurattiva preċedenti QWEB Certified site - raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) u 52(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 40/94")

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Dieter Weiler (Pulheim, il-Ġermanja) (rappreżentanti: T. Dolde, V. von Bomhard u A. Renck, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: R. Pethke, aġent)

Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza: IQNet Association - The International Certification Network (Berna, l-Iżvizzera) (rappreżentanti: A. Masetti Zannini de Concina, M. Bucarelli u P. Bodenham, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tad-29 ta' Marzu 2007 (każ R 893/2005-1) dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta' invalidità bejn CISQ Federazione Certificazione Italiana Sistemi di Qualità Aziendali li mbagħad saret IQNet Association - The International Certification Network u D. Weiler.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Dieter Weiler huwa kkundannat għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 211, 8.9.2007.