Language of document :

Rikors ippreżentat fil-5 taʼ April 2013 - Nanu-Nana Joachim Hoepp vs UASI - Stal Florez Botero (la nana)

(Kawża T-196/13)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Nanu-Nana Joachim Hoepp GmbH & Co. KG (Bremen, il-Ġermanja) (rappreżentant: T. Boddien, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Lina. M. Stal-Florez Botero (Maarssen, il-Pajjizi l-Baxxi)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tad-29 ta' Jannar 2013, fil-Każ R 300/2012-1, dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta' invalidità Nru.000005025 C (Trade mark Komunitarja Nru. 005205125) bejn Nanu-Nana Joachim Hoepp GmbH & Co. KG u Lina M. Stal-Florez Botero h.o.d.n. La Nana;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni taʼ invalidità : it-trade mark figurattiva "la nana" għall-prodotti fil-klassijiet 16, 20 u 24 − Reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 5 205 125

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni taʼ invalidità tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Motivazzjoni tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità: il-motivi tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità kienu dawk stabbiliti fl-Artikolu 8(1)(b) flimkien mal-Artikolu 53(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità miċħuda fl-intier tagħha skont l-Artikolu 57(2) u (3) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 53(1)(a) flimkien mal-Artikolu 8(1)(b), l-Artikolu 57(2) u (3) u l-Artikolu 78(1)(f) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.

____________