Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Lulju 2014 – Nanu-Nana Joachim Hoepp vs UASI – Stal-Florez Botero (la nana)

(Kawża T-196/13) 1

[“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva ‘la nana’– Trade mark nazzjonali verbali preċedenti NANA – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Assenza ta’ użu ġenwin mit-trade mark preċedenti – Artikolu 57(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Nanu-Nana Joachim Hoepp GmbH & Co. KG (Bremen, il-Ġermanja) (rappreżentant: T. Boddien, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Pohlmann, aġent)Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Lina M. Stal-Florez Botero (Maarsen, il-Pajjiżi l-Baxxi)SuġġettRikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tad-29 ta’ Jannar 2013 (Każ R 300/2012-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Nanu-Nana Joachim Hoepp GmbH & Co. KG u Lina M. Stal-Florez Botero.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Nanu-Nana Joachim Hoepp GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.