Language of document : ECLI:EU:T:2014:674





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tas-16 ta’ Lulju 2014 — Nanu‑Nana Joachim Hoepp vs UASI – Stal-Florez Botero (la nana)

(Kawża T‑196/13)

“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva ‘la nana’– Trade mark nazzjonali verbali preċedenti NANA — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Assenza ta’ użu ġenwin mit-trade mark preċedenti — Artikolu 57(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009”

1.                     Trade mark Komunitarja — Ċessjoni, revoka u invalidità — Eżami tat-talba — Prova tal-użu mit-trade mark preċedenti — Użu ġenwin — Kunċett — Interpretazzjoni fid-dawl tar-ratio legis tal-Artikolu 57(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009 (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 57(2) u (3)) (ara l-punti 20, 21)

2.                     Trade mark Komunitarja — Ċessjoni, revoka u invalidità — Eżami tat-talba — Prova tal-użu mit-trade mark preċedenti — Użu ġenwin — Kunċett — Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 57(2) u (3)) (ara l-punti 22-25)

3.                     Trade mark Komunitarja — Ċessjoni, revoka u invalidità — Eżami tat-talba — Prova tal-użu mit-trade mark preċedenti — Użu parzjali — Effett — Kunċett ta’ “parti mill-prodotti jew mis-servizzi” msemmija mir-reġistrazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 57(2) u (3)) (ara l-punt 36)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tad-29 ta’ Jannar 2013 (Każ R 300/2012-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Nanu-Nana Joachim Hoepp GmbH & Co. KG u Lina M. Stal-Florez Botero.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Nanu-Nana Joachim Hoepp GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.