Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Mejju 2013 — Talanton vs Il‑Kummissjoni
(Kawża T‑165/13 R)
“Proċeduri għal miżuri provviżorji — Klawżola ta’ arbitraġġ — Kuntratti konklużi fil-kuntest tas-Seba’ Programm Kwadru għall-Attivitajiet ta’ Riċerka, ta’ Żvilupp Teknoloġiku u ta’ Dimostrazzjoni (2007-2013) — Spejjeż eliġibbli — Rimbors ta’ somom mogħtija — Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Nuqqas ta’ urġenza”
1. Proċeduri għal miżuri provviżorji — Sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Miżuri provviżorji — Kundizzjonijiet għall-għoti — Fumus boni juris — Urġenza — Natura kumulattiva — Ordni ta’ eżami u metodu ta’ verifika — Setgħa diskrezzjonali tal-Imħallef għal miżuri provviżorji (Artikoli 256(1) TFUE, 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikoli 104(2)) (ara l-punti 8-10)
2. Proċeduri għal miżuri provviżorji — Kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà — Rikors — Rekwiżiti proċedurali — Indikazzjoni vaga u impreċiża tas-suġġett tat-talba — Inammissibbiltà (Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikoli 44(1)(d) u 104(3)) (ara l-punt 12)
3. Proċeduri għal miżuri provviżorji — Sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Miżuri provviżorji — Kundizzjonijiet għall-għoti — Urġenza — Dannu gravi u irreparabbli — Oneru tal-prova — Seħħ tad-dannu li jiddependi minn avvenimenti futuri u inċerti — Nuqqas ta’ urġenza (Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 16, 17)
4. Proċeduri għal miżuri provviżorji — Sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Kundizzjonijiet għall-għoti — Urġenza — Dannu gravi u irreparabbli — Oneru tal-prova — Dannu finanzjarju — Sitwazzjoni li tista’ tipperikola l-eżistenza tal-kumpannija rikorrenti — Nota ta’ debitu li ma tikkostitwixxix titolu eżekutorja — Dannu finanzjarju mhux imminenti — Nuqqas ta’ urġenza (Artikolu 278 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 19, 22-26)
Suġġett
| Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni ta’ bosta atti li jikkonċernaw ir-rimbors ta’ somom mogħtija lir-rikorrenti abbażi ta’ kuntratti konklużi fil-kuntest tas-Seba’ Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għall-Attivitajiet ta’ Riċerka, ta’ Żvilupp Teknoloġiku u ta’ Dimostrazzjoni (2007-2013). |
Dispożittiv
1) | | It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda. |
2) | | L-ispejjeż huma rriżervati. |