Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Ottubru 2014 – Ben Ali vs Il-Kunsill

(Kawża T-166/13)1

(“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija – Iffriżar ta’ fondi – Proroga – Konsegwenzi ta’ annullament ta’ miżuri ta’ ffriżar ta’ fondi preċedenti – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni – Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Rikors manifestament infondat fid-dritt”)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Mehdi Ben Tijani Ben Haj Hamda Ben Haj Hassen Ben Ali (Saint-Étienne-du-Rouvray, Franza) (rappreżentant: A. de Saint Rémy, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Étienne u A. De Elera, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/72/PESK, tal-31 ta’ Jannar 2014, li temenda d-Deċiżjoni 2011/72/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija (ĠU L 32, p. 20), sa fejn din id-deċiżjoni tikkonċerna r-rikorrent u, min-naħa l-oħra, talba intiża għall-ħlas tad-danni.DispożittivMa hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talbiet intiżi għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/72/PESK, tal-31 ta’ Jannar 2013, li temenda d-Deċiżjoni 2011/72/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija, sa fejn tikkonċerna Mehdi Ben Tijani Ben Haj Hamda Ben Haj Hassen Ben Ali.Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.M. Ben Ali u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.