Language of document : ECLI:EU:T:2014:1027





Digriet tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tal-4 ta’ Diċembru 2014 —
Talanton vs Il-Kummissjoni

(Kawża T‑165/13)

“Klawżola ta’ arbitraġġ — Kuntratti Pocemon u Perform konklużi fil-kuntest tas-Seba’ Programm Qafas għar-Riċerka, l-Iżvilupp Teknoloġiku u d-Dimostrazzjoni (2007‑2013) — Spejjeż eliġibbli — Rimbors tas-somom imħallsa — Rapport ta’ awditu — Assenza ta’ interess ġuridiku — Interess dikjaratorju — Inammissibbiltà”

1.                     Proċedura ġudizzjarja — Rikors promotur — Rekwiżiti proċedurali — Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati — Rikors intiż għall-kumpens għad-danni kkawżati minn istituzzjoni tal-Unjoni — Motiv li ma jinkludi ebda preċiżjoni li tippermetti l-evalwazzjoni tal-fondatezza tiegħu — Inammissibbiltà (It-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 44(1)(c) u (d)) (ara l-punt 32)

2.                     Proċedura ġudizzjarja — Eċċezzjonijiet ta’ inammissibbiltà ta’ ordni pubbliku — Eżami ex officio mill-qorti — Neċessità tal-eżistenza ta’ locus standi sa meta tingħata d-deċiżjoni ġudizzjarja — Ksur tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effikaċi u tal-prinċipju ta’ effettività — Assenza (Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 41; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikoli 113 u 114(3) u (4)) (ara l-punti 34, 35, 69, 71, 75)

3.                     Proċedura ġudizzjarja — Kawża mressqa quddiem il-Qorti Ġenerali abbażi ta’ klawżola ta’ arbitraġġ — Kuntratti konklużi fil-kuntest ta’ programm speċifiku ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni — Rifjut mill-Kummissjoni li tqis bħala spejjeż eliġibbli ċerti ħlasijiet bil-quddiem lill-benefiċjarju fuq il-bażi tal-eżekuzzjoni tal-kuntratti — Talba għar-rimbors tal-ħlasijiet bil-quddiem — Rikors ippreżentat mill-benefiċjarju kontra l-ittra tal-Kummissjoni li tħabbar l-intenzjoni tagħha li toħroġ nota ta’ debitu — Assenza ta’ dikjarazzjoni definittiva tad-dejn — Nuqqas ta’ interess ġuridiku — Inamissibbiltà tar-rikors (Artikolu 272 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1605/2002; Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1982/2006) (ara l-punti 36, 37, 40, 41, 53)

4.                     Baġit tal-Unjoni Ewropea — Għajnuna finanzjarja tal-Unjoni — Obbligu tal-benefiċjarju li josserva l-kundizzjonijiet għall-għoti tal-għajnuna — Ġustifikazzjoni tal-ispejjeż sostnuti — Proċedura mibdija mill-Kummissjoni għall-irkupru ta’ ammonti mħallsa bil-quddiem — Tqassim tal-oneru tal-prova (Artikolu 272 TFUE; Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1982/2006) (ara l-punt 72)

Suġġett

Rikors skont l-Artikolu 272 u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE intiż sabiex jiġi kkonstatat mill-Qorti Ġenerali, minn naħa, li r-rifjut tal-Kummissjoni li tqis bħala spejjeż eliġibbli ċerti somom imħallsa lir-rikorrenti fl-implementazzjoni tal-ftehimiet ta’ sussidji Perform u Pocemon jikkostitwixxi ksur mill-Kummissjoni tal-obbligi kuntrattwali tagħha u, min-naħa l-oħra, li ma hemmx lok li jsir rimbors ta’ xi parti minn dawn l-ammonti, kif ukoll l-ammont tad-danni likwidati li għandu jiġi ddeterminat minn din tal-aħħar.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Talanton AE — Symvouleftiki-Ekpaideftiki Etaireia Dianomon, Parochis Ypiresion Marketing kai Dioikisis Epicheiriseon hija kkundannata għall-ispejjeż, inklużi dawk marbuta mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.