Language of document :

Rikors ippreżentat fl-20 ta' April 2012 - Wirtgen vs UASI [Forma ta' morsa (toolpost)]

(Kawża T-179/12)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Wirtgen GmbH (Windhagen, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Jackermeier avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-15 ta' Frar 2012, fil-Każ R 1923/2011-4;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark tridimensjonali fil-forma ta' morsa (toolpost), għal prodotti fil-klassi 7 - Applikazzjoni Nru 9 749 631

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni għal reġistrazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikoli 37(3), 75(2), 63(2), 76(1) u 77(1) tar-Regolament Nru 207/2009, kif ukoll ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009

____________