Language of document : ECLI:EU:T:2014:621





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tad-9 ta’ Lulju 2014 — Moonich Produktkonzepte & Realisierung vs UASI – Thermofilm Australia (HEATSTRIP)

(Kawża T‑184/12)

“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali HEATSTRIP — Raġuni relattiva għal rifjut — Artikolu 8(3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Artikoli 75 u 76 tar-Regolament Nru 207/2009”

1.                     Trade mark Komunitarja — Dispożizzjonijiet proċedurali — Eżami ex officio tal-fatti — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Eżami limitat għall-motivi invokati — Evalwazzjoni mill-Uffiċċju tal-materjalità tal-fatti invokati u tas-saħħa probatorja tal-elementi ppreżentati (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 76(1)) (ara l-punt 18)

2.                     Trade mark Komunitarja — Dispożizzjonijiet proċedurali — Eżami ex officio tal-fatti — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Eżami limitat għall-motivi invokati — Teħid inkunsiderazzjoni tal-fatti magħrufa (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 76(1)) (ara l-punt 20)

3.                     Trade mark Komunitarja — Dispożizzjonijiet proċedurali — Deċiżjonijiet tal-Uffiċċju — Rispett tad-drittijiet tad-difiża — Portata tal-prinċipju (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, it-tieni sentenza tal-Artikolu 75) (ara l-punti 35-37)

4.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Assenza ta’ kunsens mill-proprjetarju ta’ trade mark għar-reġistrazzjoni mitluba minn aġent jew minn rappreżentant f’ismu stess — Aġent jew rappreżentant — Kunċett (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(3)) (ara l-punti 58, 59)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tas-26 ta’ Jannar 2012 (Każ R 1956/2010-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Thermofilm Australia Pty Ltd u Moonich Produktkonzepte & Realisierung GmbH.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Moonich Produktkonzepte & Realisierung GmbH għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) u l-ispejjeż ta’ Thermofilm Australia Pty Ltd.