Rikors ippreżentat fid-9 ta' Settembru 2010 - Roca vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-412/10)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Roca (Saint Ouen L'Aumone, Franza) (rappreżentant: P. Vidal Martínez, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
tiddikjara n-nullità parzjali tal-Artikoli 1 u 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta' Ġunju 2010 sa fejn hija timponi multa sproporzjonata fuq Roca France għal ksur tal-Artikolu 101 TFUE; u konsegwentement
tnaqqas l-ammont tal-multa imposta fuq Roca France b'mod konformi mal-argumenti mressqa f'dan ir-rikors, sa fejn il-Qorti Ġenerali jidhrilha xierqa għar-raġunijiet esposti fir-rikors jew għal-raġunijiet oħrajn li l-Qorti Ġenerali tista' tikkunsidra, u
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Id-deċiżjoni kkontestata f'dan ir-rikors hija l-istess bħal fil-Kawżi T-408/10, Roca Sanitario vs Il-Kummissjoni u T-411/10 Laufen Austria vs Il-Kummissjoni.
Il-motivi u l-allegazzjonijiet prinċipali huma simili għal dawk invokati f'dawn il-kawżi.
____________