Language of document :

Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Jannar 2014 – UAB “MELT WATER” vs UASI – (MELT WATER Original)

(Kawża T-69/14)

Lingwa tal-kawża: il-Litwan

Partijiet

Rikorrenti: UAB “MELT WATER” (Klaipėda, il-Litwanja) (rappreżentant: V. Viešūnaitė)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI, tas-26 ta’ Novembru 2013, fil-Każ R 494/2013-5 u tobbliga lill-konvenut, l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern, jirreġistra bħala trade mark Komunitarja t-trade mark “MELT WATER Original”, li r-rikorrenti, Research and Production Company “MELT WATER” UAB, applikat għar-reġistrazzjoni tagħha (applikazzjoni Nru 10 782 068);

tikkundanna għall-ispejjeż lir-rikorrenti, Research and Production Company “MELT WATER” UAB;

tobbliga lill-konvenut, l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern, li jipproduċi l-proċess tal-appell dwar l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja (applikazzjoni Nru 10 782 068).

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja kkonċernata: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark figurattiva bil-kulur blu ċar, li tinkludi l-element verbali “MELT WATER Original”, għal prodotti li jaqgħu fil-klassi 32 – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 10 782 068

Deċiżjoni tal-eżaminatur: reġistrazzjoni rrifjutata

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: l-Artikoli 7(1)(c) u 7(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, kif ukoll il-ġurisprudenza relatata magħha