Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Mejju 2016 – Post Bank Iran vs Il-Kunsill

(Kawża T-68/14) 1

[“Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Iran bl-għan li tiġi prekluża l-proliferazzjoni nukleari – Iffriżar ta’ fondi – Eċċezzjoni ta’ illegalità – Artikolu 46(2) tar-Regolament (UE) Nru 267/2012 – Artikolu 215 TFUE – Artikolu 20(1)(c) tad-Deċiżjoni 2010/413/PESK, kif emendat bl-Artikolu 1(7) tad-Deċiżjoni 2012/35/PESK – Artikolu 23(2)(d) tar-Regolament Nru 267/2012 – Drittijiet fundamentali – Artikoli 2 TUE, 21 TUE u 23 TUE – Artikoli 17 u 52 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali – Żball ta’ evalwazzjoni – Ugwaljanza fit-trattament – Nondiskriminazzjoni – Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba – Obbligu ta’ motivazzjoni – Użu ħażin ta’ poter – Aspettattivi leġittimi – Proporzjonalità”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Post Bank Iran (Tehran, l-Iran) (rappreżentant: D. Luff, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: I. Rodios u M. Bishop, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre u D. Gauci, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament, skont l-Artikoli 263 TFUE u 275 TFUE, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/661/PESK, tal-15 ta’ Novembru 2013, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 306, p. 18) kif ukoll ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1154/2013, tal-15 ta’ Novembru 2013, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 306, p. 3), sa fejn dawn jikkonċernaw lir-rikorrenti, u, min-naħa l-oħra, talba għal dikjarazzjoni ta’ inapplikabbiltà fir-rigward tar-rikorrenti, skont l-Artikolu 277 TFUE, tal-Artikolu 20(1)(c) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, tas-26 ta’ Lulju 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (ĠU L 195, p. 39), kif emendat bl-Artikolu 1(7) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/35/PESK, tat-23 ta’ Jannar 2012 (ĠU L 19, p. 22), kif ukoll tal-Artikolu 23(2)(d) u tal-Artikolu 46(2) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012, tat-23 ta’ Marzu 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 (ĠU L 88, p. 1).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Post Bank Iran hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 ĠU C 129, 28.4.2014.