Language of document : ECLI:EU:T:2010:23





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tas-27 ta’ Jannar 2010 – REWE‑Zentral vs UASI – Grupo Corporativo Teype (Solfrutta)

(Kawża T‑331/08)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Solfrutta – Trade mark Komunitarja verbali preċedenti FRUTISOL – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Rifjut parzjali tar-reġistrazzjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”

Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 15, 27-30)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-21 ta’ Mejju 2008 (Każ R 1679/2007‑2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Grupo Corporativo Teype, SL u REWE-Zentral AG.

Informazzjoni dwar il-kawża

Applikant għat-trade mark Komunitarja:

REWE-Zentral AG

Trade mark Komunitarja kkonċernata:

Trade mark verbali Solfrutta għal prodotti fil-klassijiet 29, 30 u 32

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:

Grupo Corporativo Teype, SL

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:

Trade mark Komunitarja Nru 1687722 tat-trade mark verbali FRUTISOL għal prodotti tal-klassi 32; reġistrazzjoni tat-trade mark Spanjola Nru 2018327 tat-trade mark verbali FRUTISOL għall-prodotti fil-klassi 32

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni:

Oppożizzjoni parzjalment milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:

Appell miċħud

 Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-21 ta’ Mejju 2008 (Każ R 1679/2007‑2), hija annullata.

2)

L-UASI huwa kkundannat għall-ispejjeż.