Language of document : ECLI:EU:C:2024:260

Edizzjoni Provviżorja

KONKLUŻJONIJIET TAL-AVUKATA ĠENERALI

ĆAPETA

ippreżentati fil‑21 ta’ Marzu 2024 (1)

Kawżi magħquda C779/21 P u C799/21 P

IlKummissjoni Ewropea

vs

Front populaire pour la libération de la saguia el-hamra et du rio de oro (Front Polisario),

IlKunsill tal-Unjoni Ewropea (C779/21 P)

u

IlKunsill tal-Unjoni Ewropea

vs

Front Populaire pour la libération de la saguia-el-hamra et du rio de oro (Front Polisario) (C799/21 P)

“Appell – Ftehim ta’ Assoċjazzjoni UE-Marokk – Deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza l-estensjoni tat-trattament tariffarju preferenzjali għal merkanzija li toriġina mis-Saħara tal-Punent – Sentenza tal‑21 ta’ Diċembru 2016, Il‑Kunsill vs Front Polisario (C‑104/16 P, EU:C:2016:973) – ‘Kunsens’ tal-poplu tas-Saħara tal-Punent – Prinċipju tal-effett relattiv tat-trattati – Dritt għal awtodeterminazzjoni”






I.      Introduzzjoni

1.        Meta tinteraġġixxi mal-bqija tad-dinja, l-Unjoni Ewropea għandha tirrispetta d-dritt internazzjonali, inklużi l-prinċipji tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti (iktar ’il quddiem il-“Karta tan-NU” (2)).

2.        F’dan il-kuntest, il-Qorti tal-Ġustizzja hija kkonfrontata bi tliet sensiliet ta’ kawżi li jikkontestaw l-osservanza tad-dritt internazzjonali mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni fl-interazzjoni mat-territorju tas-Saħara tal-Punent.

3.        Din is-sensiela ta’ appelli tqajjem il-kwistjoni dwar jekk l-Unjoni rrispettatx id-dritt għall-awtodeterminazzjoni u l-prinċipju tal-effett relattiv tat-trattati meta emendat il-ftehim ta’ assoċjazzjoni mar-Renju tal-Marokk (3) bl-għan li testendi l-preferenzi tariffarji għall-merkanzija li toriġina mit-territorju tas-Saħara tal-Punent (4).

4.        Fis-sentenza appellata (5), il-Qorti Ġenerali kkonkludiet li l-Unjoni ma osservatx dawn ir-regoli tad-dritt internazzjonali konswetudinarju, kif interpretati fil-ġurisprudenza preċedenti tal-Qorti tal-Ġustizzja (6). Konsegwentement, dik il-qorti annullat id-Deċiżjoni (UE) 2019/217 (7), li approvat l-emendi għall-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni (8). Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea issa qegħdin jappellaw minn din is-sentenza quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.

5.        Dawn l-appelli huma direttament marbuta ma’ sensiela ta’ appelli paralleli li jikkontestaw il-validità tad-deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk (9), li jkopri l-ibħra li jmissu mas-Saħara tal-Punent (10), u ma’ rinviju għal deċiżjoni preliminari intiż sabiex tinkiseb gwida dwar it-tikkettjar korrett tal-pajjiż ta’ oriġini tal-prodotti li joriġinaw mit-territorju tas-Saħara tal-Punent (11). Nippreżenta l-konklużjonijiet tiegħi f’dawn il-kawżi kollha llum. Jeħtieġ li jitqiesu flimkien.

6.        Kif turi l-ħarsa storika li ser nippreżenta f’dawn il-konklużjonijiet, iżda li hija rilevanti wkoll għall-konklużjonijiet tiegħi moqrija llum fiż-żewġ kawżi l-oħra, kważi 50 sena mill-bidu tal-proċess ta’ awtodeterminazzjoni tal-poplu tas-Saħara tal-Punent, dan il-poplu ma huwiex eqreb għat-teħid ta’ deċiżjoni dwar l-istatus futur tat-territorju tiegħu.

7.        Għalkemm dan jirrappreżenta falliment manifest tal-proċess politiku mmexxi min-NU, dan ma jfissirx li s-soluzzjoni tal-kwistjoni tas-Saħara tal-Punent tista’ tiġi fdata lill-qrati tal-Unjoni. Dawn il-qrati ma humiex ser jiddeċiedu dwar il-futur tas-Saħara tal-Punent.

II.    Il-fatti li wasslu għal din il-kawża

A.      Storja qasira tal-kwistjoni tas-Saħara tal-Punent

8.        Is-Saħara tal-Punent kienet kolonja Spanjola. Il-proċess ta’ dekolonizzazzjoni tat-territorju beda fis-snin sittin, meta Spanja rrikonoxxiet l-istatus tiegħu bħala territorju mhux awtonomu (iktar ’il quddiem “TMA”). L-Assemblea Ġenerali tan-NU mbagħad żiedet is-Saħara tal-Punent mal-lista ta’ TMA (12). Għadha fuq din il-lista sal-lum (13).

9.        Fl‑1960, l-Assemblea Ġenerali tan-NU adottat ir-Riżoluzzjoni 1541 (XV) (14). Skont din ir-riżoluzzjoni, jista’ jingħad li TMA jilħaq awtonomija sħiħa b’wieħed minn tliet modi: (1) isir Stat indipendenti sovran; (2) assoċjazzjoni libera ma’ Stat indipendenti; jew (3) integrazzjoni ma’ Stat indipendenti (15).

10.      Fl‑1966, l-Assemblea Ġenerali tan-NU kkonfermat id-dritt tal-poplu tas-Saħara tal-Punent għall-awtodeterminazzjoni u stiednet lil Spanja tippermetti u torganizza l-eżerċizzju ta’ dan id-dritt (16), li Spanja ddeċidiet li tippermetti permezz ta’ referendum.

11.      Il-Front Polisario (17), moviment antikolonjali maħluq fl‑1973 (18), appoġġja l-idea ta’ referendum.

12.      Madankollu, ir-Renju tal-Marokk oppona l-idea li d-dekolonizzazzjoni kellha titwettaq permezz ta’ referendum dwar l-awtodeterminazzjoni. Dan l-Istat qies li, qabel il-kolonizzazzjoni tas-Saħara tal-Punent minn Spanja, kien (dak li issa huwa) ir-Renju tal-Marokk li kellu s-sovranità fuq dan it-territorju. Konsegwentement, ir-Renju tal-Marokk qies li, matul il-proċess ta’ dekolonizzazzjoni, is-Saħara tal-Punent kellu jiġi integrat mill-ġdid fit-territorju tar-Renju tal-Marokk (19). Din il-pożizzjoni tibqa’, sal-lum, il-fehma tiegħu.

13.      Il-fehmiet opposti iktar ’il fuq dwar min kellu pretensjoni valida fit-territorju tas-Saħara tal-Punent wasslu għall-Opinjoni Konsultattiva dwar is-Saħara tal-Punent, mitluba mill-Assemblea Ġenerali tan-NU (20).

14.      F’din l-opinjoni konsultattiva, il-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja (iktar ’il quddiem il-“QIĠ”) irrikonoxxiet li l-poplu tas-Saħara tal-Punent igawdi mid-dritt għall-awtodeterminazzjoni (21). Hija kkonstatat ukoll li “l-elementi u l-informazzjoni ppreżentati lilha ma jistabbilixxu l-ebda rabta ta’ sovranità territorjali bejn it-territorju tas-Saħara tal-Punent u r-Renju tal-Marokk jew l-entità tal-Mawritanja. Għalhekk, il-Qorti ma sabitx rabtiet ġuridiċi ta’ natura li jistgħu jaffettwaw l-applikazzjoni tar-Riżoluzzjoni 1514 (XV) fid-dekolonizzazzjoni tas-Saħara tal-Punent u, b’mod partikolari, tad-dritt għall-awtodeterminazzjoni permezz tal-espressjoni libera u ġenwina tar-rieda tal-popli tat-territorju” (22) [traduzzjoni mhux uffiċjali].

15.      Fl‑1975, billi interpreta l-opinjoni tal-QIĠ bħala li ma tiddikjarax id-dritt tal-poplu tas-Saħara tal-Punent għall-awtodeterminazzjoni, iżda pjuttost bħala li tikkonferma s-sovranità storika tar-Renju tal-Marokk fuq dan it-territorju (23), ir-Re Hassan II stieden liċ-ċittadini Marokkini għal “Marċ Aħdar”, li matulu madwar 350 000 persuna daħlet fit-territorju tas-Saħara tal-Punent bħala manifestazzjoni tad-dritt sovran tar-Renju tal-Marokk fuq dan it-territorju. Il-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU rreaġixxa billi stieden lir-Renju tal-Marokk itemm il-marċ immedjatament (24).

16.      Kważi fl-istess żmien, Spanja, ir-Renju tal-Marokk u r-Repubblika Iżlamika tal-Mawritanja ffirmaw id-Dikjarazzjoni ta’ Prinċipji dwar is-Saħara tal-Punent (magħrufa wkoll bħala l-“Ftehimiet ta’ Madrid” (25)), li permezz tagħha t-territorju tas-Saħara tal-Punent inqasam bejn dawn l-aħħar żewġ Stati. Ftit wara, f’Jannar tal‑1976, l-armata Marokkina daħlet fit-territorju tas-Saħara tal-Punent.

17.      Fis‑26 ta’ Frar 1976, Spanja informat lis-Segretarju Ġenerali tan-NU li hija kienet temmet il-preżenza tagħha fis-Saħara tal-Punent u rrinunzjat għall-pożizzjoni tagħha bħala l-awtorità amministranti skont l-Artikolu 73 tal-Karta tan-NU (26).

18.      L-għada tat-tluq ta’ Spanja mis-Saħara tal-Punent, il-Front Polisario ddikjara l-ħolqien tar-Repubblika Għarbija Demokratika tas-Saħara (iktar ’il quddiem ir-“RGħDS”) (27). Is-sede tal-Gvern tar-RGħDS jinsab f’kamp tar-refuġjati tas-Saħara f’Tindouf (l-Alġerija).

19.      Illum, il-RGħDS hija rrikonoxxuta minn 47 Stat Membru tan-NU (28). La l-Unjoni u lanqas l-Istati Membri tagħha ma rrikonoxxew il-RGħDS.

20.      Wara d-dħul tar-Renju tal-Marokk fit-territorju tas-Saħara tal-Punent – u sa Settembru 1991, meta ġie miftiehem waqfien mill-ġlied – ir-Renju tal-Marokk u l-Front Polisario kienu involuti f’kunflitt armat. Dan irriżulta f’iktar minn 100 000 refuġjat mis-Saħara tal-Punent, li l-parti l-kbira tagħhom issa tgħix f’kampijiet tar-refuġjati fl-Alġerija (29).

21.      Il-waqfien mill-ġlied tal‑1991 fetaħ it-triq għat-tiġdid tad-djalogu politiku dwar ir-riżoluzzjoni tal-kwistjoni tas-Saħara tal-Punent. Madankollu, peress li ma nstabet l-ebda soluzzjoni, il-ġlied tkompla fl‑2020.

22.      Sa mis-snin sebgħin, in-NU impenjaw ruħhom li jsibu soluzzjoni għad-dekolonizzazzjoni tas-Saħara tal-Punent. F’dak iż-żmien, l-Assemblea Ġenerali tan-NU bdiet u, sussegwentement, appoġġjat l-idea tal-organizzazzjoni ta’ referendum li permezz tiegħu l-poplu tas-Saħara tal-Punent seta’ jesprimi x-xewqat tiegħu dwar il-futur ta’ dan it-territorju. L-idea ta’ referendum ta’ awtodeterminazzjoni ġiet imġedda fi pjan ta’ qbil, li ġie approvat “bħala prinċipju” mill-Front Polisario u mir-Renju tal-Marokk u li ppreċeda l-waqfien mill-ġlied tal‑1991.

23.      Sabiex jissorvelja, fost aspetti oħra, il-waqfien mill-ġlied u jikkontribwixxi għall-organizzazzjoni ta’ dan ir-referendum, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU stabbilixxa l-Missjoni tan-NU għar-referendum fis-Saħara tal-Punent (iktar ’il quddiem il-“MINURSO”) f’April tal‑1991 (30), li l-mandat tagħha jiġi estiż kull sena u għadu jeżisti sal-lum (31). Minkejja inizjattivi addizzjonali (32) u l-finalizzazzjoni tal-lista minn MINURSO ta’ persuni li jkunu awtorizzati jivvutaw f’referendum, sa issa għadu ma ġie organizzat l-ebda referendum.

24.      Minbarra n-NU, l-Unjoni Afrikana (u l-predeċessur tagħha, l-Organizzazzjoni tal-Unità Afrikana) impenjat ruħha wkoll li ssib soluzzjoni għall-kwistjoni tas-Saħara tal-Punent. Hija appoġġjat id-dritt tal-poplu tas-Saħara tal-Punent għall-awtodeterminazzjoni. Fl‑1984, ir-RGħDS ġiet ammessa bħala membru tal-Organizzazzjoni tal-Unità Afrikana, li wassal għall-irtirar tar-Renju tal-Marokk minn din l-organizzazzjoni bi protesta. F’Jannar tal‑2017, ir-Renju tal-Marokk applika għall-adeżjoni tiegħu u ġie ammess mill-ġdid biex jissieħeb fl-Unjoni Afrikana (33).

25.      Fl‑2006, is-Segretarju Ġenerali tan-NU kkunsidra li l-partijiet għandhom isibu “kompromess bejn il-legalità internazzjonali u r-realtà politika” [traduzzjoni mhux uffiċjali], u li dan jista’ jinkiseb biss permezz ta’ negozjati diretti (34).

26.      Fl‑2007, kemm il-Front Polisario kif ukoll ir-Renju tal-Marokk ipproponew il-pjanijiet tagħhom għas-soluzzjoni tal-kwistjoni tas-Saħara tal-Punent. Il-Front Polisario żamm il-pożizzjoni tiegħu li d-dritt għall-awtodeterminazzjoni jeħtieġ li jsir referendum. Ir-Renju tal-Marokk ippropona pjan li joffri awtonomija lis-Saħara tal-Punent taħt is-sovranità Marokkina (35).

27.      L-istudju akkademiku jissuġġerixxi li, mill‑2018, l-appoġġ għall-pjan ta’ awtonomija tal‑2007 mir-Renju tal-Marokk jidher li qiegħed jikber (36). Bl-istess mod, ir-retorika fir-riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU tidher li nbidlet (37). Għalhekk, mill‑2018, it-test tar-riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU dwar is-Saħara tal-Punent jenfasizza l-ħtieġa li “tinstab soluzzjoni politika realistika, prattikabbli, dejjiema u reċiprokament aċċettabbli għall-kwistjoni tas-Saħara tal-Punent fuq il-bażi ta’ kompromess” (38) [traduzzjoni mhux uffiċjali].

28.      Fl-istess ħin, ir-riżoluzzjonijiet reċenti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU jfakkru li kull soluzzjoni politika għandha tipprevedi “l-awtodeterminazzjoni tal-poplu tas-Saħara tal-Punent fil-qafas ta’ arranġamenti kompatibbli mal-prinċipji u l-għanijiet tal-Karta [tan-NU]” (39) [traduzzjoni mhux uffiċjali].

B.      Fuq ir-rilevanza tas-sentenzi IlKunsill vs Front Polisario u Western Sahara Campaign UK

29.      L-Unjoni u l-Istati Membri tagħha stabbilixxew Sħubija Ewro-Mediterranja mar-Renju tal-Marokk fuq il-bażi ta’ Ftehim ta’ Assoċjazzjoni konkluż fl‑1996.

30.      Fil-qafas ta’ dan il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni, l-Unjoni u r-Renju tal-Marokk ikkonkludew għadd ta’ ftehimiet, fosthom il-Ftehim tal‑2012 dwar il-Liberalizzazzjoni tal-Kummerċ (40) u l-Ftehim tal‑2006 dwar is-Sħubija fis-Settur tas-Sajd (41).

31.      Il-Front Polisario ppreżenta rikors għal annullament kontra l-Ftehim tal‑2012 dwar il-Liberalizzazzjoni tal-Kummerċ li ta lok għas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja f’Il‑Kunsill vs Front Polisario.

32.      Fl-ewwel istanza, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li l-Front Polisario kellu locus standi u annullat id-deċiżjoni tal-Kunsill li tapprova l-konklużjoni tal-Ftehim tal‑2012 dwar il-Liberalizzazzjoni tal-Kummerċ minħabba li l-Kunsill ma kienx ivverifika li l-produzzjoni ta’ merkanzija li toriġina mis-Saħara tal-Punent esportata lejn l-Unjoni ma kinitx saret għad-detriment tal-popolazzjoni ta’ dan it-territorju (42).

33.      Fuq appell, fis-sentenza Il‑Kunsill vs Front Polisario, il-Qorti tal-Ġustizzja la indirizzat l-ammissibbiltà tar-rikors tal-Front Polisario u lanqas il-konklużjoni fuq il-mertu tal-Qorti Ġenerali. Għall-kuntrarju, fl-interpretazzjoni tal-kliem “ir-Renju tal-Marokk”, li kienu jindikaw it-territorju li għalih japplika l-Ftehim tal‑2012 dwar il-Liberalizzazzjoni tal-Kummerċ, il-Qorti tal-Ġustizzja kkonkludiet li dan il-ftehim ma kienx japplika għat-territorju tas-Saħara tal-Punent (43). Għal din ir-raġuni, ir-rikors tal-Front Polisario ġie ddikjarat inammissibbli (44).

34.      Fil-punt 106 tas-sentenza tagħha Il‑Kunsill vs Front Polisario, il-Qorti tal-Ġustizzja kkunsidrat li “[l]-poplu tas-Saħara tal-Punent għandu jiġi kkunsidrat li huwa’ ‘terz’ fis-sens tal-prinċipju tal-effett relattiv tat-trattati”. Għalhekk, il-poplu tas-Saħara tal-Punent għandu jagħti l-“kunsens” tiegħu għall-applikazzjoni għas-Saħara tal-Punent tal-Ftehim tal‑2012 dwar il-Liberalizzazzjoni tal-Kummerċ, “mingħajr ma jkun neċessarju li jiġi ddeterminat jekk tali implementazzjoni hijiex ta’ natura li tippreġudikah jew inkella li tkunlu ta’ benefiċċju”.

35.      Is-sentenza Western Sahara Campaign UK segwiet raġunament simili. Fiha, il-Qorti tal-Ġustizzja kkunsidrat li l-Ftehim tal‑2006 dwar is-Sħubija fis-Settur tas-Sajd, li jagħmel ukoll parti mill-istruttura maħluqa mill-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni mal-Marokk (45), ma jkoprix it-territorju tas-Saħara tal-Punent u lanqas l-ibħra li jmissu miegħu, peress li l-frażi “r-Renju tal-Marokk” ma jkoprix it-territorju tas-Saħara tal-Punent (46). Għaldaqstant, il-Qorti tal-Ġustizzja kkonkludiet li jkun kuntrarju għad-dritt għall-awtodeterminazzjoni u għall-prinċipju tal-effett relattiv tat-trattati li dan il-ftehim jiġi interpretat bħala li japplika għas-Saħara tal-Punent.

C.      Il-ftehim inkwistjoni u d-deċiżjoni kkontestata

36.      Wara s-sentenza Il‑Kunsill vs Front Polisario, “il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati mar-Renju tal-Marokk bil-ħsieb li tiġi stabbilita, f’konformità mas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, bażi ġuridika biex jingħataw preferenzi tariffarji previsti mill-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni għall-prodotti li joriġinaw mis-Saħara tal-Punent” (47).

37.      Id-deċiżjoni kkontestata b’hekk spjegat ir-raġunijiet għall-konklużjoni tal-ftehim il-ġdid bil-mod li ġej:

“(4)      Sa mid-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni, il-prodotti li joriġinaw mis-Saħara tal-Punent u ċertifikati ta’ oriġini Marokkina ġew importati fl-Unjoni u bbenefikaw minn preferenzi tariffarji pprovduti skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-imsemmi Ftehim.

(5)      Fis-sentenza tagħha [Il‑Kunsill vs Front Polisario], il-Qorti tal-Ġustizzja madankollu ppreċiżat li l-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni kien ikopri biss it-territorju tar-Renju tal-Marokk u mhux tas-Saħara tal-Punent, territorju li mhux awtonomu.

(6)      Huwa importanti li filwaqt li jiġu stabbiliti salvagwardji xierqa għall-protezzjoni tad-dritt internazzjonali, inkluż id-drittijiet tal-bniedem u l-iżvilupp sostenibbli tat-territorji kkonċernati, jiġi żgurat li l-flussi kummerċjali li ġew żviluppati matul is-snin ma jiġux imfixkla. Fid‑29 ta’ Mejju 2017, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati mar-Renju tal-Marokk bil-ħsieb li tiġi stabbilita, f’konformità mas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, bażi ġuridika biex jingħataw preferenzi tariffarji previsti mill-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni għall-prodotti li joriġinaw mis-Saħara tal-Punent. Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk huwa l-uniku mezz li jiżgura li l-importazzjoni ta’ prodotti li joriġinaw mis-Saħara tal-Punent ikunu jistgħu jibbenefikaw minn oriġini preferenzjali, peress li l-awtoritajiet Marokkini biss huma kapaċi jiżguraw konformità mar-regoli meħtieġa għall-għoti ta’ dawn il-preferenzi.” (48)

38.      Il-ftehim inkwistjoni ġie konkluż fil‑25 ta’ Ottubru 2018, fil-forma ta’ skambju ta’ ittri. Huwa jintroduċi fil-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni dikjarazzjoni konġunta li testendi t-trattament tariffarju preferenzjali għall-prodotti li joriġinaw mit-territorju tas-Saħara tal-Punent.

39.      Id-dikjarazzjoni konġunta tipprevedi dan li ġej:

“1.      Il-prodotti li joriġinaw mis-Saħara tal-Punent li huma suġġetti għall-kontroll tal-awtoritajiet doganali tar-Renju tal-Marokk għandhom jibbenefikaw mill-istess preferenzi kummerċjali bħal dawk mogħtija mill-Unjoni Ewropea għall-prodotti koperti mill-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni.

2.            Il-Protokoll Nru 4 għandu japplika mutatis mutandis għall-iskop li jiġi ddefinit il-karattru tal-oriġini tal-prodotti msemmija fil-paragrafu 1, inkluż fir-rigward tal-provi tal-oriġini.

3.      L-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u tar-Renju tal-Marokk għandhom ikunu responsabbli għall-applikazzjoni tal-Protokoll Nru 4 għal dawn il-prodotti.” (49)

40.      Kemm l-Unjoni kif ukoll l-ittri tar-Renju tal-Marokk li jagħmlu parti mill-ftehim inkwistjoni jirrilevaw espressament li dan “il-Ftehim huwa konkluż mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet rispettivi tal-Unjoni Ewropea dwar l-istatus tas-Saħara tal-Punent u r-Renju tal-Marokk fuq l-imsemmi reġjun”.

41.      Barra minn hekk, l-ittri jtennu li “[ż]-żewġ Partijiet jaffermaw mill-ġdid l-appoġġ tagħhom għall-proċess tan-[NU] u jappoġġaw l-isforzi tas-Segretarju Ġenerali biex tinkiseb soluzzjoni politika definittiva, skont l-għanijiet u l-prinċipji tal-Karta tan-[NU] u abbażi tar-Riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà”.

42.      Il-ftehim inkwistjoni ġie approvat mill-Unjoni permezz tad-deċiżjoni kkontestata.

43.      B’reazzjoni għall-punt 106 tas-sentenza Il‑Kunsill vs Front Polisario, tingħata l-ispjegazzjoni li ġejja fil-premessi 7 sa 10 tad-deċiżjoni kkontestata:

“(7)      Il-Kummissjoni vvalutat l-effetti potenzjali ta’ ftehim bħal dan fuq l-iżvilupp sostenibbli, b’mod partikolari fir-rigward tal-vantaġġi u l-iżvantaġġi tal-preferenzi tariffarji għall-prodotti tas-Saħara tal-Punent li jirriżultaw fuq il-popolazzjonijiet milqutin u l-effetti tal-isfruttament tar-riżorsi naturali tat-territorji kkonċernati. L-effetti ta’ vantaġġi tariffarji fuq l-impjiegi, id-drittijiet tal-bniedem u l-isfruttament tar-riżorsi naturali huma diffiċli ħafna li jitkejlu minħabba n-natura indiretta tagħhom. Għaldaqstant, huwa diffiċli li tinkiseb informazzjoni oġġettiva f’dan ir-rigward.

(8)      Madankollu, minn din l-evalwazzjoni jirriżulta li b’mod ġenerali, il-vantaġġi għall-ekonomija tas-Saħara tal-Punent, li jirriżultaw mill-għoti tal-preferenzi tariffarji previsti mill-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni għall-prodotti li joriġinaw mis-Saħara tal-Punent, u partikolarment l-ingranaġġ ekonomiku b’saħħtu u b’konsegwenza l-iżvilupp soċjali li jġib miegħu, jaqbżu l-iżvantaġġi msemmija fil-proċess ta’ konsultazzjonijiet, fosthom l-użu estensiv tar-riżorsi naturali, b’mod partikolari tar-riżervi tal-ilma ta’ taħt l-art, li għalih ittieħdu l-miżuri xierqa.

(9)      Ġie stmat li l-estensjoni tal-preferenzi tariffarji għall-prodotti li joriġinaw mis-Saħara tal-Punent ser ikollha impatt ġenerali pożittiv fuq il-popolazzjonijiet milqutin. Huwa probabbli li dan l-impatt jippersisti u jista’ saħansitra jissaħħaħ fil-futur. L-evalwazzjoni tindika li l-estensjoni tal-preferenzi tariffarji għall-prodotti tas-Saħara tal-Punent tippromwovi l-kundizzjonijiet tal-investiment u tiffaċilita żvilupp rapidu u sinifikanti favur l-impjiegi lokali. L-eżistenza fis-Saħara tal-Punent ta’ attivitajiet ekonomiċi u ta’ produzzjoni li għandhom l-akbar interess li jibbenefikaw mill-preferenzi tariffarji previsti mill-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni turi li jekk ma jingħatawx preferenzi tariffarji tiġi kompromessa b’mod sinifikanti l-esportazzjoni tas-Saħara tal-Punent, b’mod partikolari dik tal-prodotti tas-sajd u l-prodotti agrikoli. Huwa stmat li l-għoti ta’ preferenzi tariffarji jkollu wkoll impatt pożittiv fuq l-iżvilupp tal-ekonomija tas-Saħara tal-Punent, billi jistimula l-investiment.

(10)      Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet dwar il-kunsens fis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-Kummissjoni, flimkien mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna [(iktar ’il quddiem is-“SEAE”)], ħadet il-miżuri raġonevoli u possibbli kollha fil-kuntest attwali biex tinvolvi kif xieraq iil-popolazzjonijiet milqutin sabiex tiżgura l-kunsens tagħhom għall-Ftehim. Saru konsultazzjonijiet estensivi u l-biċċa l-kbira tal-atturi soċjoekonomiċi u politiċi li pparteċipaw fil-konsultazzjonijiet iddikjaraw li kienu favur l-estensjoni tal-preferenzi tariffarji tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni għas-Saħara tal-Punent. Dawk li rrifjutaw l-estensjoni kkunsidraw essenzjalment li tali ftehim jikkonferma l-pożizzjoni tal-Marokk fuq it-territorju tas-Saħara tal-Punent. Madankollu, xejnjimplika rrikonoxximent tas-sovranità tal-Marokk fuq is-Saħara tal-Punent. L-Unjoni, permezz ta’ sforzi msaħħa, ser tkompli tappoġġa l-proċess ta’ riżoluzzjoni paċifika tat-tilwima li nbeda u kompla għaddej taħt l-awspiċji tan-Nazzjonijiet Uniti.”

D.      Is-sentenza appellata

44.      Fis‑27 ta’ April 2019, il-Front Polisario ppreżenta rikors intiż għall-annullament tad-deċiżjoni kkontestata.

45.      Fid‑29 ta’ Settembru 2021, il-Qorti Ġenerali tat is-sentenza appellata, li permezz tagħha annullat id-deċiżjoni kkontestata(50)

46.      Fir-rigward tal-ammissibbiltà tar-rikors, il-Qorti Ġenerali ċaħdet iż-żewġ motivi prinċipali ta’ inammissibbiltà tal-Kunsill dwar il-locus standi tal-Front Polisario u l-locus standi tiegħu fir-rigward tad-deċiżjoni kkontestata (51).

47.      F’dak li jirrigwarda l-mertu tar-rikors, il-Qorti Ġenerali ċaħdet l-ewwel motiv għal annullament tal-Front Polisario dwar l-allegata assenza ta’ kapaċità tal-Kunsill li jadotta d-deċiżjoni kkontestata (52). Għall-kuntrarju, hija laqgħet it-tielet motiv għal annullament tal-Front Polisario dwar l-obbligu tal-Kunsill li josserva r-rekwiżiti li jirriżultaw mill-ġurisprudenza dwar id-dritt għall-awtodeterminazzjoni u l-prinċipju tal-effett relattiv tat-trattati (53). Il-Qorti Ġenerali ma eżaminatx il-motivi l-oħra ta’ annullament invokati mill-Front Polisario.

E.      Il-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja

48.      Permezz ta’ appelli ppreżentati rispettivament fl‑14 ta’ Diċembru 2021 u fis‑16 ta’ Diċembru 2021, il-Kummissjoni u l-Kunsill rispettivament jitolbu lill-Qorti tal-Ġustizzja tannulla s-sentenza appellata fl-intier tagħha, tiddeċiedi hija stess fuq il-kwistjonijiet imqajma, tiċħad ir-rikors fl-ewwel istanza u tikkundanna lill-Front Polisario għall-ispejjeż. Sussidjarjament, dawn l-istituzzjonijiet jitolbu lill-Qorti tal-Ġustizzja żżomm l-effetti tad-deċiżjoni kkontestata matul perijodu ta’ 12‑il xahar mid-data tal-għoti tas-sentenza tagħha.

49.      Din is-soluzzjoni hija appoġġjata mill-Confédération marocaine de l’agriculture et du développement rural, kif ukoll mill-Gvern Belġjan, Spanjol, Franċiż, Ungeriż, Portugiż u Slovakk.

50.      Inżammet seduta fit‑23 u fl‑24 ta’ Ottubru 2023 li matulha l-Kummissjoni, il-Kunsill, il-Front Polisario, il-Confédération marocaine de l’agriculture et du développement rural kif ukoll il-Gvern Belġjan, Franċiż, Spanjol u Ungeriż ippreżentaw osservazzjonijiet orali.

III. Analiżi

A.      Fuq l-interpretazzjoni tad-dritt internazzjonali

51.      Meta mqabbel mal-ordinament ġuridiku tal-Unjoni jew mal-ordinamenti ġuridiċi tal-Istati Membri tagħha, id-dritt internazzjonali huwa sistema inqas kumpatta u, f’dak li jirrigwarda d-determinazzjoni tal-uniformità tat-tifsira tar-regoli ta’ din is-sistema, huwa sistema ħafna iktar deċentralizzata.

52.      Għalkemm id-dritt internazzjonali għandu s-sistema tiegħu stess ta’ sorsi legali (54), u ċerti regoli interpretattivi ġeneralment aċċettati (55), hemm assenza ta’ interpretu finali li l-interpretazzjonijiet tiegħu jorbtu lill-parteċipanti kollha fis-sistema (56).

53.      F’dan ir-rigward, fl-interpretazzjoni tal-kontenut tar-regoli tad-dritt internazzjonali konswetudinarju li jagħmlu parti mill-ordinament ġuridiku tal-Unjoni, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni, inklużi l-qrati tal-Unjoni, ma humiex limitati mill-interpretazzjonijiet differenti tal-istess regola minn suġġetti oħra tad-dritt internazzjonali (57).

54.      Madankollu, fl-interpretazzjoni tat-tifsira tad-dritt internazzjonali għall-finijiet tal-ordinament ġuridiku tal-Unjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tiddetermina jekk intlaħaqx ċertu livell ta’ kunsens dwar it-tifsira ta’ regola partikolari fil-livell tad-dritt internazzjonali. Dan jirriżulta, fil-fehma tiegħi, mill-impenn tal-Unjoni li tikkontribwixxi għall-osservanza stretta u għall-iżvilupp tad-dritt internazzjonali, kif previst fl-Artikolu 3(5) TUE.

55.      Bħalma l-istituzzjonijiet tal-Unjoni ma humiex marbuta bl-interpretazzjonijiet tad-dritt internazzjonali minn suġġetti oħra ta’ dan l-ordinament ġuridiku, l-interpretazzjoni li l-Qorti tal-Ġustizzja tagħti lil regola tad-dritt internazzjonali hija vinkolanti biss fl-ordinament ġuridiku tal-Unjoni. Madankollu, meta tattribwixxi t-tifsira lil regola tad-dritt internazzjonali, huwa importanti li l-Qorti tal-Ġustizzja tibqa’ konxja tal-fatt li l-interpretazzjoni tagħha għandha effetti fuq il-livell tad-dritt internazzjonali u tikkontribwixxi għall-ħolqien ta’ konswetudni u għall-kostruzzjoni tat-tifsira tagħha (58).

56.      L-interpretazzjoni tad-dritt internazzjonali fi ħdan l-ordinament ġuridiku tal-Unjoni tqajjem ukoll il-kwistjoni tar-relazzjoni bejn il-qrati tal-Unjoni u l-istituzzjonijiet politiċi tal-Unjoni fir-rigward tal-interpretazzjoni ta’ liema obbligi huma imposti fuq l-Unjoni mid-dritt internazzjonali.

57.      Fil-kuntest tal-politika esterna tal-Unjoni, l-istituzzjonijiet politiċi tal-Unjoni għandhom marġni ta’ evalwazzjoni wiesa’ (59). Deċiżjoni li jiġi konkluż ftehim internazzjonali ma’ Stat ieħor, inkluża d-deċiżjoni li potenzjalment tiġi estiża l-applikazzjoni ta’ dan il-ftehim għal territorju terz, tagħmel parti minn dan il-marġni ta’ evalwazzjoni. Il-Qorti tal-Ġustizzja ma tistax tikkontesta din l-għażla.

58.      Madankollu, meta tittieħed deċiżjoni politika dwar l-interazzjoni ma’ Stat jew ma’ territorju terz, il-Qorti tal-Ġustizzja ma għandhiex biss is-setgħa tistħarreġ il-konformità tal-interazzjoni esterna tal-Unjoni mar-rekwiżiti kostituzzjonali imposti mit-Trattati UE u FUE, iżda hija saħansitra obbligata li tagħmel dan (60).

59.      Kif spjegat il-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tagħha Air Transport Association of America et, “hekk kif jirriżulta mill-Artikolu 3(5) TUE, l-Unjoni għandha tikkontribwixxi għall-osservanza stretta tal-iżvilupp tad-dritt internazzjonali Konsegwentement, meta hija tadotta att, hija marbuta li tosserva d-dritt internazzjonali kollu kemm hu, inkluż id-dritt internazzjonali konswetudinarju li jorbot l-istituzzjonijiet tal-Unjoni” (61).

60.      Fil-kuntest tal-kompitu kostituzzjonali tagħha li tiżgura l-Istat tad-dritt fl-Unjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja hija għalhekk meħtieġa tevalwa jekk, bil-konklużjoni ta’ ftehim internazzjonali, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni jkunux kisru d-drittijiet li r-regoli tad-dritt internazzjonali konswetudinarju jagħtu lis-suġġetti tiegħu.

61.      Dan jeħtieġ li l-Qorti tal-Ġustizzja tinterpreta l-kontenut tar-regoli tad-dritt konswetudinarju rilevanti. F’sitwazzjoni fejn teżisti opinio juris uniformi dwar l-eżistenza ta’ obbligu legali (bħall-obbligu li jiġi rrikonoxxut id-dritt għall-awtodeterminazzjoni ta’ TMA), iżda mhux fir-rigward tal-kontenut preċiż tiegħu, is-setgħa ta’ evalwazzjoni tal-istituzzjonijiet politiċi tal-Unjoni fir-relazzjonijiet esterni teħtieġ li l-Qorti tal-Ġustizzja tbaxxi rasha għall-interpretazzjoni magħżula minn dawn l-istituzzjonijiet.

B.      Il-portata tal-appelli ineżami u l-istruttura ta’ dawn il-konklużjonijiet

62.      Il-kwistjoni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja fl-appelli ineżami essenzjalment tikkonċerna s-segwenti: id-deċiżjoni kkontestata awtorizzat il-konklużjoni ta’ ftehim mar-Renju tal-Marokk li jkopri t-territorju tas-Saħara tal-Punent bi ksur tad-dritt internazzjonali konswetudinarju, b’mod iktar preċiż, tad-dritt għall-awtodeterminazzjoni u tal-prinċipju tal-effett relattiv tat-trattati, kif interpretati mill-Qorti tal-Ġustizzja f’Il‑Kunsill vs Front Polisario u Western Sahara Campaign UK (62)?

63.      Fl-indirizzar ta’ din il-kwistjoni, huwa importanti li wieħed iżomm f’moħħu li l-kwistjoni dwar jekk l-Unjoni tistax tinteraġixxi mat-territorju tas-Saħara tal-Punent ma tagħmilx parti mill-portata ta’ dan l-appell (63); dan l-element, li l-Qorti Ġenerali ċaħdet fl-ewwel istanza, ma kienx is-suġġett ta’ appell inċidentali (64).

64.      Għaldaqstant, il-kwistjoni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja hija limitata għall-konstatazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali indirizzati fil-kuntest tal-analiżi tagħha tat-tielet motiv invokat mill-Front Polisario. F’dan ir-rigward, il-Qorti Ġenerali kkonstatat li d-deċiżjoni kkontestata kienet kuntrarja għad-dritt għall-awtodeterminazzjoni u għall-prinċipju tal-effetti relatati tat-trattati sa fejn il-Qorti tal-Ġustizzja interpretat dawn ir-regoli fis-sentenza Il‑Kunsill vs Front Polisario. Aspetti oħra relatati ma’ dawn ir-regoli tqajmu separatament fir-rikors inizjali, iżda l-Qorti Ġenerali ma indirizzathomx, billi qieset ir-rikors bħala bbażat fuq it-tielet motiv (65).

65.      Għalhekk, dawn l-appelli ma jippermettux lill-Qorti tal-Ġustizzja tagħti interpretazzjoni dwar il-mod kif id-dritt għall-awtodeterminazzjoni jirregola r-relazzjoni bejn l-Unjoni u l-Marokk f’dak li jirrigwarda s-Saħara tal-Punent minbarra dak li kien inkwistjoni fis-sentenza Il‑Kunsill vs Front Polisario.

66.      Madankollu, peress li wħud mill-kwistjonijiet imqajma minn dawn l-appelli huma marbuta mill-qrib ma’ dawk li għadhom pendenti quddiem il-Qorti Ġenerali (66), ser niddiskutihom ukoll fil-qosor.

67.      L-analiżi tiegħi hija strutturata kif ġej. Ser nibda billi nispjega għaliex nikkunsidra li l-Front Polisario għandu locus standi biex iressaq din il-kawża (Taqsima C). Fir-rigward tal-mertu tal-kawża, ser nuri sussegwentement li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta laqgħet it-tielet motiv tal-Front Polisario bħala fondat (Taqsima D). Għal dan l-għan, qabel kollox ser ninterpreta s-sentenzi Il‑Kunsill vs Front Polisario u Western Sahara Campaign UK sabiex niċċara preċiżament liema elementi ta’ dawn is-sentenzi huma rilevanti għal din is-sensiela ta’ appelli (Subtaqsima D.1). It-tieni, ser nispjega għaliex il-konstatazzjoni mill-Qorti Ġenerali tal-assenza ta’ kunsens fis-sens tal-effett relattiv tat-trattati hija żbaljata u għaliex, għaldaqstant, il-Qorti Ġenerali kkunsidrat b’mod żbaljat li d-deċiżjoni kkontestata kienet tikser id-dritt internazzjonali kif interpretat fis-sentenza Il‑Kunsill vs Front Polisario (Subtaqsima D.2). Sussegwentement, ser nanalizza jekk il-konklużjoni mill-Kunsill tal-ftehim inkwistjoni tittrattax it-territorju tas-Saħara tal-Punent bħala territorju separat u distint, konformement mal-interpretazzjoni mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-kontenut tad-dritt għall-awtodeterminazzjoni f’Il‑Kunsill  vs Front Polisario fir-rigward ta’ dan it-territorju (Subtaqsima D.3). Fl-aħħar nett, ser nesponi fil-qosor l-obbligi li jirriżultaw mid-dritt għall-awtodeterminazzjoni li baqgħu mingħajr risposta fis-sentenza appellata iżda li madankollu jorbtu lill-Unjoni fl-interazzjoni tagħha mat-territorju tas-Saħara tal-Punent (Taqsima E), qabel ma nispiċċa bil-konsegwenzi tal-konklużjonijiet tiegħi (Taqsima IV).

C.      Fuq l-ammissibbiltà u l-possibbiltà li jiġi invokat id-dritt internazzjonali konswetudinarju quddiem il-qrati tal-Unjoni

1.      Locus standi

68.      Fil-fehma tiegħi, id-dritt tal-Front Polisario li jippreżenta r-rikors għal annullament fil-kawża ineżami jista’ jiġi dedott mill-istatus ġuridiku tal-poplu tas-Saħara tal-Punent skont il-parti tad-dritt internazzjonali pubbliku li torbot lill-Unjoni. Huwa dak il-poplu li jista’ jsostni li huwa direttament u individwalment ikkonċernat mid-deċiżjoni kkontestata.

69.      Il-poplu tas-Saħara tal-Punent għandu d-dritt għall-awtodeterminazzjoni, li ġie rrikonoxxut mill-Qorti tal-Ġustizzja bħala prinċipju tad-dritt internazzjonali konswetudinarju li joħloq obbligi vinkolanti għall-Unjoni (67).

70.      Dan id-dritt, kif spjegat essenzjalment il-Qorti Ġenerali (68), jeżisti anki fl-assenza u qabel l-att tal-eżerċizzju effettiv tiegħu. L-għan tiegħu, fost l-oħrajn, huwa li jippermetti lil dan il-poplu jagħżel il-futur politiku tiegħu.

71.      F’dan ir-rigward, peress li l-poplu tas-Saħara tal-Punent għandu drittijiet fuq il-bażi tad-dritt internazzjonali, dan il-poplu għandu wkoll personalità ġuridika (tal-inqas tip derivat tagħha) fuq il-bażi ta’ dan il-corpus tad-dritt (69).

72.      Fis-sentenza tagħha Il‑Venezwela vs Il‑Kunsill (Inċidenza għal Stat terz) (70), il-Qorti tal-Ġustizzja kkonfermat li l-entitajiet li għandhom personalità ġuridika skont id-dritt internazzjonali jista’ jkollhom locus standi quddiem il-qrati tal-Unjoni jekk ikunu direttament u individwalment ikkonċernati minn att tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni (71).

73.      Dan iwassalni għar-rekwiżiti ta’ inċidenza diretta u individwali, kif jirriżultaw mir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE.

74.      Bħala unità kollettiva, u għalhekk bħala unità ta’ awtodeterminazzjoni, il-poplu tas-Saħara tal-Punent huwa direttament ikkonċernat mid-deċiżjoni kkontestata (72).

75.      L-ewwel, din id-deċiżjoni tikkonċerna territorju li l-poplu tas-Saħara tal-Punent għandu d-dritt għall-awtodeterminazzjoni fir-rigward tiegħu. Hija għalhekk neċessarjament taffettwa drittijiet li dan il-poplu għandu fir-rigward ta’ dan it-territorju, inkluż id-dritt li jgawdi mir-riżorsi naturali tiegħu. Id-deċiżjoni kkontestata, għalhekk, taffettwa l-istatus ġuridiku tal-poplu tas-Saħara tal-Punent.

76.      It-tieni, l-obbligu li jingħata trattament preferenzjali lill-prodotti li joriġinaw mis-Saħara tal-Punent jorbot lill-Unjoni mingħajr il-ħtieġa ta’ ebda att diskrezzjonali addizzjonali għad-deċiżjoni kkontestata. Id-deċiżjoni kkontestata, għalhekk, taffettwa direttament ukoll l-istatus ġuridiku tal-poplu tas-Saħara tal-Punent.

77.      Dan il-poplu huwa wkoll individwalment ikkonċernat mid-deċiżjoni kkontestata.

78.      Huwa l-uniku poplu rrikonoxxut bħala li jgawdi mid-dritt għall-awtodeterminazzjoni fir-rigward tat-territorju tas-Saħara tal-Punent. Għaldaqstant, dan il-poplu huwa distint, f’din il-pożizzjoni, minn kull suġġett ieħor (73).

79.      Madankollu, kuntrarjament għall-Venezwela, jew għal kull Stat ieħor li jista’ jiġi rrikonoxxut bħala li għandu locus standi quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, il-poplu tas-Saħara tal-Punent ma għandux rappreżentant elett jew irrikonoxxut b’mod ieħor (74).

80.      Mingħajr rappreżentant elett jew irrikonoxxut kollettivament, kif jista’ dan il-poplu jiddefendi d-dritt kollettiv tiegħu għall-awtodeterminazzjoni quddiem il-qrati tal-Unjoni (75)?

81.      Il-Front Polisario ma huwiex irrikonoxxut bħala “r-”rappreżentant tal-poplu tas-Saħara tal-Punent min-NU (76) jew mill-Unjoni (77).

82.      Il-Front Polisario huwa moviment ta’ liberazzjoni awtoproklamat (78), li nħoloq sabiex jiġġieled għal tip partikolari ta’ mudell ta’ governanza futur tat-territorju tas-Saħara tal-Punent: dak tal-indipendenza ta’ dan it-territorju mir-Renju tal-Marokk kif ukoll il-ħolqien ta’ Stat tas-Saħara sovran u awtonomu (79).

83.      Madankollu, dan qatt ma ġie elett mill-poplu tas-Saħara tal-Punent f’dan ir-rwol, u lanqas ma huwa possibbli li jiġi stabbilit b’ċertezza li l-Front Polisario għandu l-appoġġ ta’ (il-maġġoranza ta’ dan) il-poplu (80).

84.      Kif spjegajt fil-punt 9 ta’ dawn il-konklużjonijiet, l-eżerċizzju tad-dritt għall-awtodeterminazzjoni jista’ jwassal għal tliet riżultati possibbli, b’tali mod li l-formazzjoni ta’ Stat indipendenti hija biss waħda minn dawn it-tliet riżultati. Ir-rikonoxximent tal-Front Polisario bħala detentur tat-titolu ta’ “r-” rappreżentant tal-poplu tas-Saħara tal-Punent, għalhekk, ma huwiex konformi mal-pożizzjoni newtrali tal-Unjoni fir-rigward tal-eżitu tal-proċess ta’ awtodeterminazzjoni (81).

85.      Dan it-tip ta’ rikonoxximent lanqas ma huwa possibbiltà għall-Qorti tal-Ġustizzja, għaliex dan imur kontra d-deċiżjoni ta’ politika barranija tal-Unjoni u tal-Istati Membri li ma jirrikonoxxux status partikolari lill-Front Polisario (82).

86.      Madankollu, anki jekk ma huwiex rappreżentant esklużiv, ma jistax jiġi miċħud li l-Front Polisario huwa interlokutur fil-proċess tan-NU ta’ awtodeterminazzjoni tat-territorju tas-Saħara tal-Punent u li jista’ jiġi pperċepit f’dan il-proċess bħala li jirrifletti l-interessi u x-xewqat ta’ (tal-inqas) parti tal-poplu tas-Saħara tal-Punent.

87.      Barra minn hekk, dan is-suġġett għandu 20 % tat-territorju tas-Saħara tal-Punent u b’hekk jeżerċita kontroll effettiv fuq dan it-territorju u fuq il-persuni li jgħixu fih (83). Għaldaqstant, il-Front Polisario għandu interess li jiddefendi l-integrità territorjali tat-territorju tas-Saħara tal-Punent, kif żgurata mid-dritt għall-awtodeterminazzjoni tal-poplu ta’ dan it-territorju (84).

88.      Minn dan isegwi, fil-fehma tiegħi, li, sa fejn il-Front Polisario għandu l-intenzjoni li jippreżenta rikors quddiem il-qrati tal-Unjoni sabiex jiġi żgurat li l-interazzjoni tal-Unjoni mat-territorju tas-Saħara tal-Punent ma tinterferixxix mad-drittijiet li d-dritt internazzjonali konswetudinarju jagħti lill-poplu tas-Saħara tal-Punent, Front Polisario għandu jiġi rrikonoxxut bħala detentur ta’ status ta’ rappreżentant tal-inqas parzjali ta’ dan il-poplu (85).

89.      Kieku dan ma kienx il-każ, il-poplu tas-Saħara tal-Punent, li, fl-istat attwali tiegħu, la huwa kompletament verifikabbli u lanqas irrappreżentat minn rappreżentant uniku jew irrikonoxxut, ikun imċaħħad mill-possibbiltà li jinforza, quddiem il-qrati tal-Unjoni, dawk id-drittijiet li huwa jislet kollettivament minn dik il-parti tad-dritt internazzjonali pubbliku li wkoll tagħmel parti mid-dritt tal-Unjoni (86).

90.      Dan it-tip ta’ eżitu ma jkunx kompatibbli mal-istat tad-dritt, valur stabbilit fl-Artikolu 2 TUE (87), u li jifforma wieħed mill-pilastri kostituzzjonali tal-Unjoni (88).

91.      Minn dan isegwi li nipproponi lill-Qorti tal-Ġustizzja tikkonferma l-konstatazzjoni tal-Qorti Ġenerali li r-rikors fl-ewwel istanza huwa ammissibbli, għalkemm fuq il-bażi ta’ raġunijiet oħra.

2.      Linvokazzjoni taddritt internazzjonali konswetudinarju quddiem ilqrati talUnjoni

92.      Fl-appelli tagħhom, il-Kummissjoni u l-Kunsill, filwaqt li jinvokaw Air Transport Association of America et, isostnu, barra minn hekk, li l-Front Polisario ma jistax jinvoka d-dritt internazzjonali konswetudinarju quddiem il-qrati tal-Unjoni sabiex jikkontesta l-validità tad-deċiżjoni kkontestata.

93.      Jiena ma naqbilx. Fil-fehma tiegħi, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’ teżerċita s-setgħa ta’ stħarriġ ġudizzjarju tagħha fir-rigward tal-parti tad-dritt internazzjonali li torbot lill-Unjoni sabiex tevalwa l-kompatibbiltà tad-deċiżjoni kkontestata li tikkonkludi l-ftehim internazzjonali inkwistjoni. Il-poplu tas-Saħara tal-Punent huwa direttament u individwalment ikkonċernat minn din id-deċiżjoni, li tista’ tippreġudika d-drittijiet tiegħu skont il-prinċipji tad-dritt internazzjonali konswetudinarju.

94.      Billi tisma’ l-kawża ineżami, il-Qorti tal-Ġustizzja ma hijiex qiegħda, kif sostnut, tinbidel f’qorti internazzjonali. Għall-kuntrarju, huwa d-dmir kostituzzjonali tal-Qorti tal-Ġustizzja li tiżgura li, fl-applikazzjoni tat-Trattati, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni ma jiksrux id-dritt. Permezz tal-Artikolu 3(5) TUE, dan id-dritt jinkludi d-dritt internazzjonali konswetudinarju u l-prinċipji stabbiliti mill-Karta tan-NU. Barra minn hekk, ma teżisti l-ebda qorti oħra li tista’ tieħu konjizzjoni ta’ tali kontestazzjoni.

95.      Sa fejn il-prinċipji tad-dritt internazzjonali konswetudinarju inkwistjoni huma ċari biżżejjed sabiex jippermettu lill-Qorti tal-Ġustizzja tevalwa jekk il-Kunsill kienx prekluż milli jikkonkludi l-ftehim internazzjonali inkwistjoni bl-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata, il-Front Polisario jista’ jinvoka dawn ir-regoli tad-dritt internazzjonali quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.

D.      IlQorti Ġenerali żbaljat meta ddeċidiet li ttielet motiv tal-Front Polisario kien fondat

1.      Interpretazzjoni tassentenza IlKunsillvs Front Polisario

96.      Bħala tfakkira, il-portata ta’ dawn l-appelli jirrigwarda biss il-kwistjoni dwar jekk id-deċiżjoni kkontestata tmurx kontra l-interpretazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja fir-rigward tad-dritt għall-awtodeterminazzjoni u l-prinċipju tal-effett relattiv tat-trattati, kif interpretati mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza Il‑Kunsill vs Front Polisario. Għaldaqstant, għandu jiġi evalwat dak li l-Qorti tal-Ġustizzja riedet preċiżament tistabbilixxi f’din is-sentenza.

97.      Sabiex tikkonkludi li l-ftehim inkwistjoni ma kienx japplika għat-territorju tas-Saħara tal-Punent, il-Qorti tal-Ġustizzja kkunsidrat dan li ġej.

98.      Hija rrikonoxxiet li t-territorju tas-Saħara tal-Punent jikkostitwixxi TMA fis-sens tal-Artikolu 73 tal-Karta tan-NU (89). Sussegwentement, hija rrilevat li TMA jibbenefika mid-dritt għall-awtodeterminazzjoni, li huwa “dritt opponibbli erga omnes kif ukoll prinċipju essenzjali tad-dritt internazzjonali” (90). Għaldaqstant, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li d-dritt għall-awtodeterminazzjoni jagħmel parti mir-regoli tad-dritt internazzjonali pubbliku applikabbli fir-relazzjonijiet bejn l-Unjoni u r-Renju tal-Marokk, li l-qrati tal-Unjoni għandhom jieħdu inkunsiderazzjoni (91).

99.      Skont il-Karta tan-NU, TMA għandu “status separat u distint” (92) [traduzzjoni mhux uffiċjali]. Il-Qorti tal-Ġustizzja għalhekk ikkonkludiet li l-kliem “ir-Renju tal-Marokk” ma jistax jiġi interpretat bħala li jinkludi t-territorju tas-Saħara tal-Punent fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni (93).

100. Barra minn hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li ftehim internazzjonali jista’ jorbot Stat fir-rigward ta’ territorju ieħor, iżda li tali intenzjoni għandha tirriżulta minn dan il-ftehim, jew tkun stabbilita b’mod ieħor (94). Madankollu, hija qieset li ma jistax jiġi konkluż, kuntrarjament għal dak li ddeċidiet il-Qorti Ġenerali, li l-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni jista’ jiġi interpretat bħala li jipprevedi b’mod taċitu l-applikazzjoni tiegħu għat-territorju tas-Saħara tal-Punent (95).

101. Sussegwentement, il-Qorti tal-Ġustizzja eżaminat il-prinċipju tal-effett relattiv tat-trattati. Hija qieset li dan il-prinċipju jikkostitwixxi prinċipju ġenerali tad-dritt internazzjonali, ikkodifikat fl-Artikolu 34 tal-Konvenzjoni ta’ Vjenna dwar il-Liġi tat-Trattati (iktar ’il quddiem il-“ KVLTKVLT”) (96). Skont dan il-prinċipju, it-trattati internazzjonali ma jimponux obbligi u ma jagħtu ebda dritt, lil Stati terzi mingħajr il-kunsens tagħhom (97).

102. Fl-aħħar nett, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet fil-punt 106 tas-sentenza tagħha f’Il‑Kunsill vs Front Polisario, li hija s-suġġett ta’ diskussjoni fil-kawża ineżami, li “il-poplu tas-Saħara tal-Punent għandu jiġi kkunsidrat li huwa ‘terz’ fis-sens tal-prinċipju tal-effett relattiv tat-trattati”. Konsegwentement, il-poplu tas-Saħara tal-Punent għandu jagħti l-“kunsens” tiegħu sabiex il-Ftehim tal‑2012 dwar il-Liberalizzazzjoni tal-Kummerċ japplika għat-territorju tas-Saħara tal-Punent. Dan huwa l-każ “mingħajr ma jkun neċessarju li jiġi ddeterminat jekk tali implementazzjoni hijiex ta’ natura li tippreġudikah jew inkella li tkunlu ta’ benefiċċju” (98).

103. Peress li ma ntweriex li l-poplu tas-Saħara tal-Punent kien ta l-kunsens tiegħu biex jiġi affettwat mill-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja kkonkludiet li jkun kuntrarju għad-dritt għall-awtodeterminazzjoni u għall-prinċipju tal-effett relattiv tat-trattati li dan il-ftehim jiġi interpretat bħala li japplika għat-territorju tas-Saħara tal-Punent (99).

104. Liema regoli jistgħu jiġu estrapolati minn dawn il-konstatazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja?

105. Fir-rigward tad-dritt għall-awtodeterminazzjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja ċċarat żewġ kwistjonijiet. L-ewwel, hija ddeċidiet li d-dritt għall-awtodeterminazzjoni huwa regola konswetudinarja tad-dritt internazzjonali li tapplika erga omnes u li għalhekk torbot lill-Unjoni. It-tieni, il-Qorti tal-Ġustizzja qieset li d-dritt għall-awtodeterminazzjoni jeżiġi li s-Saħara tal-Punent jiġi ttrattat bħala territorju separat mir-Renju tal-Marokk.

106. Il-Qorti tal-Ġustizzja ma eżaminatx il-kontenut tad-dritt għall-awtodeterminazzjoni (100). Madankollu, hija ssuġġerixxiet li l-poplu tas-Saħara tal-Punent, li jibbenefika mid-dritt għall-awtodeterminazzjoni meta mqabbel mat-TMA tas-Saħara tal-Punent, għandu jagħti l-“kunsens” tiegħu għal ftehim li għandu l-għan li japplika għal dan it-territorju.

107. Il-Qorti tal-Ġustizzja waslet għal din il-konklużjoni fuq il-bażi tad-dritt għall-awtodeterminazzjoni? Fil-fehma tiegħi, le. Hija siltet ir-rekwiżit tal-kunsens mir-regoli li jirregolaw l-effett relattiv tat-trattati, u b’mod partikolari b’riferiment għall-Artikolu 34 tal-KVLT.

108. L-Unjoni ma hijiex parti għall-KVLT, u r-regoli tagħha ma jistgħux jorbtuha. Madankollu, il-Qorti tal-Ġustizzja interpretat l-Artikolu 34 tal-KVLT bħala espressjoni tar-regola konswetudinarja tad-dritt internazzjonali (101), li torbot lill-Unjoni fl-azzjonijiet tagħha (102).

109. L-Artikolu 34 tal-KVLTjipprevedi li trattat la joħloq obbligi u lanqas drittijiet għal Stat terz mingħajr il-kunsens tiegħu. Anki jekk din id-dispożizzjoni tirreferi għall-kunsens ta’ “Stati”, il-Qorti tal-Ġustizzja qieset li din l-istess regola tapplika fir-rigward ta’ TMA (103).

110. Għalkemm jista’ jiġi sostnut li din l-evalwazzjoni tikkostitwixxi l-interpretazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-prinċipju tal-effett relattiv tat-trattati, ma jistax, minnu nnifsu, jiġi eskluż minn perspettiva tad-dritt internazzjonali li l-Artikolu 34 tal-KVLT jista’ japplika wkoll għal TMA bħala “terz” (104).

111. Iżda dan ma jsolvix il-kwistjoni dwar kif, jekk xejn, TMA, bħas-Saħara tal-Punent, jista’ jagħti l-kunsens tiegħu li jintrabat bi ftehim internazzjonali.

112. Fis-sentenza Il‑Kunsill vs Front Polisario, il-Qorti tal-Ġustizzja ma kellhiex bżonn teżamina din il-kwistjoni. Hija sempliċement spjegat li, fil-fatt, il-poplu tas-Saħara tal-Punent ma tax il-kunsens tiegħu biex ikun marbut bi ftehim internazzjonali bejn l-Unjoni u r-Renju tal-Marokk. Dan ippermetta lill-Qorti tal-Ġustizzja tikkonkludi li l-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni ma jestendix għat-territorju tas-Saħara tal-Punent: il-partijiet la pprevedew b’mod espress għal dan, u t-terz (hawnhekk, il-poplu tas-Saħara tal-Punent) lanqas ma ta l-kunsens tiegħu għal din l-estensjoni.

113. F’din is-sentenza, għalhekk ma kienx hemm lok li jiġi evalwat kif ftehim konkluż mar-Renju tal-Marokk seta’ legalment japplika għat-territorju tas-Saħara tal-Punent għas-sempliċi raġuni li l-Qorti tal-Ġustizzja kkonstatat li bl-ebda mod ma kien japplika għas-Saħara tal-Punent. Konsegwentement, il-Qorti Ġenerali ġustament ikkonkludiet li, “[fis-sentenzi Front Polisario vs Il‑Kunsill  u Western Sahara Campaign UK], il-qrati tal-Unjoni ma ddeċidewx dwar il-kawżi relatati ma’ ftehim bejn l-Unjoni u r-Renju tal‑Marokk li jinkludu dikjarazzjoni espliċita li tinkludi lis-Saħara tal‑Punent fil-kamp ta’ applikazzjoni territorjali ta’ dan il-ftehim”, li huwa l-każ fil-kawża ineżami.

114. Minn din il-perspettiva, ir-rekwiżit tal-kunsens, kif espress fil-punt 106 tas-sentenza Il‑Kunsill vs Front Polisario, ma għandux jinftiehem bħala struzzjoni dwar il-kwistjoni jekk jew kif ftehim bejn l-Unjoni u r-Renju tal-Marokk jista’ jinvolvi t-territorju tas-Saħara tal-Punent. Għall-kuntrarju, din l-affermazzjoni għandha tinftiehem biss bħala wieħed mill-argumenti għalfejn il-kamp ta’ applikazzjoni tal-ftehim inkwistjoni fil-kawża ineżami ma setax jinkludi t-territorju tas-Saħara tal-Punent.

115. Huwa minn din il-perspettiva li ser neżamina jekk il-Qorti Ġenerali interpretatx b’mod korrett ir-rekwiżit tal-kunsens kif rifless fis-sentenza Il‑Kunsill vs Front Polisario.

2.      Leffett relattiv tattrattati u rrekwiżit talkunsens

a)      Ilkonstatazzjonijiet talQorti Ġenerali

116. Fil-kawża ineżami ma huwiex ikkontestat li l-intenzjoni tal-Unjoni u tar-Renju tal-Marokk kienet li jiġi konkluż ftehim bilaterali li japplika għat-territorju tas-Saħara tal-Punent (105).

117. Il-Qorti Ġenerali bdiet l-analiżi fil-mertu tagħha tat-tielet motiv tal-Front Polisario billi evalwat jekk il-Kunsill kienx osserva r-rekwiżit tal-kunsens kif meħtieġ mill-punt 106 tas-sentenza Il‑Kunsill vs Front Polisario.

118. Hija spjegat li, fis-sentenza Il‑Kunsill vs Front Polisario, il-Qorti tal-Ġustizzja ma ppreċiżatx il-metodu li bih dan il-kunsens seta’ jiġi espress (106). Għaldaqstant, il-Qorti Ġenerali invokat il-KVLT sabiex tiddetermina l-modalitajiet li bihom jista’ jiġi espress il-kunsens.

119. Fir-rigward tal-Istati, il-KVLT tittratta din il-kwistjoni fl-Artikoli 35 u 36. Skont dawn id-dispożizzjonijiet, il-kunsens għall-applikazzjoni tat-trattat li jimponi obbligi fuq Stat terz jeħtieġ aċċettazzjoni espressa bil-miktub. Għall-kuntrarju, il-kunsens ikun impliċitu jekk trattat sempliċiment jagħti drittijiet lill-Istat terz.

120. Fid-dawl ta’ dawn id-dispożizzjonijiet tal-KVLT, il-Qorti Ġenerali ddeduċiet li, peress li l-ftehim inkwistjoni ma jagħtix drittijiet, iżda pjuttost jimponi obbligi fuq il-poplu tas-Saħara tal-Punent (107), il-kunsens irid jingħata espressament (108).

121. Sussegwentement, il-Qorti Ġenerali eżaminat jekk kienx ingħata kunsens espliċitu mill-poplu tas-Saħara tal-Punent, u kkonkludiet li l-konsultazzjonijiet magħmula mill-Kummissjoni u mis-SEAE ma setgħux jiġu interpretati bħala li kisbu l-kunsens ta’ dan il-poplu (109).

122. Nista’ naqbel ma’ din il-konstatazzjoni tal-Qorti Ġenerali.

123. Teżisti differenza bejn il-kunċett tal-“popolazzjoni” ta’ TMA u tal-“poplu” ta’ dan it-TMA, peress li dan tal-aħħar jimplika unità politika, bi dritt għall-awtodeterminazzjoni, filwaqt li tal-ewwel jimplika l-abitanti ta’ territorju (110).

124. Il-Kummissjoni u s-SEAE żammu konsultazzjonijiet mal-“popolazzjonijiet milquta”, li, kif irrilevat ġustament il-Qorti Ġenerali, kienu jinkludu “essenzjalment il-popolazzjonijiet li jinsabu attwalment fit-territorju tas‑Saħara tal-Punent, indipendentement minn jekk jappartjenux jew le għall-poplu ta’ dan it-territorju” (111). Dawn il-konsultazzjonijiet ma jistgħux, għaldaqstant, ikunu ekwivalenti għall-kisba tal-kunsens tal-“poplu” tat-TMA tas-Saħara tal-Punent.

125. Il-partijiet u l-intervenjenti fil-kuntest tal-appelli ineżami iddiskutew fit-tul dwar jekk l-Artikoli 35 u 36 tal-KVLT humiex b’xi mod applikabbli għal TMA u humiex vinkolanti għall-Unjoni. Hemm raġunijiet biex jiġi konkluż li dawn id-dispożizzjonijiet ma jikkodifikawx ir-regoli tad-dritt internazzjonali konswetudinarju (112), tal-inqas mhux meta l-prinċipju tal-effett relattiv tat-trattati jiġi interpretat bħala li japplika għal TMA. Jekk dan huwa l-istat attwali tad-dritt internazzjonali, dawn id-dispożizzjonijiet tal-KVLT ma jistgħux jorbtu lill-Unjoni.

126. Madankollu, fil-fehma tiegħi, il-kwistjoni dwar jekk l-Artikoli 35 u 36 tal-KVLT fil-fatt jistabbilixxux il-metodu ta’ kif għandu jingħata l-kunsens fil-każ ta’ TMA hija irrilevanti.

127. Kif ser nispjega, il-pożizzjoni tiegħi hija li l-poplu tas-Saħara tal-Punent, bħala “terz” fis-sens tal-Artikolu 34 tal-KVLT, ma jistax, fl-istat attwali ta’ organizzazzjoni tiegħu, jagħti l-kunsens neċessarju waħdu. Madankollu, dan ma jfissirx li dan il-kunsens ma jistax jingħata f’ismu.

b)      Il-poplu tas-Saħara tal-Punent ma jistax jagħti l-“kunsens” tiegħu biex jintrabat bil-ftehim inkwistjoni

128. Huwa ċar kif Stat jagħti l-kunsens tiegħu li jintrabat bi ftehim internazzjonali. Madankollu, xejn ma huwa ċar kif TMA jista’ jagħti tali kunsens (113).

129. Meta Stat ikun terz li żewġ Stati oħra jkunu jixtiequ jestendu l-applikazzjoni tal-ftehim tagħhom għalih, dan l-Istat terz huwa preżunt li jkun kapaċi, skont id-dritt internazzjonali, jikkonkludi dan il-ftehim internazzjonali huwa stess. Huwa preċiżament għal din ir-raġuni li huwa għandu jagħti l-kunsens tiegħu jekk ma jkunx ikkonkluda l-ftehim huwa stess, iżda jaċċetta li jkun marbut bi ftehim ta’ Stati oħra.

130. Il-pożizzjoni ta’ “poplu”, bħala gwardjan tad-dritt għall-awtodeterminazzjoni ta’ TMA, hija differenti. Dan il-poplu ma jistax jikkonkludi ftehim internazzjonali qabel ma jkun eżerċita d-dritt tiegħu ta’ awtodeterminazzjoni; jiġifieri, qabel ma jkun kiseb xi miżura ta’ awtonomija.

131. Fil-każ partikolari tal-poplu tas-Saħara tal-Punent, ma hemm l-ebda rappreżentant magħżul jew aċċettat li jista’ jagħti l-kunsens tiegħu f’ismu. Anki jekk il-Front Polisario jipparteċipa fin-negozjati politiċi dwar is-soluzzjoni tal-kwistjoni tas-Saħara tal-Punent, dan ir-rwol ma huwiex l-istess bħal dak ta’ rappreżentant elett jew irrikonoxxut tal-poplu tas-Saħara tal-Punent sabiex jesprimi r-rieda kollettiva tiegħu. Dan ir-rwol tal-aħħar jista’ jingħata biss permezz tal-eżerċizzju tad-dritt għall-awtodeterminazzjoni tal-poplu tas-Saħara, li l-komunità internazzjonali għadha ma tistax torganizza (114).

132. Il-poplu tas-Saħara ma jistax jesprimi l-pożizzjoni tiegħu mingħajr rappreżentant elett jew irrikonoxxut kollettivament. Anki jekk jiġi stabbilit b’mod ċar liema individwi jagħmlu parti mill-poplu tas-Saħara tal-Punent, ikun impossibbli li jinkiseb il-kunsens kollettiv ta’ dan il-poplu permezz ta’ konsultazzjonijiet ma’ kull membru individwali ta’ dan il-grupp.

133. Ladarba l-poplu tas-Saħara jeżerċita d-dritt tiegħu għall-awtodeterminazzjoni, huwa jikseb il-kapaċità li jagħti l-kunsens tiegħu għal ftehim internazzjonali vinkolanti fit-territorju tiegħu, jew saħansitra li jikkonkludi tali ftehim huwa stess.

134. Sa issa, il-poplu tas-Saħara tal-Punent ma jistax jagħti l-kunsens biex jintrabat bi ftehim internazzjonali.

135. Kif spjegaw il-Kunsill u l-Kummissjoni, il-kunċett stess ta’ assenza ta’ awtonomija jimplika li l-poplu li għadu ma eżerċitax id-dritt tiegħu għall-awtodeterminazzjoni ma għandux mezzi jew struttura sabiex jesprimi r-rieda jew id-deċiżjonijiet tiegħu.

136. Dan ifisser li xi ħadd ieħor għandu d-dritt li jesprimi l-kunsens tiegħu li jintrabat bi ftehim internazzjonali f’ismu, jew li dan il-kunsens ma jista’ jiġi espress bl-ebda mod.

c)      IrRenju talMarokk jista’ jagħti lkunsens għallftehim inkwistjoni f’isem ilpoplu tasSaħara talPunent?

137. Jekk, kif issuġġerejt, il-poplu tas-Saħara tal-Punent ma jistax jagħti “kunsens”, fis-sens mogħti lil dan il-kunċett mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza Il‑Kunsill vs Front Polisario, u lanqas permezz ta’ konsultazzjonijiet tal-popolazzjoni li tgħix fit-territorju tas-Saħara tal-Punent, jew permezz tal-Front Polisario, min jista’ japprova l-konklużjoni ta’ ftehim internazzjonali mat-territorju tas-Saħara tal-Punent f’isem dan il-poplu?

138. Il-qafas ta’ riferiment xieraq li fih għandha tingħata tweġiba għal din il-mistoqsija huwa l-liġi dwar id-dekolonizzazzjoni.

139. Dan il-qafas jinsab prinċipalment fil-Kapitolu XI tal-Karta tan-NU, intitolat “Dikjarazzjoni dwar Territorji mhux Awtonomi” [traduzzjoni mhux uffiċjali], b’mod partikolari l-Artikolu 73 (115).

140. Huwa f’dan il-kuntest li l-Qorti tal-Ġustizzja interpretat is-sens tad-dritt għall-awtodeterminazzjoni fis-sentenza Il‑Kunsill vs Front Polisario (116).

141. Il-Kapitolu XI tal-Karta tan-NU huwa espressjoni tal-impenn tal-komunità internazzjonali għad-dritt għall-awtodeterminazzjoni fil-proċess tad-dekolonizzazzjoni (117).

142. L-Artikolu 73 tal-Karta tan-NU jirregola r-regoli li jirregolaw is-sitwazzjoni ta’ TMA qabel ma jkunu jistgħu jeżerċitaw id-dritt tagħhom għall-awtodeterminazzjoni.

143. Din id-dispożizzjoni timplika, l-ewwel, li t-territorji li l-popli tagħhom ikunu għadhom ma laħqux awtonomija sħiħa jiġu amministrati minn Stat differenti minn dak ta’ dawn il-popli. Din id-dispożizzjoni tindika lil dawn l-Istati bħala “Membri tan-[NU] li għandhom jew li jassumu r-responsabbiltajiet tal-amministrazzjoni” [traduzzjoni mhux uffiċjali] ta’ TMA. Ser nirreferi għal dawn l-Istati bħala “awtoritajiet amministranti”.

144. Qabel ma l-poplu ta’ TMA jeżerċita d-dritt tiegħu għall-awtodeterminazzjoni, li huwa l-għan aħħari tal-Artikolu 73 tal-Karta tan-NU, hija l-awtorità amministranti li tikkonkludi ftehimiet internazzjonali li jikkonċernaw lil dawn it-territorji.

145. Minn dan isegwi li hija l-awtorità amministranti li hija wkoll intitolata tagħti l-“kunsens” għall-applikazzjoni ta’ ftehim konkluż bejn żewġ Stati oħra għat-territorju li l-awtorità tamministra.

146. Is-Saħara tal-Punent hija każ uniku f’dan ir-rigward. Il-lista tan-NU tat-TMA kollha li jifdal tindika l-awtorità amministranti ta’ kull territorju; ħlief fil-każ tas-Saħara tal-Punent (118).

147. L-Artikolu 73 tal-Karta tan-NU jiddefinixxi l-awtoritajiet amministranti bħala “Membri tan-Nazzjonijiet Uniti li għandhom jew li jassumu r-responsabbiltajiet tal-amministrazzjoni ta’ territorji li l-popli tagħhom għadhom ma kisbux awtonomija sħiħa” (119) [traduzzjoni mhux uffiċjali].

148. L-użu tat-terminu “għandhom [...] responsabbiltajiet” [traduzzjoni mhux uffiċjali] jidher li jirreferi għall-Istati li kienu jikkontrollaw TMA fil-mument tad-dħul fis-seħħ tal-Karta tan-NU.

149. Fil-każ tas-Saħara tal-Punent, l-Istat kolonjali li kellu din ir-responsabbiltà kien ir-Renju ta’ Spanja. Madankollu, Spanja rrinunzjat unilateralment għal din ir-responsabbiltà (120).

150. L-Artikolu 73 tal-Karta tan-NU jirreferi wkoll għall-Istati li “jassumu [...] responsabbiltajiet” [traduzzjoni mhux uffiċjali] ta’ TMA.

151. Fl-appell tiegħu fil-kawża ineżami, il-Kunsill ikkunsidra li l-Artikolu 73 tal-Karta tan-NU japplika għar-Renju tal-Marokk bħala l-awtorità amministranti, peress li dan l-Istat assuma r-responsabbiltà fuq it-territorju tas-Saħara tal-Punent. Kemm il-Kunsill kif ukoll il-Kummissjoni kkonfermaw din il-pożizzjoni waqt is-seduta. Skont l-ispjegazzjonijiet ta’ dawn l-istituzzjonijiet, il-klassifikazzjoni tar-Renju tal-Marokk bħala l-awtorità amministranti “preżunta” tirriżulta mill-fatt li r-Renju tal-Marokk għandu kontroll effettiv fuq il-maġġoranza tat-territorju tas-Saħara tal-Punent.

152. Kieku r-Renju tal-Marokk seta’ legalment jiġi kklassifikat bħala l-awtorità amministranti tas-Saħara tal-Punent, huwa jkun awtorizzat, skont id-dritt internazzjonali, jikkonkludi ftehim internazzjonali f’isem it-territorju tas-Saħara tal-Punent sabiex jorbot lil dan it-territorju. Huwa jkun jista’ wkoll jagħti l-kunsens għall-applikazzjoni ta’ ftehim konkluż bejn Stati terzi għat-territorju tas-Saħara tal-Punent, sakemm dan il-ftehim ikun jissodisfa l-kundizzjonijiet li jirriżultaw mill-Artikolu 73 tal-Karta tan-NU (ara l-punti 180 sa 190 ta’ dawn il-konklużjonijiet).

153. Hemm studju akkademiku li jopponi din il-possibbiltà, billi jsostni li l-istatus ta’ awtorità amministranti huwa status ġuridiku mogħti min-NU, li, fl-assenza ta’ dan it-tip ta’ rikonoxximent, ma jistax jiġi preżunt unilateralment (121).

154. Madankollu, l-Artikolu 73 tal-Karta tan-NU ma jorbotx l-istatus ta’ awtorità amministranti ma’ xi tip ta’ proċedura jew ta’ rikonoxximent formali. Għall-kuntrarju, il-formulazzjoni tiegħu tissuġġerixxi li huwa relatat ma’ ċertu tip ta’ sitwazzjoni fattwali.

155. Skont id-dritt internazzjonali, Stat li de facto jikkontrolla territorju għandu tliet klassifikazzjonijiet ġuridiċi possibbli: sovran, amministratur jew okkupant (122).

156. Fir-rigward tas-Saħara tal-Punent, l-istituzzjonijiet politiċi tal-Unjoni ma jittrattawx lir-Renju tal-Marokk bħala awtorità okkupanti (123), u lanqas bħala sovrana (124), iżda pjuttost bħala awtorità amministranti. Dan ifisser li huma jaċċettaw is-sovranità tal-poplu tas-Saħara fuq it-territorju tas-Saħara tal-Punent, anki jekk ir-Renju tal-Marokk bħalissa għandu l-kontroll ta’ dan it-territorju.

157. Din il-pożizzjoni ma tikkontradixxix in-newtralità adottata mill-Unjoni fir-rigward tal-eżitu tal-proċess immexxi min-NU dwar is-Saħara tal-Punent, peress li t-trattament bħala awtorità amministranti ma jipprekludix kull eżitu possibbli tal-eżerċizzju tad-dritt għall-awtodeterminazzjoni (125).

158. Din l-interpretazzjoni lanqas ma tidher li tmur kontra l-għan tad-dritt għall-awtodeterminazzjoni, li huwa espress fl-Artikolu 73 tal-Karta tan-NU, sakemm din ma tipprekludix lill-poplu ta’ TMA milli jeżerċita dan id-dritt fil-futur.

159. Għalhekk, ma huwiex kuntrarju għad-dritt internazzjonali li r-Renju tal-Marokk jitqies bħala l-awtorità amministranti tas-Saħara tal-Punent u, għaldaqstant, bħala li jista’ “jagħti l-kunsens”, f’isem il-poplu tas-Saħara tal-Punent, bħala “terz” fis-sens tal-interpretazzjoni li l-Qorti tal-Ġustizzja tagħti lill-effett relattiv tat-trattati, għal ftehim li għandu effett fuq it-territorju tas-Saħara tal-Punent.

160. X’inhu l-effett ta’ din il-konklużjoni għall-interpretazzjoni li l-Qorti tal-Ġustizzja tagħti lill-kunċett ta’ “awtorità amministranti”?

161. Fl-eżerċizzju tar-relazzjonijiet esterni tal-Unjoni, l-istituzzjonijiet politiċi tal-Unjoni għandhom marġni ta’ evalwazzjoni wiesa’(126).

162. Dan jestendi għall-interpretazzjoni tar-regoli applikabbli f’sitwazzjoni, bħal dik inkwistjoni, fejn ma teżisti, fid-dritt internazzjonali, l-ebda pożizzjoni ċara fir-rigward tal-kwistjoni dwar jekk Stat jistax jitqies li assuma r-responsabbiltà għal TMA, fis-sens tal-Artikolu 73 tal-Karta tan-NU, permezz ta’ kontroll ġurisdizzjonali effettiv ta’ dan it-territorju.

163. Fid-dawl tal-assenza ta’ regoli ċari tad-dritt tal-Unjoni jew tad-dritt internazzjonali li jipprekludu tali pożizzjoni, id-deċiżjoni tal-istituzzjonijiet politiċi tal-Unjoni li jikkunsidraw lir-Renju tal-Marokk bħala l-awtorità amministranti (“de facto”), fis-sens tal-Artikolu 73 tal-Karta tan-NU, ma tistax tiġi kkontestata quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja (127).

164. Għaldaqstant, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha taċċetta l-pożizzjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni bħala interpretazzjoni possibbli tad-dritt internazzjonali.

165. Huwa minnu li r-Renju tal-Marokk stess ma aċċettax l-istatus ta’ awtorità amministranti fir-rigward tat-territorju tas-Saħara tal-Punent (128). Il-pożizzjoni tiegħu huwa li huwa jgawdi s-sovranità fuq dan it-territorju (129).

166. Madankollu, dan ma jipprekludix lill-Unjoni milli tikkunsidra unilateralment lir-Renju tal-Marokk bħala l-awtorità amministranti (“de facto”) tat-territorju tas-Saħara tal-Punent fl-interazzjoni ekonomika tagħha ma’ dan it-territorju tal-aħħar.

167. Waqt is-seduta, il-Kummissjoni spjegat li l-Unjoni kienet ser tagħmel dan sempliċement billi tuża klawżoli “mingħajr preġudizzju”, li l-użu tagħhom huwa metodu aċċettat (u prattiku) sabiex tinteraġixxi ma’ Stati jew territorji terzi (130).

168. Madankollu, il-fatt li l-Unjoni u r-Renju tal-Marokk qablu li ma jiftehmux dwar l-istatus tar-Renju tal-Marokk fir-rigward tat-territorju tas-Saħara tal-Punent waqt il-konklużjoni tal-ftehim inkwistjoni, jista’, kif ser neżamina fit-Taqsima E ta’ dawn il-konklużjonijiet, jimponi fuq l-istituzzjonijiet tal-Unjoni rekwiżiti addizzjonali neċessarji sabiex jissodisfaw l-obbligi li jirriżultaw mid-dritt internazzjonali.

169. Id-diskussjoni preċedenti twassal għall-konklużjoni li, bl-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata, il-Kunsill ma kisirx il-prinċipju tal-effett relattiv tat-trattati, kif interpretat fis-sentenza Il‑Kunsill vs Front Polisario. Din l-istituzzjoni kisbet il-kunsens tal-poplu tas-Saħara tal-Punent bħala terz għall-ftehim inkwistjoni permezz tar-Renju tal-Marokk, li jaġixxi bħala l-awtorità amministranti ta’ dan it-territorju.

3.      It‑trattament tal‑Marokk u tas‑Saħara tal‑Punent bħala territorji separati

170. L-uniku obbligu li l-Qorti tal-Ġustizzja kkunsidrat bħala vinkolanti fuq l-Unjoni skont id-dritt għall-awtodeterminazzjoni f’Il-Kunsill vs Front Polisario kien li t-territorju tas-Saħara tal-Punent jiġi ttrattat bħala distint mit-territorju tar-Renju tal-Marokk (131).

171. Dan l-obbligu ma huwiex imminat mill-fatt li r-Renju tal-Marokk jitqies bħala awtorità amministranti fis-sens tal-Artikolu 73 tal-Karta tan-NU. Pjuttost għall-kuntrarju, l-attribuzzjoni unilaterali lir-Renju tal-Marokk tal-istatus ta’ awtorità amministranti , bl-obbligi kollha relatati li jirriżultaw minn dan l-istatus, tiċħad din is-sovranità statali fuq it-territorju tas-Saħara tal-Punent (132).

172. Fi kliem ieħor, ir-Renju tal-Marokk ikkonkluda b’mod separat mal-Unjoni ftehim internazzjonali dwar it-territorju tiegħu stess u sussegwentement ta l-kunsens tiegħu għall-applikazzjoni tiegħu għat-territorju separat tas-Saħara tal-Punent, li attwalment jamministra.

173. Kif spjegajt fil-konklużjonijiet tiegħi f’Confédération paysanne (Bettieħ u tadam mis-Saħara tal-Punent), li qegħdin jinqraw illum ukoll, it-trattament separat tat-territorju tas-Saħara tal-Punent minn dak tar-Renju tal-Marokk jeħtieġ li d-dikjarazzjonijiet doganali u t-tikketti tal-pajjiż ta’ oriġini tal-prodotti li joriġinaw mit-territorju tas-Saħara tal-Punent għandhom jindikaw lis-Saħara tal-Punent bħala l-post ta’ oriġini tagħhom; bl-esklużjoni ta’ kull indikazzjoni tal-oriġini fir-Renju tal-Marokk (133). Dan jikkonċerna inter alia l-prodotti b’oriġini fis-Saħara tal-Punent li jibbenefikaw minn trattament preferenzjali fuq il-bażi tal-ftehim inkwistjoni meta jiġu importati fit-territorju doganali tal-Unjoni.

174. Minn dan isegwi li, billi adotta d-deċiżjoni kkontestata, il-Kunsill ma kisirx ir-rekwiżit li t-territorju tar-Renju tal-Marokk u t-territorju tas-Saħara tal-Punent jiġu ttrattati bħala żewġ territorji distinti, li huwa r-rekwiżit li jirriżulta mid-dritt għall-awtodeterminazzjoni skont l-interpretazzjoni adottata mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza Il‑Kunsill vs Front Polisario.

4.      Konklużjoni intermedjarja

175. Id-deċiżjoni kkontestata la tikser il-prinċipju tal-effett relattiv tat-trattati u lanqas dan l-aspett tad-dritt għall-awtodeterminazzjoni li kien inkwistjoni f’Il‑Kunsill vs Front Polisario.

176. Konsegwentement, nipproponi lill-Qorti tal-Ġustizzja tannulla s-sentenza appellata sa fejn din tilqa’ t-tielet motiv tal-Front Polisario.

E.      Obbligi oħra li jorbtu lillUnjoni fuq ilbażi taddritt għallawtodeterminazzjoni talpoplu tasSaħara

177. Il-konstatazzjoni li d-dritt għall-awtodeterminazzjoni ma nkisirx sa fejn il-Qorti tal-Ġustizzja kellha l-okkażjoni li tinterpretah fis-sentenza tagħha Il‑Kunsill vs Front Polisario mhux neċessarjament twassal għall-konklużjoni li l-istituzzjonijiet tal-Unjoni osservaw l-obbligi kollha li jirriżultaw mid-dritt għall-awtodeterminazzjoni waqt il-konklużjoni tal-ftehim inkwistjoni mar-Renju tal-Marokk.

178. Il-Qorti tal-Ġustizzja għad ma kellhiex l-opportunità tispjega liema obbligi oħra huma imposti fuq l-Unjoni bħala riżultat tad-dritt għall-awtodeterminazzjoni tal-poplu tas-Saħara. Madankollu, peress li din il-kwistjoni ma ġietx deċiża mill-Qorti Ġenerali, hija ma tagħmilx parti mill-portata tal-appelli ineżami, b’tali mod li l-Qorti tal-Ġustizzja ma tistax tiċċara din il-kwistjoni b’mod awtonomu fil-kawża ineżami.

179. Dan premess, jidhirli li huwa neċessarju li nsemmi fil-qosor żewġ kwistjonijiet li jirriżultaw mid-dritt għall-awtodeterminazzjoni li huma rilevanti f’ipoteżi fejn ir-Renju tal-Marokk jiġi ttrattat mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni bħala l-awtorità amministranti (“de facto”) tat-territorju tas-Saħara tal-Punent.

180. L-ewwel, l-Artikolu 73 tal-Karta tan-NU jimponi fuq l-awtoritajiet amministranti obbligu spiss imsejjaħ l-“obbligu ta’ fiduċja sagra”. Din id-dispożizzjoni tipprevedi li “l-interessi tal-abitanti ta’ [TMA] huma supremi” u li l-awtoritajiet amministranti “jaċċettaw b’fiduċja sagra l-obbligu li jiffavorixxu kemm jista’ jkun, fil-kuntest tas-sistema ta’ paċi u ta’ sigurtà internazzjonali stabbilita minn din il-Karta, il-benesseri tal-abitanti ta’ dawn it-territorji” [traduzzjoni mhux uffiċjali].

181. Qabel ma l-poplu tas-Saħara jeżerċita d-dritt tiegħu għall-awtodeterminazzjoni, ir-Renju tal-Marokk, bħala l-amministratur (“de facto”) tat-territorju tiegħu, għandu jaġixxi esklużivament għall-benefiċċju tal-“abitanti tat-territorju” tas-Saħara tal-Punent. Il-kunsens tar-Renju tal-Marokk f’isem il-poplu tas-Saħara fis-sens tal-effett relattiv tat-trattati għandu wkoll josserva dan l-obbligu.

182. L-Artikolu 73 tal-Karta tan-NU bħala prinċipju jindirizza l-obbligu ta’ “fiduċja sagra” fir-rigward tal-awtorità amministranti. Madankollu, huwa ċar li l-Qorti tal-Ġustizzja ma għandha l-ebda ġurisdizzjoni sabiex tiddeċiedi dwar l-osservanza tad-dritt internazzjonali pubbliku minn Stat barrani, inklużi l-prinċipji tal-Karta tan-NU.

183. Minkejja dan, id-dritt għall-awtodeterminazzjoni stabbilit fl-Artikolu 73 tal-Karta tan-NU jista’ jimponi wkoll obbligi fuq dawk l-Istati (jew fuq l-organizzazzjonijiet internazzjonali) li jinteraġixxu ma’ awtorità amministranti fir-rigward tat-TMA li hija tamministra.

184. Fil-kuntest tal-kawża ineżami, il-Kunsill u l-Kummissjoni kkunsidraw li l-obbligu ta’ “fiduċja sagra” jorbot ukoll lill-Unjoni fl-interazzjoni tagħha mal-awtorità amministranti (“de facto”) tat-TMA tas-Saħara tal-Punent. Anki jekk l-Unjoni ma hijiex parti għall-Karta tan-NU, hija torbotha fl-interazzjonijiet esterni tagħha fuq il-bażi tal-Artikolu 21 TUE.

185. Għalhekk, jista’ jiġi konkluż li l-istituzzjonijiet tal-Unjoni jistgħu jikkonkludu arranġamenti dwar is-Saħara tal-Punent mar-Renju tal-Marokk bħala l-awtorità amministranti tagħha biss jekk dawn l-arranġamenti jkunu ta’ benefiċċju għall-“abitanti ta’ dak it-territorju”.

186. Dan l-obbligu għandu, fil-fehma tiegħi, importanza addizzjonali li tirriżulta mill-fatt li r-Renju tal-Marokk jikkunsidra lilu nnifsu bħala l-Istat sovran u mhux l-amministratur fir-rigward tat-territorju tas-Saħara tal-Punent. Konsegwentement, huwa ma jqisx li huwa suġġett għall-obbligu ta’ “fiduċja sagra” li normalment ikun assunt mill-awtoritajiet amministranti skont l-Artikolu 73 tal-Karta tan-NU. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni għandhom għalhekk jiżguraw li l-arranġamenti miftiehma jkunu ta’ benefiċċju għall-“abitanti tat-territorju” tas-Saħara tal-Punent, kif jeżiġi l-Artikolu 73 tal-Karta tan-NU.

187. Din il-konklużjoni neċessarjament tirriżulta f’mistoqsijiet li ma ġewx diskussi quddiem il-Qorti Ġenerali: x’jinftiehem bil-formulazzjoni “abitanti tat-territorju” fl-Artikolu 73 tal-Karta tan-NU? Il-konsultazzjonijiet imwettqa mill-Kummissjoni u mis-SEAE jissodisfaw ir-rekwiżit li l-istituzzjonijiet tal-Unjoni għandhom jivverifikaw li l-ftehim inkwistjoni jkun ta’ benefiċċju għall-“abitanti tat-territorju”?

188. It-tieni, il-kwistjoni tibqa’ dik ta’ x’obbligi għandhom l-istituzzjonijiet tal-Unjoni sabiex josservaw id-dritt tal-poplu tas-Saħara tal-Punent li jgawdi r-riżorsi naturali tat-TMA tas-Saħara tal-Punent.

189. Jista’ jiġi ddibattut jekk dritt għat-tgawdija ta’ riżorsi naturali huwiex dritt awtonomu li jirriżulta mill-prinċipju ta’ sovranità tal-Istat, jew jekk jirrappreżentax komponent tad-dritt għall-awtodeterminazzjoni (134). Madankollu, fiż-żewġ każijiet, dan id-dritt jidher li jagħmel parti mid-dritt internazzjonali konswetudinarju (135), u għaldaqstant jorbot lill-Unjoni.

190. Fir-rigward tal-isfruttament tar-riżorsi naturali tat-TMA, jidher li jeżisti ċertu kunsens, mibni madwar l-ittra tal‑2002 ta’ Hans Corell (136), li tgħid li l-awtorità amministranti tista’ tisfrutta r-riżorsi naturali, meta l-attivitajiet ta’ sfruttament tar-riżorsi jitwettqu għall-benefiċċju tal-poplu ta’ TMA, jew b’konsultazzjoni mar-rappreżentanti tiegħu (137).

191. Il-ftehim inkwistjoni ma jawtorizzax fih innifsu l-użu tar-riżorsi naturali tat-territorju tas-Saħara tal-Punent. Madankollu, huwa jaffettwa indirettament dan id-dritt. X’obbligi jitnisslu għall-istituzzjonijiet tal-Unjoni f’dan il-kuntest?

192. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni jistgħu jikkonkludu li l-obbligu tagħhom li ma jippreġudikawx id-dritt tal-poplu tas-Saħara li jgawdi r-riżorsi naturali tiegħu ġie ssodisfatt bl-eżitu tal-konsultazzjonijiet mal-popolazzjoni lokali, li fir-rigward tagħhom il-maġġoranza ta’ dawk li pparteċipaw f’konsultazzjonijiet evalwaw l-estensjoni tat-tariffi preferenzjali għall-prodotti li joriġinaw mit-territorju tas-Saħara tal-Punent, bħala ta’ benefiċċju?

193. Minkejja li l-Qorti Ġenerali ddiskutiet in-natura adegwata tal-konsultazzjonijiet fis-sentenza tagħha, hija għamlet dan fil-kuntest tad-determinazzjoni dwar jekk il-konsultazzjonijiet jistgħux jammontaw għall-għoti tal-“kunsens” mill-poplu tas-Saħara tal-Punent għall-ftehim inkwistjoni, fis-sens tal-effett relattiv tat-trattati (138). Ir-risposta għall-istess domanda fil-kuntest tad-dritt għat-tgawdija tar-riżorsi naturali teħtieġ evalwazzjoni ġdida u differenti.

194. Il-kwistjonijiet imqajma f’din it-taqsima ma ġewx eżaminati fil-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali. Fil-fehma tiegħi, din il-qorti ddeċidiet b’mod żbaljat li l-istituzzjonijiet tal-Unjoni ma osservawx ir-rekwiżit ta’ kunsens li jirriżulta mis-sentenza Il‑Kunsill vs Front Polisario. Madankollu, dawn il-kwistjonijiet jidhru li jaqgħu taħt il-motivi l-oħra tal-Front Polisario fir-rikors għal annullament tiegħu. Għalhekk jidhirli li huwa neċessarju li din il-kawża tintbagħat lura quddiem il-Qorti Ġenerali.

IV.    Konsegwenzi

195. Skont l-Artikolu 61 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, meta l-kawża tkun fi stat li tiġi deċiża, tista’ hija stess tiddeċiedi definittivament il-kawża.

196. Fil-kawża ineżami, din il-kundizzjoni ma hijiex issodisfatta.

197. Għalkemm nikkonkludi li t-tielet motiv tal-Front Polisario fl-ewwel istanza għandu jiġi miċħud bħala infondat għar-raġunijiet esposti iktar ’il fuq, fir-rigward tal-motivi l-oħra li għadhom ma ġewx evalwati mill-Qorti Ġenerali, il-kawża ma hijiex fi stat li tiġi deċiża definittivament mill-Qorti tal-Ġustizzja.

198. Għalhekk jiena tal-fehma li l-kawża għandha tiġi rrinvijata quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex din tiddeċidiha (139).

V.      Konklużjoni

199. Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, nipproponi lill-Qorti tal-Ġustizzja li:

–        tiċħad l-appelli bħala parzjalment infondati u tiddikjara ammissibbli r-rikors ippreżentat mill-Front Populaire pour la libération de la saguia-el-hamra et du rio de oro (Front Polisario);

–        tilqa’ parzjalment l-appelli, tannulla s-sentenza appellata sa fejn din tilqa’ t-tielet motiv tal-Front Polisario u tiċħad dan l- motiv;

–        tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea sabiex din tagħti deċiżjoni fuq il-motivi li fir-rigward tagħhom ma tatx deċiżjoni, u

–        tirriżerva l-ispejjeż.


1      Lingwa oriġinali: l-Ingliż.


2      Ara l-Artikolu 3(5) TUE.


3      Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra (ĠU 2000, L 70, p. 2; iktar ’il quddiem il-“Ftehim ta’ Assoċjazzjoni”).


4      Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk dwar emenda tal-Protokolli Nru 1 u Nru 4 tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra (ĠU 2019, L 34, p. 4; iktar ’il quddiem il-“ftehim inkwistjoni”).


5      Sentenza tad‑29 ta’ Settembru 2021, Front Polisario vs Il‑Kunsill (T‑279/19, EU:T:2021:639; iktar ’il quddiem is-“sentenza appellata”).


6      Jiġifieri, fis-sentenzi tal‑21 ta’ Diċembru 2016, Il‑Kunsill vs Front Polisario (C‑104/16 P, EU:C:2016:973; iktar ’il quddiem is-“sentenza Il‑Kunsill vs Front Polisario”), u tas‑27 ta’ Frar 2018, Western Sahara Campaign UK (C‑266/16, EU:C:2018:118; iktar ’il quddiem is-“sentenza Western Sahara Campaign UK”).


7      Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/217 tat‑28 ta’ Jannar 2019 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk dwar l-emenda tal-Protokolli Nru 1 u Nru 4 tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra (ĠU 2019, L 34, p. 1; iktar ’il quddiem id-“deċiżjoni kkontestata”).


8      Sentenza appellata, punti 391 u 392.


9      ĠU 2019, L 77, p. 8; iktar ’il quddiem il-“Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli”.


10      Kawżi magħquda C‑778/21 P u C‑798/21 P, Il‑Kummissjoni u Il‑Kunsill vs Front Polisario.


11      Kawża C‑399/22, Confédération paysanne (Bettieħ u tadam mis-Saħara tal-Punent).


12      In-Nazzjonijiet Uniti, Rapport tal-Kumitat ta’ Informazzjoni mit-Territorji Mhux Awtonomi, Suppliment Nru 14 (A/5514) (1963), Anness III “Lista ta’ Territorji Mhux Awtonomi skont il-Kapitolu XI tal-Karta fil‑31 ta’ Diċembru 1962 iklassifikati skont ir-reġjun ġeografiku”, p. 34.


13      Sbatax-il territorju għadhom inklużi fil-lista ta’ TMA, filwaqt li s-Saħara tal-Punent hija l-uniku territorju ta’ dan it-tip fl-Afrika, disponibbli fuq https://www.un.org/dppa/decolonization/en/nsgt.


14      Riżoluzzjoni 1541 (XV) tal-Assemblea Ġenerali tan-NU tal‑15 ta’ Diċembru 1960, “Prinċipji li għandhom jiggwidaw lill-Membri fid-determinazzjoni dwar jekk hemmx obbligu jew le li jibagħtu l-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 73e tal-Karta”.


15      Ara l-Prinċipju VI.A tal-Anness tar-Riżoluzzjoni 1541 (XV) tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, tal‑15 ta’ Diċembru 1960, “Prinċipji li għandhom jiggwidaw lill-Membri sabiex jiddeterminaw jekk hemmx obbligu jew le li jibagħtu l-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 73e tal-Karta”; iċċitata fl-Opinjoni konsultattiva dwar is-Saħara tal-Punent (QIĠ Ġabra tal‑1975, p. 12, punt 57). Ara wkoll Crawford, J., The creation of state in international law, it-tieni edizzjoni, Oxford University Press, Oxford, 2007, p. 621.


16      Riżoluzzjoni 2229 (XXI) tal-Assemblea Ġenerali tan-NU tal‑20 ta’ Diċembru 1966, “Kwistjoni tal-Ifni u tas-Saħara Spanjola”.


17      Front Populaire pour la libération de la saguia-el-hamra et du rio de oro (iktar ’il quddiem il-“Front Polisario”).


18      Skont Deubel (Deubel, T. F., Between homeland and exile: Poetry, memory and identity in Sahrawi communities, Teżi PhD, University of Arizona, 2010, p. 76, disponibbli fuq http://hdl.handle.net/10150/146067), l-identità tal-poplu tas-Saħara bdiet tifforma f’oppożizzjoni għall-kolonizzazzjoni Spanjola. Din iktar spikkat fis-snin sebgħin b’reazzjoni għall-proċess ta’ dekolonizzazzjoni, li influwenza l-formazzjoni tal-movimenti antikolonjali. L-ewwel movimenti antikolonjali nħolqu minn mexxejja taż-żgħażagħ li kienu ġew edukati f’pajjiżi ġirien, inkluż fir-Renju tal-Marokk, u taħt l-influwenza qawwija tal-movimenti ta’ dekolonizzazzjoni f’pajjiżi oħra, b’mod partikolari fl-Alġerija.


19      Ara, f’dan ir-rigward, l-Opinjoni Konsultattiva dwar is-Saħara tal-Punent (QIĠ Ġabra 1975, p. 12, punt 49).


20      Jidher li l-opinjoni konsultattiva ntalbet fuq l-inizjattiva tar-Renju tal-Marokk, li l-ewwel ipprova jikseb il-qbil ta’ Spanja biex jissottometti t-tilwima tagħhom dwar is-sovranità tas-Saħara tal-Punent quddiem il-QIĠ għal deċiżjoni fi proċedura kontenzjuża. Ara l-Opinjoni Konsultattiva dwar is-Saħara tal-Punent (QIĠ Ġabra 1975, p. 12, punti 29 u 36).


21      Opinjoni Konsultattiva dwar is-Saħara tal-Punent (QIĠ Ġabra 1975, p. 12, punt 162).


22      Opinjoni Konsultattiva dwar is-Saħara tal-Punent (QIĠ Ġabra 1975, p. 12, punt 162).


23      Il-Marokk enfasizza l-ewwel sentenza tal-punt 162 tal-Opinjoni Konsultattiva dwar is-Saħara tal-Punent (QIĠ Ġabra 1975, p. 12), li tgħid li “l-elementi u l-informazzjoni ppreżentati lill-Qorti juru l-eżistenza, fil-mument tal-kolonizzazzjoni Spanjola, ta’ rabtiet ġuridiċi ta’ lealtà bejn is-Sultan tal-Marokk u wħud mit-tribujiet li jgħixu fit-territorju tas-Saħara tal-Punent” [traduzzjoni mhux uffiċjali].


24      Riżoluzzjoni 380 (1975) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU tas‑6 ta’ Novembru 1975 (li tistieden lir-Renju tal-Marokk jirtira t-truppi tiegħu mis-Saħara tal-Punent).


25      Ara l-Ġabra tat-Trattati tan-Nazzjonijiet Uniti, Vol. 988, p. 259.


26      Din id-dispożizzjoni tagħmel parti mill-Kapitolu XI tal-Karta tan-NU, li jittratta t-territorji mhux awtonomi. Din teżiġi li l-Membri tan-NU “li għandhom jew jassumu r-responsabbiltà li jamministraw territorji li l-popli tagħhom għadhom ma kisbux awtonomija sħiħa”, inter alia, “jiżviluppaw l-awtonomija [għal dawn il-popli], jieħdu debitament inkunsiderazzjoni l-aspirazzjonijiet politiċi tal-popli u jgħinuhom fl-iżvilupp progressiv tal-istituzzjonijiet politiċi liberi tagħhom” [traduzzjoni mhux uffiċjali].


27      Illum, ir-relazzjoni bejn ir-RGħDS u l-Front Polisario ma hijiex ċara u lanqas ma saret iktar komprensibbli waqt is-seduta.


28      Inizjalment, kien hemm iktar pajjiżi li rrikonoxxew ir-RGħDS, iżda fil-frattemp irrevokaw dan ir-rikonoxximent.


29      Għas-sitwazzjoni attwali u l-għadd ta’ refuġjati, ara l-Aġenzija tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Refuġjati, Fact Sheet tal-UNHCR, “l-Alġerija”, disponibbli fuq https://reliefweb.int/report/algeria/unhcr-algeria-fact-sheet-april-2023.


30      Ara r-Riżoluzzjoni 690 (1991) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, tad‑29 ta’ April 1991 (li ddeċidiet “tistabbilixxi, taħt l-awtorità tiegħu, Missjoni [tan-NU] għar-Referendum fis-Saħara tal-Punent” [traduzzjoni mhux uffiċjali]).


31      Għall-aħħar tiġdid, sal‑31 ta’ Ottubru 2024, ara r-Riżoluzzjoni 2703 (2023) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU tat‑30 ta’ Ottubru 2023.


32      Ara, pereżempju, il-pjan Baker tal‑2001 (u r-reviżjoni tiegħu tal‑2003) (formalment, il-“Pjan ta’ Paċi għall-Awtodeterminazzjoni tal-Poplu tas-Saħara tal-Punent”), li huwa r-riżultat ta’ diskussjonijiet taħt il-patroċinju tar-rappreżentant tan-NU James Baker III; ara, f’dan ir-rigward, Zunes, S. u Mundy, J., Western Sahara: War, nationalism, and conflict irresolution,  it-tieni edizzjoni, Syracuse University Press, 2022, Kapitolu 9.


33      Fl‑2018, b’risposta għal din l-ammissjoni mill-ġdid, Bernard Mornah, ċittadin Ganjan, ippreżenta rikors kontra tmien Stati Membri tal-Unjoni Afrikana quddiem il-Qorti Afrikana dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Popli, fejn sostna li dawn l-Istati kienu kisru diversi obbligi li jirriżultaw mill-Karta Afrikana dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Popli meta qablu li jammettu mill-ġdid lir-Renju tal-Marokk fl-Unjoni Afrikana mingħajr ma dan l-Istat intalab itemm l-allegata okkupazzjoni tiegħu tat-territorju tas-Saħara tal-Punent. Madankollu, il-Qorti Afrikana dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Popli ċaħdet dan ir-rikors billi kkonkludiet li l-Istati konvenuti ma kinux kisru l-obbligi tagħhom taħt il-Karta Afrikana dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Popli, inkluż id-dritt għall-awtodeterminazzjoni, bl-integrazzjoni mill-ġdid tar-Renju tal-Marokk bħala membru tal-Unjoni Afrikana. Fl-istess ħin, din il-qorti kkonfermat id-dritt tal-poplu tas-Saħara għall-awtodeterminazzjoni u kkunsidrat id-dritt għall-awtodeterminazzjoni bħala regola imperattiva tad-dritt internazzjonali. Ara l-Qorti Afrikana dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Popli, is-sentenza tat‑22 ta’ Settembru 2018, Bernard Anbataayela Mornah vs Ir‑Repubblika ta’ Benin et (Rikors Nru 028/2018), punt 343(v).


34      Ara r-rapport tas-Segretarju Ġenerali tan-NU tad‑19 ta’ April 2006, “Is-Sitwazzjoni dwar is-Saħara tal-Punent (s/2006/249)”, punti 32 u 34. Ara wkoll Allen, S. and Trinidad, J., The Western Sahara question and international law. Recognition doctrine and self-determination, Routledge, Oxford, 2024, p. 17.


35      Ara s-Servizz ta’ Riċerka tal-Kungress tal-Istati Uniti, “Western Sahara”, RS20962, aġġornat fit‑8 ta’ Ottubru 2014, p. 4.


36      Ġie sostnut ukoll li l-bidla fil-politika ta’ ċerti Stati Membri tan-NU setgħet ġiet ikkawżata mill-proklamazzjoni tal‑2020 tal-President Donald J. Trump li rrikonoxxiet is-sovranità tar-Renju tal-Marokk fuq is-Saħara tal-Punent (ara l-“Proklamazzjoni dwar ir-Rikonoxximent tas-Sovranità tal-Marokk fuq is-Saħara tal-Punent”, disponibbli fuq https://trumpwhitehouse.archives.gov/presidential-actions/proclamation-recognizing-sovereignty-kingdom-morocco-western-sahara). Għal ħarsa ġenerali ddettaljata tal-iżviluppi politiċi fil-livell tal-pożizzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, tal-Assemblea Ġenerali u tal-Istati Membri individwali tan-NU, kif ukoll diskussjoni dwar l-implikazzjonijiet tal-appoġġ dejjem jikber għall-pożizzjoni Marokkina dwar is-Saħara tal-Punent, ara Allen, S. u Trinidad, J., The Western Sahara question and international law Recognition doctrine and self-determination, Routledge, Oxford, 2024, p. 47 et seq.


37      Ara, reċentement, ir-Riżoluzzjoni 2703 (2023) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU tat‑30 ta’ Ottubru 2023.


38      Ara, pereżempju, ir-Riżoluzzjoni 2703 (2023) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, tat‑30 ta’ Ottubru 2023, punt 2. Ara wkoll Allen, S. u Trinidad, J., The Western Sahara question and international law. Recognition doctrine and self-determination, Routledge, Oxford, 2024, p. 48 (li jippreżenta l-evoluzzjoni tal-lingwaġġ tar-riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU sa mill‑2018).


39      Ara, reċentement, ir-Riżoluzzjoni 2703 (2023) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, tat‑30 ta’ Ottubru 2023, punt 4.


40      ĠU 2012, Vol. 241, p. 4; iktar ’il quddiem il-“Ftehim ta‑2012 dwar il-Liberalizzazzjoni tal-Kummerċ”.


41      ĠU 2006, L 294M, p. 134; iktar ’il quddiem il-“Ftehim tal‑2006 dwar is-Sħubija fis-Settur tas-Sajd”.


42      Ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑10 ta’ Diċembru 2015, Front Polisario vs Il‑Kunsill (T‑512/12, EU:T:2015:953, punti 114 u 241).


43      Sentenza Il‑Kunsill vs Front Polisario, punti 82 et seq.


44      Sentenza Il‑Kunsill vs Front Polisario, punt 133.


45      Sentenza Western Sahara Campaign UK, punti 59 sa 61.


46      Sentenza Western Sahara Campaign UK, punti 64 u 69.


47      Deċiżjoni kkontestata, premessa 6. Ara wkoll Il‑Kunsill, Riżultat tal-laqgħa tal-Kunsill, it‑3544 laqgħa tal-Kunsill, Il-Kompetittività (Suq Intern, Industrija, Riċerka u Spazju) (9716/17, 29 u 30 ta’ Mejju 2017), p. 22.


48      Deċiżjoni kkontestata, premessi 4 sa 6.


49      Dikjarazzjoni Konġunta għall-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni (ĠU 2019, L 34, p. 4). Nota ta’ qiegħ il-paġna mħassra.


50      Madankollu, din il-qorti ddeċidiet ukoll li żżomm l-effetti tad-deċiżjoni kkontestata għal terminu li ma jeċċedix it-terminu msemmi fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 56 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, jew, meta jkun ġie ppreżentat appell f’dan it-terminu, sal-għoti tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja. Is-sentenza appellata, punt 396.


51      Sentenza appellata, punti 79 sa 114 u 133 sa 238.


52      Sentenza appellata, punti 240 sa 250.


53      Sentenza appellata, punti 251 sa 396.


54      Skont l-Artikolu 38(1) tal-Istatut tal-QIĠ, is-sorsi tad-dritt internazzjonali huma t-trattati u l-konvenzjonijiet, il-konswetudni, il-prinċipji ġenerali tad-dritt, u d-deċiżjonijiet u d-duttrini tal-ġustizzja. Ara wkoll, b’mod ġenerali, Shaw, M. N., International Law,  Cambridge University Press, Cambridge, 2006, p. 69 et seq.


55      L-Artikoli 31 sa 33 tal-Konvenzjoni ta’ Vjenna dwar il-Liġi tat-Trattati, konkluża fi Vjenna fit‑23 ta’ Mejju 1969 (Ġabra tat-Trattati tan-Nazzjonijiet Uniti, Vol. 1155, p. 331, iktar ’il quddiem il-“KVLTKVLT”), stabbilixxew regoli ta’ interpretazzjoni tat-trattati internazzjonali. Uħud minn dawn ir-regoli jistgħu jinftiehmu bħala l-kodifikazzjoni tad-dritt internazzjonali konswetudinarju. Għall-kuntrarju, id-dritt internazzjonali konswetudinarju jobbliga lill-interpretu jistabbilixxi l-ewwel jekk ċerta regola tirrappreżentax konswetudni, imbagħad jinterpreta s-sens tagħha f’sitwazzjoni partikolari. Dan jeħtieġ li tiġi stabbilita l-prattika u l-opinio juris tal-Istati. Bis-saħħa ta’ dan l-eżerċizzju, il-konswetudni tista’ xorta takkwista tifsira differenti f’sistema li ma jkollhiex interpretu awtorevoli. Fuq id-differenza bejn il-fatt li jiġi deċiż li ċerta regola tikkostitwixxi regola tad-dritt internazzjonali konswetudinarju u l-interpretazzjoni sussegwenti tal-kontenut ta’ din ir-regola, ara, P. Merkouris, P., “Interpretation of Customary International Law: Delineating the States in Its Life Cycle”, f’Merkouris, P., Follesdal, A., Ulfstein, G., Westerman, P. (edituri), The interpretation of customary international law in international courts: Methods of interpretation, normative interactions and the role of coherence,  Cambridge University Press, Cambridge, 2023, p. 136.


56      Skont l-Artikolu 38(1)(d) tal-Istatut tal-QIĠ, id-deċiżjonijiet ġudizzjarji, inklużi dawk ta’ din il-qorti, huma biss mezz sussidjarju għad-determinazzjoni tar-regoli tad-dritt internazzjonali.


57      Għal eżempji ta’ tipi ta’ differenzi bejn interpretazzjonijiet tad-dritt internazzjonali, ara A. Roberts, “Patterns of difference and dominance”, f’Roberts, A., Is international law international? Oxford University Press, Oxford, 2017, p. 232 et seq.


58      Ara, f’dan ir-rigward, Malenovský, J., “Le juge et la coutume internationale : perspectives de l’Union européenne et de la Cour de justice”, The Law and Practice of International Courts and Tribunals, Vol. 12, 2013, p. 218 u Odermatt, J., “The European Union’s role in the making and confirmation of customary international law”, f’Lusa Bordin, F., Müller, A., u Pascual-Vives, F. (edituri), The European Union and Customary International Law,  Cambridge University Press, Cambridge, 2023, p. 74 u 75.


59      Ara, f’dan ir-rigward, is-sentenzi tal‑21 ta’ Diċembru 2016, Swiss International Air Lines (C‑272/15, EU:C:2016:993, punt 24), u tad‑9 ta’ Ġunju 2022, Préfet du Gers u Institut national de la statistique et des études économiques (C‑673/20, EU:C:2022:449, punt 99) (li fihom il-Qorti tal-Ġustizzja kkunsidrat li, fit-tmexxija tar-relazzjonijiet esterni, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni għandhom marġni ta’ diskrezzjoni wiesa’ f’deċiżjonijiet politiċi, li neċessarjament jimplika għażliet politiċi).


60      Għalhekk ikkunsidrajt li, anki fil-qasam tal-politika estera u ta’ sigurtà komuni, li fih il-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja hija limitata, il-ġurisdizzjoni tagħha sabiex tistħarreġ il-konformità tal-azzjoni tal-Unjoni mad-drittijiet fundamentali ma tistax tiġi eskluża. Ara, f’dan is-sens, il-konklużjonijiet tiegħi fil-Kawżi magħquda KS u KD vs Il‑Kunsill et u Il‑Kummissjoni vs KS u KD (C‑29/22 P u C‑44/22 P, EU:C:2023:901, punti 115 sa 120). Din il-kawża għadha pendenti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.


61      Ara s-sentenza tal‑21 ta’ Diċembru 2011, Air Transport Association of America et (C‑366/10, EU:C:2011:864, punt 101) (iktar ’il quddiem “Air Transport Association of America et”).


62      Fl-isfond tal-argumenti li jikkontestaw il-fondatezza tat-tielet motiv imqajjem mill-Front Polisario, il-Qorti Ġenerali kkunsidrat li din il-parti setgħet tinvoka s-sentenza Il‑Kunsill vs Front Polisario u l-interpretazzjoni li ngħatat fiha tad-dritt għall-awtodeterminazzjoni u tal-prinċipju tal-effett relattiv tat-trattati sabiex tikkontesta l-validità tad-deċiżjoni kkontestata. Ara s-sentenza appellata, punt 297.


63      Lanqas ma jidhirli li din il-kwistjoni hija fondata peress li għandu jkun hemm triq li tippermetti lill-Unjoni tinteraġixxi ma’ ċerti territorji li fihom hija għandha interess leġittimu, mingħajr ma neċessarjament tikkomprometti l-imparzjalità tal-Unjoni jew tal-Istati Membri tagħha fir-rigward tal-istatus ta’ dawn it-territorji. Din il-politika doppja ġiet deskritta mill-kummentaturi bħala waħda intiża li tiftaħ “spazju politiku u legali” li jikkonsisti fis-separazzjoni tal-impenn mir-rikonoxximent; ara S. Fischer, “The EU’s non-recognition and engagement policy towards Abkhazia and South Ossetia”, European Institute for Security Studies (1‑2 ta’ Diċembru 2010), p. 3, u Coppieters, B., “Engagement without recognition”, f’Vosioka, G., Doyle, J., Newman, E., “Routledge Handbook of State Recognition” (l-ewwel edizzjoni, 2019, Routledge: Londra), p. 243 sa 244 (li jiddeskrivi l-mod kif l-approċċ tal-Unjoni mat-territorji kontenzjużi jsegwi l-formula ta’ “assenza ta’ rikonoxximent u ta’ interazzjoni”, jew dik ta’ “interazzjoni mingħajr rikonoxximent”). Għal eżempju prattiku ta’ dan l-approċċ, fir-rigward tal-kunflitt tal-Abkhazia, ara l-Kunsill ta’ Kooperazzjoni Unjoni-Ġeorġja, l‑14‑il laqgħa tat‑12 ta’ Diċembru 2023 (UE-GE 4651/1/13), punt 4.


64      Ara, f’dan is-sens, is-sentenza appellata, punti 187 sa 189 u 240 sa 250.


65      Fl-ewwel istanza, il-Front Polisario invoka total ta’ 10 motivi insostenn tar-rikors tiegħu, filwaqt li kienu biss l‑1 u t‑3 motiv li jiffurmaw il-bażi tas-sentenza appellata. It‑8 motivi l-oħra jqajmu wkoll kwistjonijiet oħra tad-dritt internazzjonali, bħar-rispett tad-dritt umanitarju internazzjonali (it‑2 motiv); id-dritt għall-awtodeterminazzjoni (is‑7 motiv); l-effett relattiv tat-trattati (it‑8 motiv); il-liġi dwar ir-responsabbiltà internazzjonali (l‑10 motiv) kif ukoll kwistjonijiet tad-dritt tal-Unjoni, bħall-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi u l-proporzjonalità (il‑5 u s‑6 motivi). Peress li l-Qorti Ġenerali ma ttrattatx dawn il-motivi fis-sentenza appellata, dawn huma esklużi mill-portata ta’ dawn l-appelli.


66      Dawn il-kwistjonijiet kienu wkoll preżenti, direttament jew indirettament, fir-rikorsi li fuqhom huma bbażati d-digrieti tad‑19 ta’ Lulju 2018, Front Polisario vs Il‑Kunsill (T‑180/14, mhux ippubblikat, EU:T:2018:496) (dwar protokoll li jistabbilixxi opportunitajiet ta’ sajd fl-ibħra li jmissu mas-Saħara tal-Punent); tat‑30 ta’ Novembru 2018, Front Polisario vs Il‑Kunsill (T‑275/18, mhux ippubblikat, EU:T:2018:869) (dwar ftehim tal-avjazzjoni mar-Renju tal-Marokk); u digriet tat‑8 ta’ Frar 2019, Front Polisario vs Il‑Kunsill (T‑376/18, mhux ippubblikat, EU:T:2019:77) (dwar deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza l-ftuħ ta’ negozjati ta’ ftehim ta’ sħubija fis-settur tas-sajd mar-Renju tal-Marokk fid-dawl tas-sentenza Western Sahara Campaign UK).


67      Ara Il‑Kunsill vs Front Polisario, punti 88 sa 89 u Western Sahara Campaign UK, punt 63. Dwar dawn is-sentenzi, ara iktar il-punt 96 et seq ta’ dawn il-konklużjonijiet.


68      Ara, f’dan is-sens, is-sentenza appellata, punti 295 u 360.


69      Ara, pereżempju, Weller, M., Escaping the self-determination trap, Nijhoff, Leiden, 2008, p. 16 sa 17, u n-nota ta’ qiegħ il-paġna 15 (“Entitajiet awtonomi ġenwinament kolonjali għandhom personalità ġuridika saħansitra qabel l-amministrazzjoni tal-att ta’ awtodeterminazzjoni, għandhom id-dritt għall-unità territorjali, li jkunu liberi mill-użu tal-forza u miżuri repressivi, huma jistgħu jiġġieldu permezz ta’ moviment ta’ liberazzjoni nazzjonali u potenzjalment jirċievu appoġġ internazzjonali fil-ġlieda tagħhom. Huma jistgħu wkoll japplikaw unilateralment id-dritt tal-kunflitt armat internazzjonali, minflok id-dritt ħafna iktar limitat ta’ kunflitt armat intern li jkopri l-kunflitti nazzjonali” [traduzzjoni libera]) u Knoll, B, The Legal status of Territories Subject to Administration by International Organisations, , Cambridge University Press, Cambridge, 2009, p. 124) (li jqis li “entità hija suġġett ġuridiku sa fejn ir-regoli tal-ordinament ġuridiku internazzjonali jirreferu għaliha” [traduzzjoni libera]).


70      Sentenza tat‑22 ta’ Ġunju 2021 (C‑872/19 P, EU:C:2021:507).


71      Sentenza tat‑22 ta’ Ġunju 2021, Il‑Venezwela vs Il‑Kunsill (Inċidenza għal Stat terz) (C‑872/19 P, EU:C:2021:507, punt 34).


72      Kif irrilevat il-Qorti Ġenerali fil-punt 144 tas-sentenza appellata, skont ġurisprudenza stabbilita, il-kundizzjoni li persuna fiżika jew ġuridika għandha tkun direttament ikkonċernata mid-deċiżjoni kkontestata, kif speċifikat fir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE, teħtieġ li jiġu ssodisfatti żewġ kriterji kumulattivi. L-ewwel huwa li l-miżura tal-Unjoni kkontestata għandha taffettwa direttament is-sitwazzjoni ġuridika tal-individwu. It-tieni huwa li ma għandha tħalli l-ebda setgħa ta’ evalwazzjoni lid-destinatarji tagħha li huma fdati bl-inkarigu li jimplimentawha, peress li tali implimentazzjoni hija ta’ natura purament awtomatika u tirriżulta biss mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, mingħajr applikazzjoni ta’ regoli intermedjarji oħra. Ara wkoll is-sentenza tat‑12 ta’ Lulju 2022, Nord Stream 2 vs Il‑Parlament u Il‑Kunsill (C‑348/20 P, EU:C:2022:548, punt 43).


73      Għaldaqstant, il-kundizzjoni stretta tal-inċidenza individwali li tirriżulta mis-sentenza tal‑15 ta’ Lulju 1963, Plaumann vs Il‑Kummissjoni (25/62, EU:C:1963:17, p. 107), hija ssodisfatta.


74      Kwistjoni kemxejn simili ġiet evitata fil-kuntest tal-proċedura li wasslet għas-sentenza tat‑22 ta’ Ġunju 2021, Il‑Venezwela vs Il‑Kunsill (Inċidenza għal Stat terz) (C‑872/19 P, EU:C:2021:507), peress li, meta din il-kawża tressqet għall-ewwel darba quddiem il-Qorti Ġenerali, ir-Repubblika Bolivarjana tal-Venezwela sabet ruħha f’nofs ġlieda bejn invokazzjonijiet kompetittivi ta’ rappreżentanza ta’ dan il-pajjiż bejn Nicolás Maduro u Juan Guaidó, u l-Istati Membri kienu maqsuma dwar il-kwistjoni ta’ min seta’ jaġixxi bħala l-President tar-Repubblika Bolivarjana tal-Venezwela. Madankollu, il-kwistjoni tal-kapaċità li tiġi awtorizzata azzjoni ġudizzjarja f’isem din ir-repubblika ma kellhiex tiġi deċiża mill-Qorti tal-Ġustizzja peress li, f’Jannar 2021, il-Kunsill adotta konklużjonijiet li jsolvu dan l-impass favur Nicolás Maduro. Ara Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, il-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-Venezwela (25 ta’ Jannar 2021, 5582/21).


75      Waqt is-seduta, il-Kummissjoni adottat il-pożizzjoni li ħadd mis‑60 organizzazzjoni, NGO, federazzjoni tal-bdiewa, rappreżentant elett lokali, organizzazzjoni agrikola jew attur ieħor involut fil-konsultazzjonijiet ma għandu locus standi biex jippreżenta rikors kontra d-deċiżjoni kkontestata.


76      F’dan ir-rigward, nista’ naqbel mal-pożizzjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni li l-fatt li r-Riżoluzzjoni 34/37 tal-Assemblea Ġenerali tan-NU, tal‑21 ta’ Novembru 1979, “Kwistjoni tas-Saħara tal-Punent”, irreferiet għall-Front Polisario bħala r-rappreżentant tal-poplu tas-Saħara tal-Punent ma huwiex biżżejjed, waħdu, sabiex jistabbilixxi li din il-parti hija effettivament irrikonoxxuta f’din il-kwalità min-NU u mill-komunità internazzjonali.


77      Qabbel il-pożizzjoni ta’ dan il-moviment mar-rwol tal-Awtorità Palestinjana tax-Xatt tal-Punent u l-Medda ta’ Gaża, li, skont it-termini “tal-Ftehim Temporanju bejn l-Iżrael u l-Palestina tat‑28 ta’ Settembru 1995 dwar ix-Xatt tal-Punent u l-Medda ta’ Gaża [...] tista’ tikkonkludi ftehimiet internazzjonali għall-benefiċċju tal-Awtorità Palestinjana [...] f’ċerti żoni” [traduzzjoni mhux uffiċjali]. Ara l-Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni mill-Komunità Ewropea ta’ Ftehim ta’ Assoċjazzjoni Interim Ewro-Mediterranju, dwar kummerċ u koperazzjoni bejn il-Komunità‘ Ewropea minn naħa waħda, u l-Organizzazzjoni għal-Liberazzjoni tal-Palestina (PLO) għall-benefiċċju tal-Awtorita‘ Palestinjana tax-Xatt tal-Punent u l-Medda ta' Gaża, min-naħa l-oħra (ippreżentata mill-Kummissjoni) (COM (97)51 final].


78      Madankollu, il-Front Polisario qatt ma ngħata d-deżinjazzjoni ta’ “moviment ta’ liberazzjoni ta’ poplu” min-NU jew mill-Unjoni u mill-Istati Membri tagħha. Dwar l-istatus u s-setgħat ta’ “moviment ta’ liberazzjoni ta’ poplu”, ara Crawford, J., Brownlie’s Principles of Public International Law, id-disa’ edizzjoni, Oxford University Press, 2019, p. 113, li jispjega li l-entitajiet politiċi rrikonoxxuti bħala movimenti ta’ liberazzjoni għandhom għadd ta’ drittijiet u ta’ obbligi ġuridiċi, li jinkludu, fost oħrajn, il-kapaċità li jikkonkludu ftehimiet internazzjonali vinkolanti ma’ persuni ġuridiċi internazzjonali oħra u d-dritt li jipparteċipaw fil-proċeduri tan-NU bħala osservaturi, liema dritt jingħata espressament f’diversi riżoluzzjonijiet tal-Assemblea Ġenerali.


79      Ara wkoll, f’dan is-sens, is-sentenza appellata, punti 6 u 104. Bl-istess mod, il-preambolu u l-Artikoli 1, 24, 32, 46, 144 u 146 tal-“kostituzzjoni” tal-RGħDS. L-Artikolu 32 tagħha jippreċiża b’mod partikolari li, “sakemm tiġi rkuprata kompletament is-sovranità nazzjonali, il-Frente POLISARIO huwa l-qafas politiku li jgħaqqad u politikament jimmobilizza lill-poplu tas-Saħara sabiex jesprimi l-aspirazzjonijiet tiegħu u d-drittijiet leġittimi għall-awtodeterminazzjoni u għall-indipendenza, u sabiex jiddefendi l-unità nazzjonali tiegħu u jikkompleta l-bini tal-Istat tas-Saħara tal-Punent indipendenti tiegħu”.


80      Jekk wieħed kellu jsib parallel mal-organizzazzjoni ta’ soċjetà demokratika tal-Punent, il-Front Polisario, fl-aqwa ipoteżi, ikun jirrappreżenta wieħed mill-partiti politiċi li qiegħed jikkontesta għal mandat fi gvern li għadu jrid jiġi stabbilit. Madankollu, partit li għadu jrid jiġi elett ma jkunx jista’ jirrappreżenta lil dan il-gvern.


81      Il-pożizzjoni attwali tal-Unjoni tidher li hija li l-proċess politiku dwar il-kwistjoni tas-Saħara tal-Punent għandu jkollu l-għan li jikseb “soluzzjoni politika ġusta, realistika, prammatika, sostenibbli u aċċettabbli b’mod reċiproku [...] fuq il-bażi ta’ ‘kompromess’” [traduzzjoni mhux uffiċjali]; ara d-dikjarazzjoni konġunta tal-Unjoni Ewropea u l-Marokk għall-erbatax-il laqgħa tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni (27 ta’ Ġunju 2019), punt 13, disponibbli fuq https://www.consilium.europa.eu/en/press/press-releases/2019/06/27/joint-declaration-by-the-european-union-and-the-kingdom-of-morocco-for-the-fourteenth-meeting-of-the-association-council/.


82      Ara, b’analoġija, is-sentenza tal‑21 ta’ Diċembru 2016, Swiss International Air Lines (C‑272/15, EU:C:2016:993, punt 24) (li fiha l-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li t-tmexxija ta’ relazzjonijiet esterni teħtieġ deċiżjonijiet ta’ politika, li fir-rigward tagħhom l-Unjoni għandha tkun tista’ tiddeċiedi liberament dwar it-tip ta’ trattament li hija tagħti lil Stati terzi).


83      Ara, dwar il-konsegwenzi li jirriżultaw minn kontroll effettiv, l-Opinjoni konsultattiva tal‑21 ta’ Ġunju 1971 dwar il-konsegwenzi legali għall-Istati mill-preżenza kontinwa tal-Afrika t’Isfel fin-Namibja (l-Afrika t’Isfel tal-Punent), minkejja r-Riżoluzzjoni 276 (1970) tal-Kunsill tas-Sigurtà (QIĠ Ġabra 1971, p. 16, punt 118) (li tispjega li “l-kontroll fiżiku ta’ territorju, u mhux is-sovranità jew il-leġittimità tat-titolu, huwa l-bażi tar-responsabbiltà tal-Istat għal atti li jaffettwaw Stati oħra” [traduzzjoni mhux uffiċjali]).


84      Ara, f’dan ir-rigward, ir-Riżoluzzjoni 1514 (XV) tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, Dikjarazzjoni dwar l-għoti tal-indipendenza lill-pajjiżi u lill-popli kolonjali (14 ta’ Diċembru 1960) (li tiddikjara li “kull tentattiv sabiex l-unità nazzjonali u l-integrità territorjali ta’ pajjiż jiġu mfixkla parzjalment jew totalment huwa inkompatibbli mal-għanijiet u l-prinċipji tal-Karta tan-[NU]” [traduzzjoni mhux uffiċjali]).


85      Madankollu, dan ir-rikonoxximent għandu jingħata biss sa fejn huwa verament ifittex li jirrappreżenta l-interessi (ta’ parti) tal-poplu tas-Saħara tal-Punent. Ara, b’analoġija, is-sentenza tal‑21 ta’ Settembru 2023, China Chamber of Commerce for Import and Export of Machinery and Electronic Products et vs Il‑Kummissjoni (C‑478/21 P, EU:C:2023:685, punt 67) (li tissuġġetta l-istatus ta’ “assoċjazzjoni rappreżentattiva” għall-eżistenza ta’ interessi ġenerali u kollettivi ta’ importaturi jew ta’ esportaturi fi Stat terz kif ukoll għall-assenza ta’ interferenza minn Stat terz).


86      Ara, b’analoġija, is-sentenza tat‑22 ta’ Ġunju 2021, Il‑Venezwela vs Il‑Kunsill (Inċidenza għal Stat terz) (C‑872/19 P, EU:C:2021:507, punt 34) (li rrikonoxxiet l-istatus ta’ “persuna ġuridika” ta’ Stat terz, inkella dan l-Istat ma jkollu l-ebda mezz sabiex jipproteġi l-interessi tiegħu fil-każ ta’ ksur tad-drittijiet tiegħu).


87      Ara, f’dan ir-rigward, is-sentenzi tas‑16 ta’ Frar 2022, L‑Ungerija vs Il‑Parlament u Il‑Kunsill (C‑156/21, EU:C:2022:97, punti 127 u 128), u tas‑16 ta’ Frar 2022, Il‑Polonja vs Il‑Parlament u Il‑Kunsill (C‑157/21, EU:C:2022:98, punti 192 u 193).


88      Ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑23 ta’ April 1986, Les Verts vs Il‑Parlament (294/83, EU:C:1986:166, punt 23).


89      Sentenza Il‑Kunsill vs Front Polisario, punt 93.


90      Sentenza Il‑Kunsill vs Front Polisario, punt 88 u l-ġurisprudenza ċċitata. Il-Qorti tal-Ġustizzja rreferiet għall-Opinjoni konsultattiva dwar is-Saħara tal-Punent, punti 54 sa 56 u għas-sentenza tal-QIĠ tat‑30 ta’ Ġunju 1995, f’Timor Leste (Il‑Portugall vs L‑Awstralja) (QIĠ Ġabra 1995, p. 90, punt 29).


91      Sentenza Il‑Kunsill vs Front Polisario, punt 89.


92      Sentenza Il‑Kunsill vs Front Polisario, punt 90. Sabiex waslet għal din il-konklużjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja bbażat ruħha fuq ir-Riżoluzzjoni 2625 (XXV) tal-Assemblea Ġenerali tan-NU, tal‑24 ta’ Ottubru 1970, “Dikjarazzjoni dwar il-Prinċipji tad-Dritt Internazzjonali li jirrigwardaw ir-Relazzjonijiet ta’ Ħbiberija u l-Kooperazzjoni bejn l-Istati skont il-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti”.


93      Sentenza Il‑Kunsill vs Front Polisario, punt 92.


94      Sentenza Il‑Kunsill vs Front Polisario, punt 98.


95      Sentenza Il‑Kunsill vs Front Polisario, punt 99. Għal kritika tal-analiżi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-assenza ta’ intenzjoni tal-Unjoni u tar-Renju tal-Marokk fir-rigward tal-Ftehim tal‑2012 dwar il-Liberalizzazzjoni tal-Kummerċ fis-sentenza Il‑Kunsill vs Front Polisario, ara Kassoti, E., “The EU and Western Sahara: an assessment of recent developments”, European Law Review, Vol. 43(5), p. 746 et seq., li qieset li l-intenzjoni ta’ dawn il-partijiet li jinkludu lis-Saħara tal-Punent diġà kienet ċara fiċ-ċirkustanzi tal-kawża.


96      Konvenzjoni ta’ Vjenna dwar il-Liġi tat-Trattati, konkluża fi Vjenna fit‑23 ta’ Mejju 1969 (Ġabra tat-Trattati tan-Nazzjonijiet Uniti, Vol. 1155, p. 331).


97      Sentenza Il‑Kunsill vs Front Polisario, punt 100.


98      Sentenza Il‑Kunsill vs Front Polisario, punt 106.


99      Sentenza Il‑Kunsill vs Front Polisario, punt 106. Huwa wkoll b’dan il-mod li l-Qorti tal-Ġustizzja ġabret fil-qosor il-konstatazzjonijiet tagħha f’Western Sahara Campaign UK (punt 63).


100      Ara, f’dan is-sens, ukoll Molnar, T., “The Court of Justice of the EU and the Interpretation of Customary International Law: Close Encounters of a Third Kind?’, f’Merkouris, P., Follesdal, A., Ulfstein, G., Westerman, P. (edituri), The interpretation of customary international law in international courts: Methods of interpretation, normative interactions and the role of coherence,  Cambridge University Press, Cambridge, 2023, p. 14 u 15 (li jqis li “l-qorti tal-Unjoni qagħdet lura milli tinterpreta b’mod ġenwin id-dritt għall-awtodeterminazzjoni” [traduzzjoni libera]).


101      Ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal‑25 ta’ Frar 2010, Brita (C‑386/08, EU:C:2010:91, punti 44 u 52), u s-sentenza Il‑Kunsill vs Front Polisario, punt 100 (li qieset li l-Artikolu 34 tal-KVLT jikkostitwixxi “espressjoni partikolari” tal-prinċipju tal-effett relattiv tat-trattati). Għal eżempju, fejn il-KVLT ma kinitx tirrifletti, skont il-Qorti tal-Ġustizzja, id-dritt internazzjonali konswetudinarju, ara s-sentenza tas‑16 ta’ Ġunju 1998, Racke (C‑162/96, EU:C:1998:293, punt 59).


102      Mill-ġurisprudenza jirriżulta li d-dritt internazzjonali konswetudinarju jorbot lill-Unjoni. Ara, pereżempju, Air Transport Association of America et, punt 101 u l-ġurisprudenza ċċitata.


103      Qabel is-sentenza Il‑Kunsill vs Front Polisario, il-Qorti tal-Ġustizzja kienet diġà qieset li “terz”, fis-sens tal-prinċipju tal-effett relattiv tat-trattati, kif ikkodifikat fl-Artikolu 34 tal-KVLT, ma kellux jikkonċerna biss “Stat”. Għalhekk, fis-sentenza tagħha tal‑25 ta’ Frar 2010, Brita (C‑386/08, EU:C:2010:91, punt 52), hija qieset li l-interpretazzjoni tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni KE-Iżrael (ĠU 2000, L 147, p. 3) fis-sens li l-awtoritajiet Iżraeljani għandhom kompetenzi doganali fir-rigward tal-prodotti li joriġinaw mix-Xatt tal-Punent tammonta għall-impożizzjoni ta’ obbligu fuq l-awtoritajiet doganali Palestinjani mingħajr il-kunsens tal-Organizzazzjoni għal-Liberazzjoni tal-Palestina.


104      Għal fehma differenti, ara Odermatt, J., ‘International law as a challenge to EU acts: Front Polisario II’, Common Market Law Review, Vol. 60(1), nota ta’ qiegħ il-paġna 61 u t-test f’p. 230 u 231.


105      Għaldaqstant, il-Qorti tal-Ġustizzja ma tistax tikkonkludi, bħal fis-sentenza Il‑Kunsill vs Front Polisario, li l-kamp ta’ applikazzjoni tal-ftehim inkwistjoni ma jinkludix it-territorju tas-Saħara tal-Punent.


106      Sentenza appellata, punt 311.


107      Il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li l-ftehim inkwistjoni seta’ biss joħloq drittijiet għall-individwi, bħall-esportaturi tal-prodotti koperti minn dan il-ftehim, u mhux għall-poplu tas-Saħara tal-Punent bħala t-“terz” għal dan il-ftehim. Ara s-sentenza appellata, punti 321 u 322. L-istudju akkademiku u x-xogħol preparatorju tal-KVLT ċertament jikkunsidraw li tista’ ssir distinzjoni bejn it-trattati li joħolqu vantaġġi fattwali għal persuni fiżiċi jew ġuridiċi fi Stati terzi u dawk li joħolqu drittijiet u obbligi għall-imsemmi Stat terz. Ara, f’dan ir-rigward, Dahm, G., Delbrück, J., Wolfrum, R., Völkerrecht / Der Staat und andere Völkerrechtssubjekte; Räume unter internationaler Verwaltung,  Band I/3 it-tieni edizzjoni, De Gruyter, Berlin, 2002, p. 617; Fizmaurice, M., “Third Parties and the law of Treaties”, f’von Bogdandy, A. u Wolfrum, R. (edituri), Max Planck Yearbook of United Nations Law, Vol. 6, 2002, p. 104‑105; u Waldock, H., Third Report on the Law of Treaties, Yearbook of the International Law Commission, Vol. 2, 1964, p. 21 (li lkoll jiddistingwu bejn it-trattati ġenwini favur partijiet terzi (jiġifieri, dawk li jagħtu d-drittijiet tagħhom lit-terz) u t-trattati favur terzi fis-sens tekniku (dawk li joffru vantaġġi lit-terz jew lis-suġġetti tiegħu mingħajr parteċipazzjoni fit-trattat jew li jagħtu ċerti drittijiet).


108      Sentenza appellata, punti 323 sa 326.


109      Sentenza appellata, punt 384.


110      Ara, f’dan ir-rigward, Wrange, P., “Self-Determination, occupation and the authority to exploit natural resources: trajectories from four European judgments on Western Sahara”, Israel Law Review, Vol. 52(1), 2019, p. 18.


111      Sentenza appellata, punt 337.


112      Ara, fir-rigward tal-Artikolu 35 tal-KVLT, Laly-Chevalier, C. U Rezek, F., “Article 35 – Convention de 1969”, f’Corten, O. u Klein, P. (edituri), Les conventions de Vienne sur le droit des traités – commentaire article par article, Vol. II, Bruylant, Bruxelles, 2006, p. 1429, u Proells, A., “Article 35 General rule regarding third States” f’Dörr, O., Schmalenbach, K. (edituri), Vienna Convention on the law of Treaties: A commentary, Springer, Berlin, 2018, p. 707. Ara wkoll, fir-rigward tal-Artikolu 36 tal-KVLT, d’Argent, P. f’Corten, O. u Klein, P., ibid., p. 1468 u 1469, u Proells, A. f’Dörr, O., Schmalenbach, K., ibid., p. 720.


113      Ara, f’dan ir-rigward, Odermatt, J., “International law as a challenge to EU acts: Front Polisario II”, Common Market Law Review, Vol. 60(1), p. 231, li jispjega li “fil-każ ta’ Stati jew organizzazzjonijiet internazzjonali, il-mod kif għandu jingħata l-kunsens huwa ċar: permezz ta’ kunsens bil-miktub. Kif jirriżulta minn dan il-każ, l-istabbiliment tal-kunsens ta’ terz, b’mod partikolari ta’ poplu li jgħix taħt okkupazzjoni , huwa kompitu iktar diffiċli” [traduzzjoni libera].


114      Ara, f’dan ir-rigward, il-kunsiderazzjonijiet tiegħi fil-punti 79 sa 88 ta’ dawn il-konklużjonijiet.


115      Skont Crawford, l-interpretazzjoni normali, anki jekk restrittiva, hija li l-Kapitolu XI kien intiż li japplika biss għal “territorji, magħrufa bħala kolonji fil-mument tal-adozzjoni tal-Karta” [traduzzjoni libera]. It-territorju tas-Saħara tal-Punent jissodisfa dan il-kriterju. Ara wkoll Crawford, J., The Creation of States in International Law, it-tieni edizzjoni, Oxford University Press, Oxford, 2007, p. 607.


116      Sentenza Il‑Kunsill vs Front Polisario, punti 23, 93 u 105.


117      Kif iddikjarat minn Crawford, “fil-biċċa l-kbira huwa permezz tal-Kapitolu XI li l-Membri estendew u elaboraw l-operazzjoni tad-dritt għall-awtodeterminazzjoni” [traduzzjoni mhux uffiċjali]. Ara Crawford, J., The Creation of States in International Law, it-tieni edizzjoni, Oxford University Press, Oxford, 2007, p. 603.


118      In-Nazzjonijiet Uniti, “Lista ta’ Territorji Mhux Awtonomi skont ir-Reġjun”, disponibbli fuq https://www.un.org/dppa/decolonization/en/nsgt.


119      Enfasi miżjuda minni.


120      Ara l-punt 17 ta’ dawn il-konklużjonijiet. Fil-konklużjonijiet tiegħu f’Il‑Kunsill vs Front Polisario (C‑104/16 P, EU:C:2016:677, punti 188 sa 191), l-Avukat Ġenerali Wathelet issuġġerixxa li Spanja ma setgħetx legalment tirrinunzja għall-istatus tagħha bħala awtorità amministranti, u li għalhekk ma jistax jiġi eskluż li dan l-Istat Membru għadu, sal-lum, l-awtorità amministranti tat-territorju tas-Saħara tal-Punent.


121      Ara, pereżempju, Chapaux, V., “The sovereignty over natural resources: ‘the question of the EU-Morocco Fisheries Agreement’”, f’Arts, K. U Pinto Leite, P. (edituri), International Law and the Question of Western Sahara, International Platform of Jurists for East Timor, University of Michigan, 2008, p. 241.


122      Torres-Spelliscy, G., “National Resources in Non-Self-Governing Territories”, f’Boukhars, A. u Rousselier, J. (edituri), Perspective on Western Sahara: Myths, Nationalisms and Geopolitics, Rowman & Littlefield, Lanham, 2013, p. 241.


123      La l-Unjoni u lanqas l-Istati Membri tagħha ma jikkunsidraw lir-Renju tal-Marokk bħala awtorità okkupanti. L-istess japplika għall-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU. F’żewġ riżoluzzjonijiet, li jmorru lura għas-snin sebgħin, l-Assemblea Ġenerali tan-NU kkunsidrat l-annessjoni tas-Saħara tal-Punent mir-Renju tal-Marokk bħala okkupazzjoni ta’ dan it-territorju. Dan huwa differenti b’mod konsiderevoli mis-sitwazzjoni rigward l-Istat tal-Iżrael u t-territorju tax-Xatt tal-Punent u l-Medda ta’ Gaża, li l-komunità internazzjonali, inklużi l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, tqis bħala stat ta’ okkupazzjoni. Ara, b’mod partikolari, l-Opinjoni konsultattiva tal-QIĠ tad‑9 ta’ Lulju 2004 f’Konsegwenzi Ġuridiċi tal-Bini ta’ Ħajt fit-Territorju Palestinjan Okkupat (QIĠ Ġabra 2004, p. 136, punt 78). Ara wkoll is-sentenza tat‑12 ta’ Novembru 2019, Organisation juive européenne u Vignoble Psagot (C‑363/18, EU:C:2019:954, punti 34, 35 u 48). Is-sitwazzjoni attwali hija differenti wkoll minn dik li wasslet għas-sentenza Timor Leste (Il‑Portugall vs L‑Awstralja) (QIĠ Ġabra 1995, p. 90), li fiha l-preżenza tar-Repubblika tal-Indoneżja f’Timor Leste tqieset mill-komunità internazzjonali bħala okkupazzjoni. Barra minn hekk, il-Portugall kellu l-istatus ta’ awtorità amministranti ta’ dan it-territorju. B’kuntrast ma’ dan, diversi studjużi jqisu li l-istatus tar-Renju tal-Marokk fis-Saħara tal-Punent huwa wieħed ta’ okkupant. Ara, f’dan ir-rigward, il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Wathelet f’Western Sahara Campaign (C‑266/16, EU:C:2018:1, nota ta’ qiegħ il-paġna 223).


124      Dan jirriżulta mill-għażla tagħhom li jittrattaw lis-Saħara tal-Punent bħala TMA u lill-poplu tas-Saħara tal-Punent bħala s-suġġett li għandu d-dritt li jagħżel il-futur ta’ dan it-territorju. Bl-istess mod, il-fatt li r-Renju tal-Marokk jitqies bħala awtorità amministranti jimplika li huwa ma jistax jibbenefika minn sovranità sħiħa, fid-dawl tal-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 73 tal-Karta tan-NU, inkluż l-obbligu li jipprepara t-triq għall-poplu tas-Saħara tal-Punent li jeżerċita l-għażla fuq il-mod kif jeżerċita s-sovranità tiegħu.


125      Din il-pożizzjoni ta’ newtralità hija espressa fil-premessa 3 tad-deċiżjoni kkontestata: “L-Unjoni ma għandhiex preġudizzju dwar l-eżitu tal-proċess politiku dwar l-istatus finali tas-Saħara tal-Punent li qed isir taħt l-awspiċji tan-Nazzjonijiet Uniti u hi tenniet ripetutament l-impenn tagħha fis-soluzzjoni tat-tilwima fis-Saħara tal-Punent, li attwalment huwa inkluż min-Nazzjonijiet Uniti fil-lista tat-territorji mhux awtonomi, u li fil-preżent huwa amministrat fil-parti l-kbira mir-Renju tal-Marokk. Hija tappoġġa bis-sħiħ l-isforzi tas-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti u tal-mibgħut speċjali tiegħu biex jgħinu lill-partijiet jaslu għal soluzzjoni politika ġusta, dejjiema u reċiprokament aċċettabbli, li tkun tipprevedi l-awtodeterminazzjoni tal-poplu tas-Saħara tal-Punent fil-kuntest ta’ arranġamenti konsistenti mal-prinċipji u l-għanijiet tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti kif stabbiliti fir-riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, b’mod partikolari r-Riżoluzzjoni 2152 (2014), 2218 (2015), 2385 (2016), 2351 (2017) et 2414 (2018).”


126      Ara, inter alia, is-sentenza tal‑21 ta’ Diċembru 2016, Swiss International Air Lines (C‑272/15, EU:C:2016:993, punt 24).


127      Il-marġni ta’ evalwazzjoni wiesa’ li għandhom l-istituzzjonijiet tal-Unjoni fir-relazzjonijiet esterni (kummerċjali) sa fejn din il-ġestjoni tinvolvi evalwazzjonijiet kumplessi ta’ natura politika u ekonomika jfisser li l-Qorti tal-Ġustizzja tista’ teżerċita s-setgħa ta’ stħarriġ tagħha biss sa fejn dawn l-istituzzjonijiet ikunu wettqu żball manifest. Ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑4 ta’ Ottubru 1983, Fediol vs Il‑Kummissjoni (191/82, EU:C:1983:259, punt 30). Dan ifisser li, fl-assenza ta’ regoli internazzjonali ċari li fid-dawl tagħhom il-Qorti tal-Ġustizzja tista’ teżerċita dan l-istħarriġ, l-interpretazzjoni magħżula mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni ma tistax tikkostitwixxi żball manifest.


128      Ara wkoll, f’dan ir-rigward, is-sentenza Western Sahara Campaign UK, punt 72 (li fiha l-Qorti tal-Ġustizzja spjegat li “r-Renju tal-Marokk kategorikament eskluda li huwa awtorità okkupanti jew awtorità amministrattiva tat-territorju tas-Saħara tal-Punent”).


129      Nippreżumi li huwa wkoll għal din ir-raġuni li r-Renju tal-Marokk ma jidhirx li qiegħed jittrażmetti rapporti regolari lin-Nazzjonijiet Uniti dwar it-territorju tas-Saħara tal-Punent, kif ikun meħtieġ minn awtorità amministranti skont l-Artikolu 73(e) tal-Karta tan-NU.


130      Ara, pereżempju, il-l-Ftehim ta’ stabbilizzazzjoni u assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda u l-Kosovo *, min-naħa l-oħra (ĠU 2016, L 71, p. 3; iktar ’il quddiem il-“Ftehim ta’ Assoċjazzjoni Unjoni-Kosovo”) (dan il-ftehim, fil-parti rilevanti tiegħu jippreċiża li “huwa mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u huwa konformi mal-UNSCR 1244/99 u l-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo”), il-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika bejn l-Istati tal-CARIFORUM, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra (ĠU 2008, L 289, p. 3), u l-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Istati EPA SADC, min-naħa l-oħra (ĠU 2016, L 250, p. 3, rettifika fil-ĠU 2022, L 146, p. 151), li fihom l-Anness IX tal-Protokoll Nru 1 u l-Anness VIII jagħti lista, rispettivament, ta’ diversi territorji mhux awtonomi “[li] ma tippreġudikax l-istatus ta’ dawn il-pajjiżi u t-territorji, jew it-tibdiliet futuri fl-istatus tagħhom”.


131      Ara, f’dan is-sens, is-sentenza Il‑Kunsill vs Front Polisario, punt 92.


132      Kif jispjega Crawford, “sa fejn is-sovranità timplika d-dritt assolut li tikkontrolla jew tiddisponi mit-territorju inkwistjoni, l-obbligu previst fl-Artikolu 73b, u l-prinċipju ta’ awtodeterminazzjoni assoċjat miegħu, jillimitaw sostanzjalment is-sovranità tal-Istat Amministranti” [traduzzjoni mhux uffiċjali]. Ara Crawford, J., The Creation of States in International Law, it-tieni edizzjoni, Oxford University Press, Oxford, 2007, p. 615. Il-fatt li r-Renju tal-Marokk ma jeżerċitax il-“ġurisdizzjoni” sovrana tiegħu fit-territorju tas-Saħara tal-Punent kien ukoll wieħed mir-raġunijiet li għalihom il-Qorti tal-Ġustizzja, fis-sentenza tagħha tal‑21 ta’ Diċembru 2016, Il‑Kunsill vs Front Polisario (C‑104/16 P, EU:C:2016:973, punt 95), ikkonkludiet li l-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni ma huwiex applikabbli għal dan it-territorju.


133      Ara l-konklużjonijiet tiegħi fil-Kawża C‑399/22, Confédération paysanne (Bettieħ u tadam tas-Saħara mis-Punent), punt 138.


134      Fir-rigward tat-TMA, ir-Riżoluzzjoni 50/33 tal-Assemblea Ġenerali tan-NU, pereżempju, “tafferma mill-ġdid id-dritt inaljenabbli tal-popli tat-Territorji kolonjali u Mhux Awtonomi għall-awtodeterminazzjoni u l-indipendenza u t-tgawdija tar-riżorsi naturali tat-Territorji tagħhom, kif ukoll id-dritt tagħhom li jiddisponu minn dawn ir-riżorsi fl-aħjar interessi tagħhom” [traduzzjoni mhux uffiċjali]. Ir-Riżoluzzjoni 1803 (XVII) tal-Assemblea Ġenerali tan-NU, pereżempju, tikkwalifika d-dritt ta’ sovranità permanenti fuq il-ġid u r-riżorsi naturali bħala “komponent bażiku tad-dritt għall-awtodeterminazzjoni” [traduzzjoni mhux uffiċjali] (Dok. A/RES/1803 (XVII) tan-NU, 14 ta’ Diċembru 1962, preambolu, punt 2.)


135      Ara, pereżempju, Gilbert, J., Natural Resources and Human Rights: An Appraisal, Oxford University Press, Oxford, 2018, p. 12 u l-letteratura ċċitata.


136      Ittra tad‑29 ta’ Jannar 2002 mill-Viċi Segretarju Ġenerali għall-Affarijiet Legali, Konsulent Legali, indirizzata lill-President tal-Kunsill tas-Sigurtà (S/2002/161).


137      Ibid, punt 24. Kif enfasizzat ġustament il-Qorti Ġenerali, din l-ittra ma hijiex sors ta’ dritt u, fi kwalunkwe każ, ma għandhiex saħħa legali vinkolanti. Ara s-sentenza appellata, punt 385. Madankollu, l-opinjoni ta’ Corell kisbet importanza kbira fil-letteratura tad-duttrina, li spiss taċċettaha bħala l-interpretazzjoni korretta tad-dritt internazzjonali. Ara, pereżempju, Torres-Spelliscy, G., “National Resources in Non-Self-Governing Territories”, f’Boukhars, A. u Rousselier, J. (edituri), Perspective on Western Sahara: Myths, Nationalisms and Geopolitics, Rowman & Littlefield, Lanham, 2013, p. 235.


138      Sentenza appellata, punti 328 sa 384.


139      Ara t-tieni alternattiva fit-tieni sentenza tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 61 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.