Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fis-7 ta’ Frar 2024 – Verbraucherzentrale Hamburg e.V. vs bonprix Handelsgesellschaft mbH

(Kawża C-100/24, bonprix)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Verbraucherzentrale Hamburg e.V.

Konvenut: bonprix Handelsgesellschaft mbH

Domanda preliminari

Riklam li jagħmel riferiment għal modalità tal-ħlas (f’dan il-każ: “xiri faċli b’fattura”) li, għalkemm għandha biss valur pekunjarju żgħir ħafna, toffri lill-konsumatur vantaġġi kemm f’termini ta’ sigurtà kif ukoll ta’ natura legali (f’dan il-każ: l-assenza ta’ żvelar ta’ data sensittiva dwar il-ħlas u, fil-każ ta’ xoljiment tal-kuntratt, l-assenza ta’ talba ta’ rkupru ta’ prestazzjoni preċedenti), jikkostitwixxi offerta promozzjonali fis-sens tal-Artikolu 6(ċ) tad-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà ta’ l-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku) 1 ?

____________

1     ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 25, p. 399.