Language of document : ECLI:EU:T:2013:62





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tas-6 ta’ Frar 2013 — Maharishi Foundation vs UASI (TRANSCENDENTAL MEDITATION)

(Kawża T‑412/11)

“Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali TRANSCENDENTAL MEDITATION — Raġuni assoluta għal rifjut — Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell li tibgħat lura l-każ quddiem id-Diviżjoni ta’ Eżami — Artikolu 65(4) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Ammissibbiltà — Karattru deskrittiv — Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009 — Pubbliku rilevanti”

1.                     Trade mark Komunitarja — Proċedura għat-tressiq ta’ kawża — Persuni li jistgħu jippreżentaw rikors u jkunu parti fil-kawża — Persuni li t-talbiet tagħhom ma jintlaqgħux permezz ta’ deċiżjoni — Deċiżjoni li tibgħat lura l-kawża quddiem istanzi inferjuri għal eżami mill-ġdid (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 65(4)) (ara l-punti 19, 21, 22)

2.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott — Eċċezzjoni — Kisba tal-karattru distintiv permezz tal-użu — Trade mark li ma għandhiex karattru distintiv f’parti tal-Unjoni — Kisba ta’ karattru distintiv f’din l-istess parti (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(3)) (ara l-punti 27, 28)

3.                     Trade mark Komunitarja — Proċedura għat-tressiq ta’ kawża — Kawża quddiem il-qorti Komunitarja — Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali — Eżami mill-ġdid tal-fatti fid-dawl tal-provi prodotti għall-ewwel darba quddiemu — Esklużjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 65) (ara l-punt 36)

4.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott — Għan — Obbligu ta’ disponibbiltà (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(c)) (ara l-punt 51)

5.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott — Kunċett (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(c)) (ara l-punti 52, 53)

6.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott — Trade mark verbali TRANSCENDENTAL MEDITATION (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(c)) (ara l-punti 69, 91)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-24 ta’ Marzu 2011 (Każ R 1293/2010-2), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali TRANSCENDENTAL MEDITATION bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Maharishi Foundation Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.