Language of document : ECLI:EU:T:2012:533





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tal-10 ta’ Ottubru 2012 — Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-247/09)

“Kuntratti pubbliċi għal servizzi — Proċedura ta’ sejħa għal offerti — Provvista ta’ servizzi relattivi għall-produzzjoni u t-tixrid tas-Suppliment għal Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u ta’ sostenn online kif ukoll offline relatat — Ċaħda tal-offerta ta’ offerent u deċiżjoni li l-kuntratt jingħata lil offerent ieħor — Obbligu ta’ motivazzjoni — Ugwaljanza fit-trattament — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Responsabbiltà mhux kuntrattwali”

1.                     Atti tal-istituzzjonijiet — Motivazzjoni — Obbligu — Portata — Deċiżjoni, fil-kuntest tal-proċedura għall-għoti ta’ kuntratt pubbliku għal servizzi, li ma tintgħażilx offerta — Evalwazzjoni fid-dawl tal-informazzjoni għad-dispożizzjoni tar-rikorrenti fil-mument tal-preżentata tar-rikors (Artikolu 253 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1605/2002, Artikolu 100(2); Regolament tal-Kummissjoni Nru 2342/2002, Artikolu 149) (ara l-punti 30-34)

2.                     Atti tal-istituzzjonijiet — Motivazzjoni — Obbligu — Portata — Deċiżjoni, fil-kuntest tal-proċedura għall-għoti ta’ kuntratt pubbliku għal servizzi, li ma tintgħażilx offerta — Obbligu li jiġi kkomunikati, wara talba bil-miktub, il-karatteristiċi u l-vantaġġi dwar l-offerta aċċettata kif ukoll l-isem tal-offerent magħżul (Regolament tal-Kunsill Nru 1605/2002, Artikolu 100(2)) (ara l-punti 47, 172-174)

3.                     Kuntratti pubbliċi tal-Unjoni Ewropea — Konklużjoni ta’ kuntratt fuq sejħa għal offerti — Setgħa diskrezzjonali tal-istituzzjonijiet — Stħarriġ ġudizzjarju –– Limiti (Regolament tal-Kunsill Nru 1605/2002; Regolament tal-Kummissjoni Nru 2342/2002, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 146(1)) (ara l-punti 50, 75)

4.                     Proċedura ġudizzjarja — Rikors promotur — Rekwiżiti proċedurali — Identifikazzjoni tas-suġġett tat-tilwima — Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 21 u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 53; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 44(1)(ċ)) (ara l-punt 57)

5.                     Kuntratti pubbliċi tal-Unjoni Ewropea — Proċedura ta’ sejħa għal offerti — Obbligu li jiġi osservat il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament tal-offerenti — Neċessità li tiġi żgurata l-ugwaljanza tal-opportunitajiet u li wieħed ikun konformi mal-prinċipju ta’ trasparenza –– Portata (ara l-punti 66-69)

6.                     Proċedura ġudizzjarja — Tressiq ta’ motivi ġodda fil-mori tal-kawża — Kundizzjonijiet — Motiv ġdid — Kunċett (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikoli 44(1)(ċ) u 48(2)) (ara l-punt 165)

7.                     Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Kundizzjonijiet — Illegalità — Dannu — Rabta kawżali — Assenza ta’ waħda mill-kundizzjonijiet — Ċaħda tar-rikors għad-danni kollu kemm hu (it-tieni paragrafu tal-Artikolu 288 KE) (ara l-punt 177)

8.                     Proċedura ġudizzjarja — Spejjeż — Spejjeż fiergħa u vessatorji — Aġir ta’ istituzzjoni li jiffavorixxi l-ħolqien ta’ kawża (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 87(3)) (ara l-punti 183, 184)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, tas-7 ta’ April 2009, li tiċħad l-offerta magħmula mir-rikorrenti fil-kuntest tas-sejħa għal offerti dwar il-provvista ta’ servizzi għall-produzzjoni u t-tixrid tas-Suppliment għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u ta’ sostenn online u offline relatat, kif ukoll tad-deċiżjonijiet kollha sussegwenti għad-deċiżjoni tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet, inkluża dik li l-kuntratt jingħata lil offerent ieħor, u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.