Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-31 ta' Awwissu 2011 - IEM vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-435/10) 1

("Rikors għal annullament - Ir-Raba' programm ta' qafas dwar attivitajiet ta' riċerka, ta' żvilupp teknoloġiku u ta' dimostrazzjoni - Talba għar-rimbors ta' ammonti mħallsa bil-quddiem għall-eżekuzzjoni ta' kuntratt ta' finanzjament ta' riċerka - Klawżola ta' arbitraġġ - Ittra li tannunzja l-ħruġ ta' nota ta' debitu - Ittra li tfakkar - Atti inseparabbli mill-kuntratt - Inammissibbiltà")

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: IEM - Erga - Erevnes - Meletes perivallontos kai chorotaxias AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentant: N. Sofokleous, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Triantafyllou u A. Sauka, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament minn naħa, tal-ittra tal-Kummissjoni tas-7 ta' Mejju 2010, li tannunzja l-ħruġ ta' nota ta' debitu għar-rimbors ta' somma ta' EUR 105 416.47, li tikkorrispondi għall-ammonti mħallsa bil-quddiem lir-rikorrenti minn Parthénon AE Oikodomikon - Technikon - Touristikon - Viomichanikon - Emporikon kai Exagogikon Ergasion, b'eżekuzzjoni tal-kuntratt FAIR-CT98-9544 konkluż fil-kuntest tar-raba' programm ta' qafas dwar attivitajiet ta' riċerka, ta' żvilupp teknoloġiku u ta' dimostrazzjoni u, min-naħa l-oħra, tal-ittra tal-Kummissjoni tal-14 ta' Lulju 2010, li terġa teżiġi l-ħlas tas-somma prinċipali mhux imħallsa, mitluba permezz tan-nota ta' debitu Nru 3241004968.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

IEM - Erga - Erevnes - Meletes perivallontos kai chorotaxias AE hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 346, 18.12.2010.