Language of document :

Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Frar 2024 – Qx World vs EUIPO – Scio International (SCIO THETA)

(Kawża T-100/24)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Qx World Kft. (Budapest, l-Ungerija) (rappreżentanti: Á. László u A. Cserny, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: SC Scio International SRL (Sânmartin, ir-Rumanija)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “SCIO THETA” – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 15 490 717

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-20 ta’ Diċembru 2023 fil-Każijiet magħquda R 1054/2021-4 u R 1080/2021-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn hija ċaħdet l-appell u l-appell inċidentali tar-rikorrenti;

tibgħat lura l-kawża quddiem il-Bordijiet tal-Appell tal-EUIPO.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 67 tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 68(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, kif ukoll tal-formalità essenzjali tar-rispett tad-drittijiet tar-rikorrent għal amministrazzjoni tajba, għal azzjoni legali u għal smigħ.

____________