Language of document :

Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Settembru 2015 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Bulgarija

(Kawża C-488/15)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Kružíková, E. Manhaeve u S. Petrovа, bħala aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Bulgarija

Talbiet

tikkonstata li, billi eċċediet kemm il-valuri limitu annwali u kemm dawk ta’ kuljum għal PM10 b’mod sistematiku u mill-2007 sa mill-inqas 2013, b’dawn is-snin inklużi, fiż-żoni u fl-agglomerazzjonijiet segwenti: BG0001 agglomerazzjoni Sofia; BG0002 agglomerazzjoni Plovdiv; BG0004 iż-żona tat-Tramuntana tal-Bulgarija; BG0005 iż-żona tal-Lbiċ tal-Bulgarija u BG0006 iż-żona tax-Xlokk tal-Bulgarija;

billi eċċediet il-valuri limitu ta’ kuljum għal PM10 b’mod sistematiku u mill-2007 sa mill-inqas 2013, b’dawn is-snin inklużi, u l-valuri limitu annwali għal PM10 fl-2007, fl-2008 u fl-2010 fiż-żona BG0003 Varna;

u fl-assenza ta’ informazzjoni iktar iddettaljata fis-sens, pereżempju, li s-sitwazzjoni li kienu nqabżu l-valuri limitu ta’ kuljum u annwali għal PM10 fiż-żona u fl-agglomerazzjonijiet imsemmija iktar ’il fuq kienet inbidlet, il-Bulgarija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2008/50 1 , moqri flimkien mal-Anness XI tagħha;

tikkonstata wkoll li, fid-dawl tal-fatt li, ħlief għall-aħħar rapport annwali dwar il-kwalità tal-arja għall-2013, kemm il-valuri limitu annwali u ta’ kuljum għal PM10 fiż-żoni u fl-agglomerazzjonijiet kollha msemmija iktar ’il fuq għadhom qed jinqabżu, il-Bulgarija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 23(1) tad-Direttiva 2008/50 u b’mod partikolari l-obbligu tagħha li żżomm kemm jista’ jkun qasir il-perijodu li matulu jkunu nqabżu dawn il-valuri, u tikkonstata li l-Bulgarija għadha qiegħda tonqos milli twettaq l-obbligi tagħha;tikkundanna lir-Repubblika tal-Bulgarija għall-ispejjeż.Motivi u argumenti prinċipaliFuq il-bażi tal-aħħar rapport annwali dwar il-kwalità tal-arja u fuq il-bażi wkoll tat-tweġibiet tal-awtoritajiet Bulgari għall-opinjoni motivata tagħha, il-Kummissjoni hija tal-fehma li, attwalment, ir-Repubblika tal-Bulgarija qiegħda tonqos milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2008/50 dwar konformità mal-valuri limitu annwali u ta’ kuljum għall-preżenza ta’ materja partikolata fl-arja (PM10)

u taħt it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 23(1) tad-Diret

tiva 2008/50 fir-rigward tal-o

bbligu li jitħejjew pjanijiet għall-kwalità tal-arja sabiex jinżamm kemm jista’ jkun qasir il-perijodu li matulu jkunu nqabżu dawn il-valuri.Il-Kummissjoni tqis li huwa neċessarju li l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tiddikjara li r-Repubblika tal-Bulgarija kisret dawn id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2008/50.

____________

1 Direttiva 2008/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ Mejju 2008, dwar il-kwalità tal-arja fl-ambjent u arja iktar nadifa għall-Ewropa (ĠU L 152, p. 1).