Language of document : ECLI:EU:C:2017:267

Kawża C488/15

IlKummissjoni Ewropea

vs

IrRepubblika tal-Bulgarija

“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Ambjent – Direttiva 2008/50/KE – Kwalità tal-arja ċirkostanti – Artikolu 13(1) – Anness XI – Valuri limitu ta’ kuljum u annwali applikabbli għall-konċentrazzjonijiet ta’ PM10 – Qbiż sistematiku u persistenti tal-valuri limitu – Artikolu 22 – Posponiment tat-termini stabbiliti sabiex jintlaħqu ċerti valuri limitu – Kundizzjonijiet għall-applikazzjoni – Artikolu 23(1) – Pjanijiet relatati mal-kwalità tal-arja – Perijodu ta’ qbiż “l-iqsar possibbli” – Miżuri adegwati – Elementi ta’ evalwazzjoni”

Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It‑Tielet Awla) tal-5 ta’ April 2017

1.        Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Suġġett tat-tilwima – Determinazzjoni matul il-proċedura prekontenzjuża – Teħid inkunsiderazzjoni ta’ fatti sussegwenti għall-opinjoni motivata – Kundizzjonijiet – Fatti tal-istess natura u li jikkostitwixxu l-istess aġir bħal dawk oriġinarjament imsemmija

(Artikolu 258 TFUE)

2.        Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Eżami tal-fondatezza mill-Qorti tal-Ġustizzja – Sitwazzjoni li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni – Sitwazzjoni fl-iskadenza tat-terminu stabbilit mill-opinjoni motivata

(Artikolu 258 TFUE)

3.        Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà –Ġurisdizzjoni tal-qorti tal-Unjoni – Eżami ex officio

(Artikolu 258 TFUE)

4.        Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Suġġett tat-tilwima – Determinazzjoni matul il-proċedura prekontenzjuża – Adattament minħabba bdil fid-dritt tal-Unjoni – Ammissibbiltà – Kundizzjonijiet

(Artikolu 258 TFUE)

5.        Ambjent – Tniġġis atmosferiku – Kwalità tal-arja ċirkostanti – Direttiva 2008/50 – Valuri limitu għall-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem – Qbiż – Nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu

(Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2008/50, Artikolu 13(1) u Anness XI)

6.        Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Natura oġġettiva – Raġuni għan-nuqqas – Assenza ta’ effett

(Artikolu 258 TFUE)

7.        Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Rikors promotur – Dikjarazzjoni tal-ilmenti u tal-motivi – Rekwiżiti formali – Indikazzjoni ta’ lmenti preċiżi

(Artikolu 258 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 21; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 120(c))

8.        Ambjent – Tniġġis atmosferiku – Kwalità tal-arja ċirkostanti – Direttiva 2008/50 – Qbiż tal-valuri limitu ta’ kwalità tal-arja – Obbligu sabiex jiġi stabbilit pjan sabiex dan il-qbiż jiġi rrimedjat – Portata

(Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2008/50, Artikoli 22 u 23(1))

9.        Ambjent – Tniġġis atmosferiku – Kwalità tal-arja ċirkostanti – Direttiva 2008/50 – Qbiż tal-valuri limitu ta’ kwalità tal-arja – Obbligu sabiex jiġi stabbilit pjan sabiex dan il-qbiż jiġi rrimedjat – Konstatazzjoni ta’ nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Kriterji ta’ evalwazzjoni

(Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2008/50, Artikolu 23(1))

10.      Ambjent – Tniġġis atmosferiku – Kwalità tal-arja ċirkostanti – Direttiva 2008/50 – Qbiż tal-valuri limitu ta’ kwalità tal-arja – Obbligu sabiex jiġi stabbilit pjan sabiex dan il-qbiż jiġi rrimedjat – Terminu

(Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2008/50, Artikolu 23(1))

1.      Is-suġġett ta’ rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu, skont l-Artikolu 258 TFUE, huwa stabbilit mill-opinjoni motivata tal-Kummissjoni, b’mod li r-rikors għandu jkun ibbażat fuq l-istess motivi u raġunijiet bħal din l-opinjoni. Is-suġġett ta’ tali rikors jista’ jiġi estiż għal fatti sussegwenti għall-opinjoni motivata sa fejn dawn huma tal-istess natura u jikkostitwixxu l-istess aġir bħall-fatti invokati f’din l-opinjoni.

Barra minn hekk, sa fejn rikors huwa intiż sabiex jikkundanna nuqqas ta’ twettiq sistematiku u persistenti tad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni, il-produzzjoni mill-Kummissjoni ta’ elementi komplementari intiżi sabiex, fl-istadju tal-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, isostnu l-ġeneralità u l-kostanza tan-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu hekk allegat, bħala prinċipju ma tistax tiġi eskluża.

(ara l-punti 37, 42, 43)

2.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 40)

3.      Il-Qorti tal-Ġustizzja tista’ teżamina ex officio jekk il-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 258 TFUE għall-preżentata ta’ rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu humiex issodisfatti.

(ara l-punt 50)

4.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 52, 87)

5.      Il-proċedura invokata fl-Artikolu 258 TFUE hija bbażata fuq il-konstatazzjoni oġġettiva tan-nuqqas ta’ osservanza minn Stat Membru tal-obbligi li jimponi fuqu t-Trattat FUE jew att ta’ dritt sekondarju. Il‑qbiż tal-valuri limitu stabbiliti fl-Anness XI tad-Direttiva 2008/50, dwar il-kwalità tal-arja fl-ambjent u arja iktar nadifa għall-Ewropa, huwa għalhekk suffiċjenti sabiex jiġi kkonstatat nuqqas ta’ twettiq tad-dispożizzjonijiet magħqudin tal-Artikolu 13(1) ta’ din id-direttiva u ta’ dan l-anness

(ara l-punti 68, 69)

6.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 76)

7.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 87)

8.      Mill-Artikolu 23(1) tad-Direttiva 2008/50, dwar il-kwalità tal-arja fl-ambjent u arja iktar nadifa għall-Ewropa, jirriżulta li, meta l-qbiż tal-valuri limitu applikabbli għall-konċentrazzjonijiet ta’ PM10 jseħħ wara t-terminu previst għall-applikazzjoni tagħhom, l-Istat Membru kkonċernat huwa obbligat li jistabbilixxi pjan relatat mal-kwalità tal-arja li jissodisfa ċerti rekwiżiti. Din id-dispożizzjoni għandha portata ġenerali peress li tapplika, mingħajr limitazzjoni ratione temporis, għall-qbiż ta’ kwalunkwe valur limitu ta’ sustanza li tniġġes stabbilit minn din id-direttiva, wara t-terminu previst għall-applikazzjoni ta’ tali valur limitu, irrispettivament minn jekk dan jiġix stabbilit minn din id-direttiva jew mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 22 tagħha.

(ara l-punti 102, 104)

9.      Il-fatt li Stat Membru jaqbeż il-valuri limitu applikabbli għall-konċentrazzjonijiet ta’ PM10 ma huwiex biżżejjed, waħdu, sabiex jitqies li dan l-Istat Membru naqas milli jwettaq l-obbligi previsti fl-Artikolu 23(1) tad-Direttiva 2008/50, dwar il-kwalità tal-arja fl-ambjent u arja iktar nadifa għall-Ewropa. Fil-fatt, għandu jiġi vverifikat, permezz ta’ analiżi għal kull każ, jekk il-pjanijiet relatati mal-kwalità tal-arja stabbiliti mill-Istat Membru kkonċernat humiex inkonformità ma’ din id-dispożizzjoni. Tali pjanijiet ma jistgħux jiġu stabbiliti ħlief abbażi tal-ekwilibriju bejn l-għan ta’ tnaqqis tar-riskju ta’ tniġġis u l-interessi pubbliċi u privati differenti preżenti

(ara l-punti 106-108)

10.    Mill-Artikolu 23(1) tad-Direttiva 2008/50, dwar il-kwalità tal-arja fl-ambjent u arja iktar nadifa għall-Ewropa, jirriżulta li għalkemm l-Istati Membri għandhom ċertu marġni ta’ diskrezzjoni sabiex jiddeterminaw il-miżuri li għandhom jadottaw f’każ ta’ qbiż tal-valuri limitu applikabbli, dawn għandhom, fi kwalunkwe każ, jippermettu li l-perijodu li matulu jinqabżu l-valuri limitu jkun l-iqsar possibbli. Hekk kif jirriżulta mill-istruttura u mill-formulazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni, l-obbligu li l-perijodu ta’ qbiż tal-valuri limitu għandu jkun l-iqsar possibbli huwa indipendenti mill-obbligu li l-pjanijiet jiġu trażmessi lill-Kummissjoni. Konsegwentement, it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 23(1) ta’ din id-direttiva ma jagħti ebda terminu supplimentari lill-Istat Membru kkonċernat sabiex jadotta miżuri adegwati u li dawn jieħdu effett

(ara l-punti 109, 112)