Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta' Frar 2013 - Langguth Erben vs UASI (MEDINET)

(Kawża T-378/11) 

"Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva MEDINET - Trade marks nazzjonali u internazzjonali figurattivi preċedenti MEDINET - Talba tal-anzjanità tat-trade marks nazzjonali u internazzjonali preċedenti - Trade marks preċedenti bil-kulur u trade mark Komunitarja li għaliha saret l-applikazzjoni li ma turi l-ebda kulur b'mod partikolari - Assenza ta' identiċità tas-sinjali - Artikolu 34 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Obbligu ta' motivazzjoni - Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009 - Espedjenza tal-proċedimenti orali - Artikolu 77 tar-Regolament Nru 207/2009"

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Franz Wilhelm Langguth Erben GmbH & Co. KG (Traben-Trarbach, il-Ġermanja) (rappreżentanti: R. Kunze u G. Würtenberger, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: K. Klüpfel u G. Schneider, aġenti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI, tal-10 ta' Mejju 2011 (Każ R 1598/2010-4), dwar talba tal-anzjanità ta' trade marks preċedenti, fil-kuntest ta' applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv MEDINET bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Franz Wilhelm Langguth Erben GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 269, 10.09.2011.