Language of document : ECLI:EU:T:2011:551





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tad-29 ta’ Settembru 2011 – Procter & Gamble Manufacturing Cologne vs UASI – Natura Cosméticos (NATURAVIVA)

(Kawża T-107/10)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali NATURAVIVA – Trade mark Komunitarja verbali preċedenti VIVA – Raġuni relattiva għal rifjut – Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Assenza ta’ xebh tas-sinjali”

Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 24, 46, 50, 51, 56)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-23 ta’ Novembru 2009 (Każ R 1558/2008-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Procter & Gamble Manufacturing Cologne GmbH u Natura Cosméticos, SA.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Procter & Gamble Manufacturing Cologne GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.