Language of document : ECLI:EU:T:2015:381





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tas-16 ta’ Ġunju 2015 — Gako Konietzko vs UASI (Forma ta’ kontenitur ċilindriku aħmar u abjad)

(Kawża T‑654/13)

“Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja tridimensjonali — Forma ta’ kontenitur ċilindriku aħmar u abjad — Raġuni assoluta għal rifjut — Assenza ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

1.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv — Evalwazzjoni tal-karattru distintiv — Kriterji (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punti 11, 12)

2.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv — Trade mark tridimensjonali — Forma ta’ kontenitur ċilindriku aħmar u abjad (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punti 18, 25, 27, 39)

3.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv — Trade mark tridimensjonali kkostitwita mill-forma tal-prodott — Karattru distintiv — Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punti 20, 21)

4.                     Trade mark Komunitarja — Dispożizzjonijiet proċedurali — Deċiżjonjiet tal-Uffiċċju — Rispett tad-drittijiet tad-difiża — Portata tal-prinċipju (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikoli 75 u 77) (ara l-punti 41, 42)

5.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Evalwazzjoni tal-karattru reġistrabbli ta’ sinjal — Teħid inkunsiderazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni biss — Reġistrazzjoni preċedenti tat-trade mark f’ċerti Stati Membri jew pajjiżi terzi — Deċiżjonijiet li ma jorbtux lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009) (ara l-punt 46)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tad-19 ta’ Settembru 2013 (Każ R 2232/2012‑1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ sinjal tridimensjonali li huwa kkostitwit mill-forma ta’ kontenitur ċilindriku aħmar u abjad bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Gako Konietzko GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.