Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta' Lulju 2011 - Il-Greċja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-81/09) 1

("FEŻR - Tnaqqis fl-għajnuna finanzjarja - Programm operattiv li jaqa' taħt l-objettiv 1 (1994-1999), 'Aċċessibbiltà u Toroq Prinċipali' fil-Greċja - Delega tal-obbligi awżiljarji mill-Kummissjoni lil terzi - Sigriet professjonali - Rata tal-korrezzjoni finanzjarja - Marġni ta' diskrezzjoni tal-Kummissjoni - Stħarriġ ġudizzjarju")

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: inizjalment M. Tassopoulou, aġent, assistit minn C. Meïdanis u E. Lampadarios, avukati, sussegwentement P. Mylonopoulos u K. Boskovits, aġenti, assistiti minn G. Michailopoulos, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Steiblytė u D. Triantafyllou, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2008) 8573, tal-15 ta' Diċembru 2008, dwar it-tnaqqis fl-għajnuna finanzjarja tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) mogħtija lill-Greċja, li tammonta għal EUR 30 104 470.47, favur il-Programm operattiv "Aċċessibbiltà u Toroq Prinċipali", permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (94) 3579, tas-16 ta' Diċembru 1994, li tapprova l-għajnuna tal-FEŻR.

Dispożittiv

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2008) 8573, tal-15 ta' Diċembru 2008, rigward it-tnaqqis tal-għajnuna finanzjarja tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) mogħtija lill-Greċja hija annullata sa fejn tipprevedi, minn naħa, korrezzjoni tal-ammont ta' EUR 506 303 fir-rigward tal-proġett "Isthmos - Galota" u, minn naħa l-oħra, korrezzjoni tal-ammont ta' EUR 684 343 fir-rigward tal-proġett "Carrefour de Polymylos (kuntratt 928)".

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

Ir-Repubblika Ellenika għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess u 80 % tal-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

Il-Kummissjoni għandha tbati 20 % tal-ispejjeż tagħha stess.

____________

1 - ĠU C 129, 06.06.2009.