Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta' Settembru 2012 - L-Italja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-84/09) 

("FAEGG - Taqsima 'Garanzija' - Spejjeż esklużi minn finanzjament - Azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' promozzjoni ta' prodotti agrikoli - Produzzjoni ta' żejt taż-żebbuġ u taż-żebbuġ ta' fuq il-mejda - Ħlasijiet tardivi")

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: L. Ventrella u G. Palmieri, avukati dello Stato)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Jimeno Fernández u P. Rossi, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/960/KE, tat-8 ta' Diċembru 2008, li teskludi mill-finanzjament Komunitarju ċerti spejjeż imġarrba mill-Istati Membri taħt it-Taqsima ta' Garanzija ta' Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG) u l-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (FAEG) (ĠU L 340, p. 99), inkwantu din teskludi ċerti spejjeż sostnuti mir-Repubblika Taljana.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 90, 18.04.2009.