Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-25 ta’ April 2024 – Compagnie industrielle de la matière végétale (CIMV) vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-366/23 P) 1

(Appell – Riċerka u żvilupp teknoloġiku – Ftehim ta’ sussidju konkluż fil-kuntest tal-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni “Horizon 2020” – Irkupru ta’ dejn – Rimbors bin-nifs – Eżattezza materjali tal-fatti – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Obbligu ta’ motivazzjoni – Aspettattivi leġittimi – Dritt għal smigħ – Proporzjonalità)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Compagnie industrielle de la matière végétale (CIMV) (rappreżentanti: B. Le Bret, R. Rard u P. Renié, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Ilkova u S. Romoli, aġenti)

Dispożittiv

L-appell huwa miċħud.

Il-Compagnie industrielle de la matière végétale (CIMV) hija kkudannata, minbarra għall-ispejjeż rispettivi tagħha, għal dawk sostnuti mill-Kummissjoni.

____________

1     ĠU C 271, 31.7.2023.