Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-11 ta' Lulju 2007 - Dieter Wils vs Il-Parlament Ewropew
(Tribunal għas-Servizz Pubbliku - Uffiċjali - Pensjonijiet - Żieda fir-rata ta' kontribuzzjoni taħt l-iskema ta' pensjonijiet skond id-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti tal-Persunal fil-verżjoni tagħhom fis-seħħ sa mill-1 ta' Mejju 2004)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Dieter Wils (Altrier, il-Lussemburgu) [rappreżentanti: G. Vandersanden u C. Ronzi, avukati]
Konvenut: Il-Parlament Ewropew [rappreżentanti: J. F. De Wachter u M. Mustapha Pacha, aġenti]
Suġġett
Tribunal għas-Servizz Pubbliku - L-annullament tad-dikjarazzjonijiet tas-salarju tar-rikorrent mix-xahar ta' Lulju 2004, safejn dawn iżidu r-rata ta' kontribuzzjoni taħt l-iskema ta' pensjonijiet għal 9.75% wara l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti tal-Persunal il-ġodda (li qabel kienet T-399/05)
Dispożittiv
Ir-rikors huwa miċħud.
Il-Parlament Ewropew għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u nofs l-ispejjeż tas-Sur Wils.
Is-Sur Wils għandu jbati nofs l-ispejjeż tiegħu.
Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.
____________1 - ĠU C 10, 14.1.2006, p. 28