Language of document :

Rikors ippreżentat fit-28 ta' Ottubru 2008 - Apollo Group vs UASI (THINKING AHEAD)

(Kawża T-473/08)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Apollo Group, Inc. (Phoenix, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: A. Jaeger-Lenz u A. Link, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-14 ta' Awwissu 2008 fil-każ R 728/2008-2, u

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: Trade mark verbali "THINKING AHEAD" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16 u 41

Deċiżjoni tal-eżaminatur: Rikors miċħud parzjalment

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 minħabba li l-Bord tal-Appell żbalja meta ddikjara li t-trade mark ikkonċernata hija nieqsa minn kwalunkwe karattru distintiv.

____________