Language of document :

Rikors ippreżentat fit-12 ta' Mejju 2009 - Wendler vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-49/09)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Eberhard Wendler (Laveno Mombellom, l-Italja) (rappreżentant: M. Müller-Trawinski, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Suġġett

L-annullament tal-obbligu impost fuq ir-rikorrent mill-konvenuta li jindika kont bankarju fil-post ta' residenza tiegħu fl-Italja għall-finijiet tal-ħlas tal-pensjoni tiegħu.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni mogħtija mill-konvenuta fid-9 ta' Settembru 2008, fil-forma ta' ċaħda tal-ilment magħmul mir-rikorrent fid-19 ta' Frar 2008, li tipprovdi li dan tal-aħħar għandu jindika kont bankarju fil-post ta' residenza tiegħu għall-finijiiet tal-ħlas tal-pensjoni tiegħu.

tikkundanna lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għall-ispejjeż.

____________