Language of document :

Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Ġunju 2016 – Colgate-Palmolive vs EUIPO (360°)

(Kawża T-332/16)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Colgate-Palmolive Co. (New York, New York, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: M. Zintler u A. Stolz, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontezjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni “360°” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 042 162

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-14 ta’ April 2016 fil-Każ R 2288/2015-4

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) u l-Artikolu 7(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009 u tad-dispożizzjonijiet legali relattivi għall-applikazzjoni tiegħu kif indikat fl-Artikolu 65(2) tar-Regolament Nru 207/2009.

____________