Language of document : ECLI:EU:T:2017:875





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tas-7 ta’ Diċembru 2017 – Colgate-Palmolive vs EUIPO (360°)

(Kawża T-333/16)

“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva 360° – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Karattru deskrittiv – Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001] – Karattru distintiv miksub bl-użu – Artikolu 7(3) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(3) tar-Regolament Nru 2017/1001)”

1.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedura għat-tressiq ta’ kawża – Kawża mressqa quddiem il-qorti tal-Unjoni – Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali – Eżami mill-ġdid tal-fatti fid-dawl tal-provi prodotti għall-ewwel darba quddiemha – Esklużjoni

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 65)

(ara l-punt 11)

2.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew f’indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott jew ta’ servizz – Kriterji

[Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(c)]

(ara l-punti 15, 16, 19)

3.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew f’indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott jew ta’ servizz – Għan – Obbligu ta’ disponibbiltà

[Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(c)]

(ara l-punt 17)

4.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew f’indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott jew ta’ servizz – Trade mark figurattiva 360º

[Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(c)]

(ara l-punti 20-32)

5.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Rifjut ta’ reġistrazzjoni bbażat fuq wieħed mill-motivi assoluti ta’ rifjut elenkati fl-Artikolu 7(1) tar-Regolament Nru 207/2009 –Natura suffiċjenti

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1))

(ara l-punt 35)

6.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Sovrappożizzjoni tal-kampijiet ta’ applikazzjoni tal-motivi previsti fl-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009

[Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b) u (c)]

(ara l-punt 37)

7.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Evalwazzjoni tal-karattru reġistrabbli ta’ sinjal – Teħid inkunsiderazzjoni tal-unika leġizlazzjoni tal-Unjoni – Reġistrazzjoni preċedenti tat-trade mark f’ċerti Stati Membri jew pajjiżi terzi – Deċiżjonijiet li ma jorbtux lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009)

(ara l-punt 41)

8.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Deċiżjonjiet tal-Uffiċċju – Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament – Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba – Prassi deċiżjonali preċedenti tal-Uffiċċju – Prinċipju ta’ legalità – Neċessità ta’ eżami strett u komplet f’kull każ partikolari

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009)

(ara l-punti 42, 43)

9.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv – Eċċezzjoni – Kisba tal-karattru distintiv permezz tal-użu – Kriterji ta’ evalwazzjoni

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(3))

(ara l-punti 48, 50)

10.    Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv – Eċċezzjoni – Kisba tal-karattru distintiv permezz tal-użu – Trade mark li ma għandhiex karattru distintiv fl-Unjoni kollha – Kisba permezz tal-użu wkoll fl-Unjoni kollha

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(3))

(ara l-punt 49)

11.    Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv – Eċċezzjoni – Kisba tal-karattru distintiv permezz tal-użu – Saħħa probatorja tal-provi – Kriterji ta’ evalwazzjoni

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(3))

(ara l-punti 51, 52)

12.    Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv – Nuqqas ta’ kisba tal-karattru distintiv permezz tal-użu – Trade mark figurattiva 360º

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(3))

(ara l-punti 55-68)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-14 ta’ April 2016 (Każ R 2287/2015-4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv 360º bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Colgate-Palmolive Co. hija kkundannata għall-ispejjeż.